Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ta' Qali — Park Nazzjonali - Tielet fażi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9388 u 9246 u jgħid fiex tikkonsisti t-tielet fażi tal-proġett tal-Park Nazzjonali f'Ta' Qali? Kemm-il fażi fadal qabel ma jitlesta l-proġett kollu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li din il-mistoqsija tirrikjedi aktar xogħol u għalhekk għandna bżonn aktar żmien sabiex inkunu nistgħu niġbru l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' direct orders li ħarġu mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru fix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra totali ta' flus ta' dawn id-direct orders? Jista' jinformani bl-istess informazzjoni għall-perijodu tas-snin 2007 u 2008?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Żvillup tal-inoteka tal-inbid

Question

B'referenza għall-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8300, jista' l-Ministru jaġġornani bil-breakdown tad-dettal tal-proġett inkluż iċ-ċifra ta' flus stmata għal dan il-proġett?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Dan il-proġett għadu f’fażi preliminari u aktar dettalji jingħataw fil-mument opportun.

Buskett — tal-bagħal - żvilupp tar-riabilitazzjoni tar-razzett

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8302, jista' l-Ministru jinfurmani bil-breakdown tal-proġett u taċ-ċifra tal-flus stmata għall dawn il-proġetti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ġaladarba l-applikazzjoni għadha qed tiġi aġġudikata, ma nemminx li huwa idoneju li f’dan l-istadju nagħti aktar dettalji.

Laħam tat-tjur tas-simna — Produzzjoni attwali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8473u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7936, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li hija l-produzzjoni attwali tal-laħam tat-tjur tas-simna f'Malta u Għawdex għall-ewwel erba' xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess dettall sena b'sena mill-2003 'il quddiem u jagħti din l-informazzjoni għal Malta u Għawdex b'mod separat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li skond informazzjoni miġbura min-National Livestock Database, l-ammont ta’ flieles tas-simna li ġew ipproċessati ġo biċċeriji approvati u li trabbew fi rziezet f’Malta u Għawdex huwa kif ġej: Sena Malta Għawdex Jan – Apr 2003 1,622,107 352,734 Jan – Apr 2004 1,165,023 365,503 Jan – Apr 2005 742,555 171,473 Jan – Apr 2006 666,585 97,935 Jan – Apr 2007 849,890 231,797 Jan – Apr 2008 788,324 270,701 L-ammont indikat għas sena 2009 għad irid jiġi maħdum minħabba l-fatt li jkun għad baqa’ xi dokumenti tal-qatla li saret f’April li ma jkunux ġew irritornati mill-istess produtturi.

Laħam tal-majjal — produzzjoni attwali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8470 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7933, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li hija l-produzzjoni attwali tal-laħam tal-majjal f'Malta u Għawdex għall-ewwel erba' xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess dettall sena b'sena mill-2003 'il quddiem u jagħti l-informazzjoni għal Malta u Għawdex b'mod separat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-produzzjoni attwali tal-laħam tal-majjal f'Malta u Għawdex għall-ewwel erba' xhur tas-sena u għall-istess perjodu mill-2003 l’hawn, hi kif ġej: MALTA GHAWDEX Piz/KGS. Piz/KGS. 2003 3,413,451 185,856 2004 2,800,586 157,039 2005 2,732,070 52,819 2006 2,687,245 28,778 2007 2,088,409 132,462 2008 2,577,807 159,417 2009 2,344,914 99,125

