Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx ħsieb illi, tenut kont anke tal-livelli għoli tat-teknoloġija tal-informatika f'pajjiżna, ix-xandir pubbliku (PBS) jipprovdi servizz ta' online news fuq l-internet? Tista' tgħid jekk hemmx xi pajjiż ieħor fl-Unjoni Ewropea fejn ix-xandir pubbliku ma jipprovdix dan is-servizz?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Public Broadcasting Services (PBS) qed tippjana li tipprovdi servizz ta’ Online News. Għal dan il-għan għaddej proċess biex tiġi żviluppata il-website tal-istazzjon biex fost affarijiet oħra tkun tista’ tagħti dan is-servizz.
Il-PBS m’għandha l-ebda informazzjoni dwar jekk hemmx xi pajjiż ieħor fl-Unjoni Ewropea fejn ix-xandir pubbliku ma jipprovdix dan is-servizz.
Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — ġranet ta' sick leave
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' ġranet sick leave li globalment ħallas id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali matul l-2009 rispettivament? Kemm-il ġurnata sick leave dawn jirrappreżentaw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2009 kien hemm 423,362 ġuranta li d-Divizjoni tas-Sigurtà Soċjali ħallset il-benefiċċji tas-sick leave għalihom.
Tista' l-Ministru tikkonferma jew tiċħad ir-rapporti li dehru fil-ġurnali elettroniċi fis-sens li t-tim li se jippromwovi l-Eurosong hu mifni minn nuqqas ta' fondi, tant li Miss Thea Garrett m'hijiex se tipparteċipa f'shows Ewropej u lanqas m'hu se jsirilha video uffiċjali li jakkumpanja d-diska?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-fondi approvati għall-Eurovision Song Contest huma l-istess bħas-sena l-oħra. Għaldaqstant it-tim tal-EuroSong mhux mifni min-nuqqas ta’ fondi.
Il-PBS qed tagħmel dak kollu possibli biex Thea Garrett tipparteċipa f’
shows
madwar l-Ewropa biex tingħata pubbliċità bi tħejjija għal Eurovision Song Contest. Barra minn dan nixtieq ninforma lill-Onor. Membru li għall-ewwel darba l-PBS qed tagħmel użu estensiv mill-mezzi teknoloġiċi moderni bħal
internet
, Facebook u Twitter. Għal promozzjoni tal-kantanta qed tintuża ukoll l-
website
tal-European Broadcasting Union, l-organizzazzjoni li ttella’ l-Eurovision Song Contest.
Peress li l-qtugħ fil-provista tad-dawl tal-inkwilin indikat separatament huwa riżultat ta' ħsara fl-istallazzjoni tad-dawl tal-post konċernat u peress li l-Awtorità tad-Djar diġà taf bil-każ, tista' l-Ministru tara li l-każ jitmexxa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-każ għal xogħlijiet fis-sistema tad-dawl tal-persuna li qegħda ssir referenza għaliha ġie approvat u l-ftehim mal-Awtorità tad-Djar ġie ffirmat ukoll fis-17 ta’ Marzu 2010. Huma ngħataw sena żmien minn din id-data sabiex isibu kuntrattur u jagħmlu x-xogħlijiet sabiex ikunu jistgħu jitħallsu. Hekk kif isiru x-xogħlijiet din il-persuna tintalab tibgħat l-irċevuti fiskali sabiex jiġi ċertifikat ix-xogħol sabiex eventwalment tinħareġ l-għotja.
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-aħħar contract of service li kellha l-persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ fil-vesti tagħha ta' Kap Eżekuttiv?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Remunerazzjoni ta' kapijiet eżekuttivi u diretturi eżekuttivi
Question
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra b'mod dettaljat lista tal-kapijiet eżekuttivi u diretturi eżekuttivi li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha filwaqt li tgħid għall kull persuna x'inhi r-remunerazzjoni tagħhom inkluż benefiċċji u perkaċċi oħra b'mod individwali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm inħarġu care orders matul is-snin 2008 u 2009? X'kienu r-raġunijiet? Liema aġenziji ġew imqabbda jieħdu ħsiebhom? Kemm hemm każijiet pendenti li qed jiġu kkunsidrati biex jinħarġu care orders?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jiġi allokat il-post battal li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament? X'passi qed jittieħdu biex qabel jiġi rranġat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għadha għaddejja inkjesta maġisterjali fuq il-post imsemmi.
investigati każi ta' benefiċċju lil single parents
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew investigati każi ta' benefiċċju lil single parents matul l-ewwel xahrejn tas-sena? Kemm minnhom twaqqfilhom il-benefiċċju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul l-ewwel xahrejn tas-sena, id-Direttorat (Frodi ta’ Benefiċċji u Investigazzjoni), ikkonkluda l-investigazzjonijiet tiegħu fuq 101 każ ta’ single parents.
