Dħul mit-taxxa tal-VAT minn stabbilimenti kummerċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mit-taxxa tal-VAT minn stabbilimenti kummerċjali matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi peress li skont il-liġi tal-VAT hija persuna li tiġi reġistrata u mhux stabbiliment kummerċjali, mhuwiex possibbli li tingħata risposta għal din il-mistoqsija.

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mit-taxxa tal-VAT matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul gross mit-taxxa tal-VAT matul l-ewwel erba’ xhur tas-sena 2011 kien ta’ €193,113,676 li minnhom tħallsu €40,417,142 bħala rifużjonijiet biex b’hekk id-dħul nett ta’ VAT kien ta’ €152,696,534.

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm għandu postijiet/akkomodazzjoni l-gvern li inkwilini jħallsu l-kera lilu? Fis-sena 2008, 2009, 2010 u 2011 sal-lum, kemm ġabar kera mingħand dawn l-inkwilini rikonoxxuti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Direttur tal-Kuntratti — parir tal-Avukat Ġenerali
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 24333, 25140, 25464, 25839 u 26416 dwar struzzjonijiet lid-Direttur tal-Kuntratti biex jieħu l-parir tal-Avukat Ġenerali dwar it-tqegħid ta’ kopja ta’ kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra, jista’ l-Ministru issa jgħid jekk l-Avukat Ġenerali, wara tliet xhur, tax il-parir tiegħu lid-Direttur tal-Kuntratti? Jekk fl-affermattiv, x’inhu l-parir li ta? Jekk fin-negattiv, għaliex dan id-dewmien? X’inhi l-problema tal-Ministru biex jagħti tagħrif daqshekk sempliċi?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25140.

Reġistru tal-Kumpaniji — kumpaniji bir-residenza tagħhom f'Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kumpaniji bir-residenza tagħhom f’Għawdex ġew listed fir-Reġistru tal-Kumpaniji kull sena mill-1999 sal-2010? Kemm kien hemm kumpaniji bir-residenza tagħhom f’Għawdex reġistrati fir-Reġistru tal-Kumpaniji fl-aħħar tal-2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi it-tip ta’ informazzjoni mitluba fid-domanda ma tinġabarx. Ma jeżistux reġistri separati għal Malta u għal Għawdex, imma Reġistru uniku kif tirrikjedi il-liġi. Minn informazzjoni miġbura mir-Reġistru tal-Kumpanniji, jirriżulta illi hemm madwar 750 kumpannija li għandhom l-indirizz reġistrat ġewwa Għawdex minn total ta’ madwar 35,000 kumpanniji reġistrati.

Kumpaniji li trasferew id-domiċiljati tagħhom Malta u Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kumpaniji li kienu domiċiljati barra minn Malta ttrasferew id-domiċilju tagħhom għal Malta u għażlu lil Għawdex bħala residenza tagħhom kull sena mill-1999 sal-2010? Fejn kienu domiċiljati qabel? X’inhi l-attivita’ tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi minn informazzjoni miġbura mir-Reġistru tal-Kumpaniji, jirriżulta illi kien hemm 370 kumpaniji li ttrasferew id-domiċilju tagħhom minn pajjiżi barra minn Malta għal Malta mis-sena 2005 (meta r-regolamenti relevanti daħlu fis-seħħ) sa’ l-2010. It-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra turi sena b’sena in-numru ta’ dawn il-kumpaniji u l-pajjiżi minn fejn ġew ridomiċiljati. Ninsab infurmat illi ma ssirx distinzjoni għal skop ta’ statistika rigward il-lokalitajiet f’Malta u Għawdex fejn dawn il-kumpaniji għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom. Barra minn hekk, ma jinżammux reġistri separati għal Malta u għal Għawdex, imma Reġistru uniku kif tirrikjedi il-liġi.

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta hijiex qed tagħmel xi kuntratti ta' forward buying fuq żejt għas-sena 2012 bil-għan li r-rata ta' tariffi ta' konsum ta' dawl u ilma tkun stabbilita bil-quddiem?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ma kienx possibli għall-Korporazzjoni Enemalta li tidħol ta’ forward buying fuq żejt għas-sena 2012 billi l-prezz internazzjonali taż-żejt kien persistentament ogħla minn dak li fuqhom ġew ikkalkulati t-tariffi għall-2011.
Il-prezz taż-żejt varja bejn 96.893 u 114.44 Dollaru Amerikan, filwaqt li t-tariffi ġew ikkalkulati bil-prezz ta’ 81.80 Dollaru Amerikan.