Birkirkara – Triq Dun Filippo Borg – bini ta’ bankina
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18935 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jordna li l-bankina ġdida quddiem binja fi Triq Dun Filippo Borg, Birkirkara, kantuniera ma’ Triq Mannarino tiġi mibnija mill-ġdid, peress li hija perikoluża kif inhi, partikolarment għal anzjani?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — konsulenti maħtura
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18925 u jgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jagħti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' servizzi, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dak il-konsulent s’issa u kemm huwa l-valur ta' dak il-ħlas?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella annessa:
Title of Position/Contract Nomenclature
Department / Entity engaged with
Date of First Appointment of Contract
Salary Scale
Full Time / Part-Time
Policy Consultant - SPU
MHAL
28.03.20
3
Full time
Policy Consultant - SPU
MHAL
15.01.20
3
Full time
Policy Consultant - SPU
MHAL
15.01.20
3
Full time
Policy Consultant - SPU
MHAL
15.01.20
3
Full time
Policy Consultant - SPU
MHAL
15.01.20
5
Full time
Policy Consultant - SPU
MHAL
15.01.20
6
Full time
Policy Consultant - SPU
MHAL
15.01.20
3
Full time
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — tenders/direct orders lill-kumpanija
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18209, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu tawx tender jew direct order lil kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 sissa? Jekk iva, jista' jagħti l-informazzjoni sena b’sena?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali ma ta l-ebda tip ta’ tender jew direct order lill-kumpanija msemmijja.
Jista’ l-Ministru jgħid x'qed jiġi ppjanat biex jiġi assigurat li Forti Salvatur u l-Bieb tal-Kalkara jiġu lura f'idejn il-Gvern, u b’hekk jiġi żgurat li jiġu restawrati bil-possibbilità li jitgawdew mill-pubbliku?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Forti hu proprjetá privata, u għaldaqstant ir-restawr tiegħu ma jaqax taħt ir-responsabbiltá tal-Gvern.
Madanakollu s-Sovrintendenza għall-Patrimonju Kulturali tibqa tilqa talbiet sabiex kull tip ta' propjeta skedata tiġi rrestawrata u tinfetaħ biex titgawda mill-pubbliku.
Kunsill Lokali tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar — mintui tas-seduti
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-aħħar sitt seduti tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Attachments:Laqgha 22 - Il-Ħamis 17 ta' Settembru 2020 - Urġenti.pdfLaqgha 23 - Il-Hamis 08 ta' Ottubru 2020.pdfLaqgha 24 - Il-Hamis 22 ta' Ottubru 2020.pdfLaqgha 25 - Il-Hamis 05 ta' Novembru 2020.pdfLaqgha 26 - Il-Hamis 10 ta' Dicembru 2020.pdfLaqgħa 27 - Il-Ħamis 7 ta' Jannar, 2021.pdfMin16A(210720).pdfMin17A(170820).pdfMin18A(170920).pdfMin19A(131020).pdfMin21A(221220).pdfMin20A(131120).pdf
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — entitajiet li għandhom ftehim kollettiv skadut
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Jista’ għal kull każ jgħid meta skada?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm erba' (4) entitajiet fid-dekasteru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali li għandhom ftehim kollettiv skadut.
Dawn huma:
· Heritage Malta – skada fl-aħħar tal-2019.
· Malta Philharmonic Orchestra – skada fl-aħħar tal-2020.
· Arkivji Nazzjonali – skada fl-aħħar tal-2020.
· Skrivani tal-Kunsilli Lokali - skada fl-aħħar tal-2017.
· Direttorat għar-Restawr – skada fl-aħħar tal-2018.
Dawn l-entitajiet jinsabu fil proċess ta' evalwazzjoni u preparazzjoni amministrattiva sabiex fi ftit żmien ikunu jista' jiġi aġġornat u konkluż kull ftehim rispettiv.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — konsulenti maħtura
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jagħti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' servizzi, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dak il-konsulent s’issa u kemm huwa l-valur ta' dak il-ħlas?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm se ddum biex titlesta Triq Paola, Ħal Tarxien? X’xogħlijiet se jsiru?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat miIl-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li dawn ix-xogħlijiet qed isiru minn Infrastructure Malta. Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant iressaq il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet se jsiru fi Triq Birżebbuġia, Ħal Tarxien?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat miIl-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li dawn ix-xogħlijiet ser isiru minn Infrastructure Malta. Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant iressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18316, jista’ l-Ministru jgħid jekk ittieħdux passi biex il-batterija Rihana tiġi f’idejn il-Kunsill Lokali?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat miIl-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li kien il-Kunsill stess li ħa d-deċiżjoni li ma japplikax għad-devoluzzjoni tal-Batterija.
Jista’ l-Ministru jara li lampa li ritratt tagħha qed jingħata separatament li hemm imdendla f’nofs tat-triq li tinsab fi Triq il-Kbira kantuniera ma’ Triq is-Salib fin-Naxxar tiġi mbattla mill-ammont ta’ ilma li nġabar fiha, peress li din tista’ tikkawża periklu kemm għar-residenti li jgħixu fiż-żona kif ukoll għal min jgħaddi minn dawn it-toroq? Nifhem li l-manutenzjoni meħtieġa trid issir jew mill-kuntrattur tal-Kunsill Lokali inkella mill-Enemalta.