In-numru ta’ każijiet ta’ benefiċċju lil
single parents
li ġew mwaqqfa minħabba investigazzjoni matul l-ewwel xahrejn tas-sena huwa ta’ 19-il każ.
Għalliema, Heads u staff tal-iskejjel li rrikorrew għas-sick leave
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' għalliema/Heads u dawk kollha li jagħmlu parti mill-istaff tal-iskejjel li rrikorrew għas-sick leave matul is-sena 2009 rispettivament? Tista' tagħti breakdown grad, grad inkluż suġġet, suġġett fil-każ tal-għalliema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern dwar is-sistema elettorali li tintuża preżentament (first past the post) biex ikun elett il-KSU fl-Università? Huwa kuntent bl-istatus quo? Jaqbel li, minflok, tintuża sistema li tassigura iktar rappreżentanza bħal dik ta' rappreżentanza proporzjonali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kunsill tal-iStudenti Universitarji (KSU) u l-elezzjonijiet fi ħdanu huma rregolati mill-istatut tal-istess Kunsill. L-organizzazjonijiet studenteski kollha fl-Universita’ għandhom l-opportunità li jressqu l-proposti tagħhom fil-Kummissjoni tal-Politika Soċjali, fil-Kumissjoni Edukazzjoni u anke fil-Laqgħa Ġenerali Annwali li hija l-ogħla istituzzjoni tal-Kunsill tal-iStudenti. Għaldaqstant, il-Gvern m'għandux jintervjeni fil-mod li bih jitħaddem il-KSU skont l-istatut li jirregolah u fl-interess ġenerali tal-korp studentesk.
Tista' l-Ministru tgħid jekk huwiex minnu li se jsiru tibdiliet fir-regolamenti għad-dħul fil-kors tal-mediċina b'mod li student ikollu dritt jagħmel resit ta' suġġett wieħed li ma jkunx ġabu f'livell ta' A jew B minflok ma jkun obbligat li jagħmilhom it-tlieta kollha f'daqqa mill-ġdid? Ma taħsibx li dawn l-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ minn din is-sena stess?
Response (CRISTINA, DOLORES)
S’issa il-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija m'għandha l-ebda ħsieb li tipproponi bdil fir-rekwiżiti għad-dħul fil-kors tal-Mediċina.
sidien li waqgħu lura fil-ħlas tal-bolla tan-National Insurance tal-impjegati
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa dovut mis-sidien bħalissa li waqgħu lura fil-ħlas tal-bolla tan-National Insurance tal-impjegati tagħhom? Xi tkun is-sitwazzjoni tal-impjegat li jkun wasal biex jirtira u jsib lis-sid ma ħallaslux il-bolol kollha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jagħmel l-ewwel parti tal-mistoqsija lill-Minstru kkonċernat. Għar-rigward tat-tieni parti nista ngħid li d-Diviżjoni titlob lill-impjegat jipproduċi dokumentazzjoni fosthom kopja tal-FS3 sabiex tikkonferma li tnaqqset il-kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali mis-salarju u tkun tista’ tqis dawn il-kontribuzzjonijiet daqs li kieku mħallsin.
Tista’ l-Ministru tgħid fl-2009 u fl-ewwel xhur ta’din is-sena kemm inqabdu nies jaħdmu waqt li kienu qed jirreġistraw? Kemm minnhom kienu barranin u kemm kienu immigranti illegali? X’passi ttieħdu kontra dawk is-sidien li ħaddmu lil dawn in-nies sakemm ma kenux qed jaħdmu għal rashom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ nies li nstabu jaħdmu waqt li kienu jirreġistraw, matul is-sena 2009 kien ta’ 159, u bejn Jannar u Frar ta’ din is-sena kien hemm 18. Ma dawn, tnax il-persuna oħra nqatgħu mir-reġistrar, matul is-sena 2009, wara li naqsu milli jattendu għal sejħa mill-ispettorat jew b’riżultat ta’ investigazzjoni mill-istess spettorat tal-Korporazzjoni.