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Skemi li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-iskemi/inizjattivi/għajnuniet li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali, minn entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li fil-ministeru tiegħi hemm diversi skemi/inizjattivi/għajnuniet li minnhom jistgħu jibbenefikaw il-Kunsilli Lokali. Dawn huma skond kif ġej: Nibda bil-Pjan ta’ Żvilupp Rurali ghal Malta 2007-2013 fejn hemm numru ta’ skemi li minnhom jistgħu jibbenefikaw diversi benefiċjarji kemm Pubbliċi kif ukoll Privati. Taħt l-ewwel assi nsibu, Miżura 125 li tkopri proġetti nfrastrutturali fuq widien, bini ta’ ġwiebi, sistemi ta’ distribuzzjoni ta’ drenaġġ ittrattat u titjib f’l-aċċess għal raba jew irziezet. Din l-iskema jistgħu japplikaw għalija Kunsilli Lokali, Ministeri u Dipartimenti tal-Gvern fost l-oħrajn. Taħt it-tielet assi nsibu, Miżuri 313 u 323 li jindirizzaw il-promozzjoni ta’ attivitajiet turistiċi f’zoni rurali kif ukoll il-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali fl-istess zoni. Taħt dawn iż-żewġ miżuri jistgħu jibbenefikaw entitajiet pubbliċi nklużi l-Kunsilli Lokali. Taħt ir-raba’assi nsibu, l-programm LEADER li permezz tiegħu Kunsilli Lokali li jinsabu f’zoni rurali jistgħu flimkien ma’ entitajiet privati, jiffurmaw gruppi ta’ azzjoni lokali u jinvestu fuq programm ta’ inizjattivi fuq medda ta’ 5 snin li jiġi ffinanzjat taħt skema 341. Hemm ukoll għajnuna li tingħata mid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni f’dak li jirrigwardja talbiet mill-Kunsill Lokali prinċipalment għal xogħol ta’ manutenzjoni bħal ma hu patching jew tiswija ta’ bankini jew ta’ ħitan. Għal dan ix-xogħol il-materjal li jintużà irid jiġi pprovdut mill-Kunsill filwaqt li x-xogħol isir mill-ħaddiema tad-dipartiment b’rati favorevoli skond kif ġej: · Xogħol stmat li jiswa sa €232.94 jitħallas kollu mill-Kunsill · Xogħol stmat li jiswa sa €812.95, il-Kunsill iħallas biss € 232.94 · Xogħol stmat li jiswa aktar minn € 812.95, il-Kunsill iħallas biss 30% tal-valur F’dak li jirrigwardja l-WasteServ Ltd, l-iskemi, l-inizjattivi jew għajnuniet li l-Kunsilli Lokali jistgħu jibbenefikaw minnhom huma dawn: · Bring-In Sites f’kull lokalità sabiex tiżdied is-separazzjoni tal-iskart. · Għajnuna fil-forma ta’ premjijiet lil l-iktar 3 Kunsilli li jiġbru skart isseparat per capita kull sena. · Inizjattiva ta’ informazzjoni relatata mas-separazzjoni tal-iskart, li tinkludi sessjonijiet edukattivi u anki parteċipazzjoni f’attivitajiet u fieri fil-lokalitajiet.

Fondi mill-Unjoni Ewropea għall-bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'fondi ħadu mill-Unjoni Ewropea l-bdiewa f'pajjiżna matul l-2008 u fl-ewwel sitt xhur tal- 2009?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u d-9 ta’ Ġunju 2009 il-bdiewa u raħħala Maltin u Għawdxin irċevew l-ammont ta’ € 7,457,893.64 mill-Aġenzija tal-Pagamenti fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali. Dan l-ammont tħallas mill-fondi pprovduti mill-Unjoni Ewropea bħala għajnuna fis-settur Agrikolu.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Għawdex - Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati f’Għawdex mad-Dipartimenti tal-Gvern u l-entitajiet, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Jista’ jagħti l-istess tagħrif għall-aħħar ta’ Diċembru 2007? Jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba skond il-grad u l-iskala tal-ħaddiema?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Fondi tal-Unjoni Ewropea għall-ħarsien tal-annimali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-fondi tal-Unjoni Ewropea li matul l-aħħar ħames snin intużaw għall-ħarsien tal-annimali fi proġetti lokali u f’liema proġetti intnefqu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-fondi li ntefqu fuq l-Animal Welfare fir-rigward ta’ annimali domestiċi ma' oriġinawx minn fondi Ewropej. Madanakollu, ħafna mit-titjib li sar fl-irziezet sabiex l-annimali f’dawn l-irziezet jittejbulhom il-kundizzjonijiet, sar b’fondi Ewropej.

Proġetti u inizjattivi għall-ħarsien tal-annimali

Question

Mill-fondi allokati lil pajjizna mill-Unjoni Ewropea għas-snin 2007 – 2013, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ammont li se jintuża għall-ħarsien tal-annimali? Kemm se jkun dan l-ammont u fuq liema proġetti u inizjattivi se jintnefqu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li taħt il-Programm ta’ Żvilupp Rurali għal Malta 2007-2013, skema numru 121 “Modernizzar ta’ Intrapriżi Agrikoli”, tkopri investiment fuq bini ta’ rziezet ġodda, modernizzar ta’ rziezet eżistenti, introduzzjoni ta’ teknoloġiji moderni, xiri ta’ apparat u makkinarju modern u twaqqif ta’ strutturi għall-maniġġ ta’ demel. Bħala riżultat ta’ dan l-investiment il-kundizzjonijiet għaż-żamma, l-manteniment u l-iġjene ta’ l-annimali tkun rispettata, mtejjba u f’każi tmur oltre mill-istandards rispettivi mitluba. L-Fondi allokati fuq din l-iskema jammontaw għal Ewro 13,460,000 fejn l-applikant jingħata 50% ta’ l-ispiża eliġibbli sa massimu ta’ 150,000 Ewro.

Buskett — Żvilupp dwar l-Inoteka tal-inbid

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-pjanti tal-Gvern dwar l-iżvilupp tal-inoteka tal-inbid fil-ġonna tal-Buskett u cioè l-ex Winery tad-Dipartiment tal-Biedja? Kemm fil-fatt ilha wieqfa l-attivita f'din il-winery?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Membru għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija nru 8300.