F’kull każ li persuna tkun inqatgħet mir-reġistrat, għandha d-dritt li tappella minn dik id-deċiżjoni tal-Korporazzjoni quddiem l-Awtorità Nazzjonali tax-Xogħol.
Il-każijiet imsemmija huma kollha ċittadini Maltin u f’kull każ, sew jekk impjegati u sew jekk jaħdmu għal rashom, il-Korporazzjoni tipproċedi b’passi legali skont l-Avviż Legali 110/93 tal-Att Dwar is-Servizzi ta’ Impjieg u Taħriġ (KAP 343).
Skejjel — aċċess għal studenti b'diżabilità fiżika
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm skejjel tal-Istat, tal-Knisja u dawk indipendenti li m’għandhom l-ebda aċċess jew għandhom acċess minimu għal studenti li għandhom xi forma ta’diżabilità fiżika? X’qed isir biex din is-sitwazzjoni tiġi rranġata? Matul l-2009 kemm saru spezzjonijiet fl-iskejjel minn uffiċjali dwar dan? Liema skejjel żaru? Sar xi proġress wara dawn iż-żjajjar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-iskejjel il-ġodda kollha tal-iStat huma kompletament aċċessibbli skont il-kriterji mniżżla fil-Linji Gwida maħruġa mill-Kummissjoni għall-Persuni b’Diżabilità.
Ma teżisti l-ebda skola tal-iStat li ma fiha l-ebda aċċess.
F’dawk l-iskejjel li m’għandhomx aċċessibilità kompleta, isiru arranġamenti interni biex persuni b’diżabilità jingħataw is-servizzi edukattivi kollha fis-sular/i fejn hemm aċċessibilità kompleta.
Għalkemm mhemmx uffiċjali li x-xogħol tagħhom hu li jagħmlu spezzjonijiet f’dan ir-rigward, isiru sforzi kontinwi waqt xogħol ta’ manutenzjoni biex l-aċċessibilita’ titjieb, inkluż stallazzjonijiet ta’ lifts fejn il-bini jippermetti, kif ukoll stallazzjonijiet ta’ toilets għal persuni b’diżabilità.
L-iskejjel ġodda mhux statali huma aċċessibbli skont il-kriterji mniżżla fil-Linji Gwida maħruġa mill-Kummissjoni għall-Persuni b’Diżabilità.
Fl-iskejjel li m’għandhomx aċċessibilità sħiħa, isiru l-arranġamenti meħtieġa biex persuni b’diżabilità jingħataw is-servizzi edukattivi kollha fis-sulari fejn hemm aċċessibilità sħiħa.
Fiż-żjajjar li l-Uffiċjali Edukattivi jagħmlu fl-iskejjel jaraw il-faċilitajiet li jeżistu ukoll għall-persuni b’diżabilità u jħeġġu lill-iskejjel biex itejbu l-aċċessibilità f’inħawi differenti.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti li m'attendewx skola fl-2009 minħabba xi raġuni oħra minbarra mard?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-medja (average) ta' studenti li fallew kull ġurnata fl-iskejjel statali fis-sena 2009 hija ta' 2,304 li ma attendewx skola minħabba raġuni oħra minbarra mard. Fl-iskejjel tal-knisja kien hemm 8,712-il każ ta' tfal li m'attendewx skola minħabba raġuni oħra minbarra mard.
Fl-iskejjel indipendenti kien hemm 2,783 każ ta' tfal li m'attendewx skola minħabba xi raġuni oħra minbarra mard.
skejjel — aċċessibilità għal studenti bi bżonnijet speċjali
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm skejjel li mhumiex provduti b'aċċessibilità għall-istudenti bi bżonnijiet speċjali, per eżempju lifts, rampi eċċ.?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Minħabba xi dislivelli fl-istruttura interna tal-iskejjel, u biex ikun hemm aċċess komplet f’kull klassi għall-istudenti bi bżonnijiet speċjali, se jittieħdu l-passi neċessarji sabiex isiru rampi f’dawn l-iskejjel.
L-iskejjel Primarji tal-Gudja, Ħamrun (GP), Msida, Pietà, Rabat, Safi, Għajnsielem u l-iskejjel Sekondarji: Liċeo Blata l-Bajda, tas-Subien Naxxar u tal-Bniet Tarxien.
Fil-preżent fejn l-aċċessibilità mhix kompleta fis-sulari kollha, isiru arranġamenti interni biex persuna b’diżabilità tingħata s-servizzi edukattivi kollha fis-sular/i fejn hemm aċċessibilità kompleta.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet it-talba tal-persuna li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, li qed tistenna post alternattiv?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Onor. Interpellant huwa mitluba jinforma l-persuna indikata minnu biex tavviċina l-Customer Care Service tal-Awtorità tad-Djar u titlob ‘status report’ tal-applikazzjoni tagħha.
Tista' l-Ministru tgħid fid-dawl ta’ dawn l-istess ċirkustanzi u ta’ dak li ġiet ikkowtata li kienet qalet il-Ministru tal-Edukazzjoni fit-28 ta’ Ottubru, 2009 (DOI Press Release 1858), bit-titlu “Għajnuna Ewropea għall-Promozzjoni ta’ Lingwi anqas użati”, fejn l-istess Ministru saħqet li “…rridu nisfruttaw it-toroq kollha disponibbli għalina u nieħdu kull opportunità li tippreżenta ruħha fuq livell Ewropew biex insaħħu l-lingwa Maltija …”, taħsibx li d-deċiżjoni tas-Senat tal-Università ta’ Malta li jċaħħad l-użu tal-Ilsien Malti fejn mixtieq u fejn dan hu possibbli, fl-ogħla istituzzjoni edukattiva ta’ pajjiżna, mhux qed jgħin biex jiġu sfruttati t-toroq kollha disponibbli għalina u nieħdu din l-opportunità fuq livell lokali qabel dak Ewropew biex ngħinu fit-tisħiħ tal-lingwa Maltija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari numru 15435 u għal 15428, 15431, 15432, 15433 u 15434.
Kif ġie spjegat fir-risposti ta’ qabel, l-Università tixtieq iżżomm il-bilanċ bejn l-użu tal-lingwa Ingliża li saret il-lingwa internazzjonali fid-dinja akkademika, iżda mingħajr ma tnaqqas xejn mill-importanza tal-lingwa Maltija.
kwestjoni fuq għalliem fl-iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar
Question
Tista' l-Ministru tispjega kif għalliem tal-complementary fl-iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar, fejn hemm numru kbir ta' tfal li għandhom bżonn din it-tip ta' għajnuna, ġie eżonerat mid-dmirijiet tiegħu ta' għalliem biex jagħmel xogħol fuq proġett tal-Microsoft bl-isem ta' 'Innovative Schools', mingħajr ma ntbagħat ħadd minfloku? Tista' tispjega l-proċedura li ntużat biex dan l-għalliem tal-complementary ntgħażel biex jagħmel ix-xogħol f'dan il-proġett tal-Microsoft? Tista' tgħid x'inhuma l-kwalifiki ta' dan l-għalliem partikolari fil-qasam ta' l-ICT, ladarba qed jieħu sehem fi proġett fil-qasam ta' l-ICT?
Response (CRISTINA, DOLORES)
M’huwiex minnu li nbidel l-għalliem tal-Complementary Teaching mill-iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar, biex jagħmel xogħol fuq il-proġett tal-Microsoft mingħajr ma ġie ħadd floku. Fil-fatt, ma kien hemm l-ebda mument meta x-xogħol tiegħu ma kienx qed isir minn ħaddieħor. Il-Complementary Teaching baqa’ għaddej normali minn persuna oħra, u t-tfal kollha li għandhom bżonn għajnuna permezz tal-Complementary Teaching baqgħu jieħdu l-għajnuna meħtieġa bħal dejjem.
Dan l-għalliem partikulari huwa bniedem gradwat u intiż ħafna fil-qasam ta’ l-I.T, u aktar minn hekk, għandu kapaċita’ ta’ kif jintegra l-I.T. fil-kurrikulu tal-iskola. Fl-aħħar mill-aħħar dan huwa l-iskop ewlieni għal tagħlim aħjar għall-istudenti. Peress li matul din is-sena nħolqot din l-opportunita’ lil din l-iskola għal ħidma mill-qrib mal-Microsoft, kien opportun li dan l-għalliem jintgħażel biex jaħdem fuq dan il-proġett li se jgawdu minnu mhux biss l-iskejjel kollha tal-kulleġġ iżda anki l-kulleġġi l-oħra meta din l-esperjenza tinqasam ma’ kulħadd.