Flotta tas-sajd reġistrarta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-flotta tas-sajd reġistrata f'pajjiżna fil-preżent f'Malta u Għawdex separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-flotta tas-sajd reġistrata f'pajjiżna fl-1 ta' Ġunju 2009 f'Malta u Għawdex hija kif ġej: Malta Għawdex Flotta Professjonali (full-time) 314 90 Flotta Professjonali (part-time) 559 154 Flotta Rikreazzjonali 1568 161 Flotta Awziljarja (work boats) 26

Għammieri — raħħala reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9205 u 9015 u jindika kemm fadal raħħala reġistrati mal-Għammieri f'Malta u f'Għawdex? Jista' jindika sena b'sena l-ammont ta' raħħala reġistrati minn Jannar 2004 sal-lum?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li n-numru ta’ raħħala f'Malta u f'Għawdex reġistrati mal-Għammieri mill-2004 sa llum huwa kif ġej:- Malta Għawdew 2004 119 48 2005 111 45 2006 108 46 2007 99 45 2008 97 43 2009 92 39

Servizzi ta' veterinarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna persuni reġistrati f'Malta u f'Għawdex biex jagħtu servizz ta' veterinarju?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li fir-Reġistru tal-Kirurġi Veterinarji hemm 46 Veterinarju / a Maltin jew residenti Malta u 6 Veterinarji barranin mhux residenti Malta li huma reġistrati biex ikunu jistgħu jaħdmu ta' Veterinarji skond il-liġi Kap 437.

Tariffi li jiċċarġjaw il-veterinarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux tariffi għal kemm jistgħu jiċċarġjaw il-veterinarji f'pajjiżna biex isewwu l-qtates u l-klieb u jekk iva, x'inhuma dawn it-tariffi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li ma jeżistux tariffi dwar kemm jistgħu jiċċarġjaw il-veterinarji f’pajjizna biex isewwu l-qtates u l-klieb.

Qtates u klieb miġbura mill-awtoritajiet pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2008 kemm kien hemm qtates u klieb jiġġerrew barra li ġew miġbura mill-awtoritajiet pubbliċi biex jiġu msewwija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta li tajt għall-mistoqsija Nru 6165.

Għajnuna lil għaqdiet/individwi li jħarsu l-annimali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tipi differenti ta' għajnuna qed jagħti l-Ministeru lil dawk l-għaqdiet u individwi li jħarsu l-annimali f'pajjiżna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-għajnuna li ngħatat lill-għaqdiet u individwi li jħarsu l-annimali f’pajjiżna kienet għajnuna finanzjarja biex tkopri l-ispejjeż gġal neutering campaign u aftercare kif ukoll biex tkopri spejjeż kapitali u spejjeż biex sar survey dwar l-annimali li jiġġerrew barra. Dan minbarra għajnuna oħra permezz ta’ investiment tal-Gvern fil-bini ta’ Ċentru għal Ħarsien tal-Annimali f’Ta’ Qali kif ukoll bit-twaqqif ta’ Direttorat ġdid għall-Ħarsien tal-Annimali.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Proġetti u inizjattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti u inizjattivi għandu maħsuba l-Ministeru għal din is-sena? F’liema stadju ta’ twettieq waslu u kemm se jkun qed jonfoq fuqhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Produzzjoni tal-kompost

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-kompost f'pajjiżna matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? Kemm swiet din il-produzzjoni sena b'sena? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-livelli kif ċertifikati mil-laboratorji tal-kompost in kwestjoni sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-produzzjoni tal-kompost f’pajjiżna mill-WasteServ matul l-aħħar ħames snin kienet kif ġej: 2005 - 23,436.64 tunnellata 2006 - 21,954.99 tunnellata 2007 - 4,813.82 tunnellata 2008 - Xejn waqt l-immodernizzar tal-impjant 2009 - Xejn waqt l-immodernizzar tal-impjant L-ispiża kienet tammonta għal madwar Lm50(€116.47) it-tunnellata. Peress li l-impjant il-qadim ta’ Sant’Antnin ma kienx qed jipproduċi kompost tal-kwalità mixtieqa, dan il-materjal kien qed jintuża’ biex tiġi mgħottija l-parti ta’ fuq tal-miżbla magħluqa tal-Magħtab. Dan kellu l-iskop li jaġixxi bħala filtru għall-gassijiet li kienu qed joħorġu sa ma ġiet installata s-sistema ta’ ġbir ta’ gassijiet permezz tal-proġett li kien imhallas bil-fondi mill Ewropa. Irid jingħad li ma kienux meħtiega ċertifikati mill-laboratorji tal-kompost in kwestjoni biex jintuża’ go miżbla magħluqa. Hemm ukoll produzzjoni ta’ kompost mill-privat li ma tinżammx statistika tagħha mill-Gvern.