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat miIl-Kunsill Lokali tan-Naxxar li dan ir-rapport ġie mgħoddi lill-Kuntrattur immedjatament kif wasal għand l-istess Kunsill.
Wied il-Għajn – Bajja ta’ San Tumas – open air gym
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra meta l-open air gym li hemm fil-bajja ta’ San Tumas f’Wied il-Għajn ser jingħata l-attenzjoni meħtieġa sabiex isiru t-tiswijiet neċessarji?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn, li l-apparat kollu li preżentament ma jistax jintuża ser jingħalaq, u ser jinġabru stimi sabiex jiġi rranġat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jdum ix-xogħol li preżentement għaddej fi Triq Xrobb l-Għaġin Marsaxlokk u kemm se jiġi jiswa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor.Interpellant illi ninsab infurmat li dan ix-xogħol mhux qiegħed isir mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk.
Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant iressaq il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru għall-Enerġija
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija palamentari 17951, peress li l-festi f'pajjiżna huma kkunsidrati li jsostnu l-identità Maltija u d-diversi għaqdiet li jorganizzaw dawn il-festi huma għaqdiet volontarji, u għalkemm f'Ġunju kienu ngħataw diġà xi forma ta' għajnuna mill-Gvern, peress li minħabba l-pandemija tal-COVID-19 l-attivitajiet kollha li kienu jiġu organizzati bħala 'fund raisers' kellhom jiġu kkanċellati barra l-fatt li l-bottegini ta' dawn l-għaqdiet kellhom jingħalqu għal diversi xhur, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn l-għaqdiet hux ser jiġu kkumpensati għal dan it-telf ta' flus? Jekk fil-fatt il-Gvern ser jikkumpensa lil dawn l-għaqdiet, f'liema forma ser tkun din l-għajnuna u kemm ser ikun l-ammont?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, sa mill-bidu tal-pandemija, il-Gvern kien dejjem kommess li joffri appoġġ lill-għaqdiet indikati li, bħal bosta, l-attività tagħhom intlaqtet ħażin minħabba r-restrizzjonijiet meħtieġa mill-awtoritajiet tas-saħħa.
Fil-fatt matul l-2020 il-Gvern ħareġ €200,000 f’għajnuna diretta lill-għaqdiet tal-banda. Minbarra hekk il-Kunsill Malti għall-Arti nieda dawn it-tliet fondi mmirati lejn l-għaqdiet imsemmija kif ġej:
1) skema t’appoġġ finanzjarju ta’ €150,000 lis-soċjetajiet tal-banda;
2) €150,000 finanzjament lill-għaqdiet tal-armar tal-festi, għaqdiet kulturali u għaqdiet soċjali; u
3) €170,000 għal aktar sigurtà fil-kmamar tan-nar.
Nista nikkonferma li dawn se jerġgħu jkunu disponibbli matul din is-sena wkoll.
Inżid ngħid ukoll li l-għaqdiet in kwistjoni ser ikunu wkoll benefiċċjarji mill-fond ta’ €2.2 miljun, li għadu kemm ġie allokat mill-Gvern.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — lista ta' proġetti kapitali
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proġetti kapitali lil jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu li huma għaddejjin bħalissa jew se jibdew fit-12-il xahar li ġejjin?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’passi qed jittieħdu sabiex il-Batterija ta’ Rihama ġewwa l-Bajja ta’ San Tumas Wied il-Għajn tiġi restawrata?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-imsemmija Batterija hi propjetà tal-Awtorità tal-Artijiet u l-amministrazzjoni tagħha mhix delegata lill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala. Għalhekk din il-Mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jara li l-Ġnien l-Għarusa tal-Mosta jingħata l-attenzjoni li tixraqlu mill-entitajiet responsabbli li jistgħu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu possibilment il-Kunsill Lokali Mosta? Dan peress li partijiet minnu jinsabu fi stat mitluq?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali qed jipprovdi servizz ta’ tindif u ġbir ta’ skart ta’ kuljum miż-żona tal-ġnien li hu responsabbli minnha. Minbarra hekk nirreferih għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 18654.
Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal ix-xogħol fuq il-Kappella tal-Lunzjata li tinsab biswit is-Salib tal-Għolja fil-limit tas-Siġġiewi?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li mill-ġurnata tar-risposta għal Mistoqsija Parlamentari numru 16636 sal-ġurnata ta’ llum, qed jitkompla l-moniteraġġ perjodiku ta’ varjazzjonijiet u movimenti ġeoloġiċi fuq is-sit permezz tal-inclinometers, kif ukoll it-testijiet fil-laboratorji.
Tlestew ukoll is-
surveys
arkitettoniċi tal-Kappella u qed jiġu preparati l-pjanti li ser jiġu sottomessi lill-Awtorità tal-Ippjanar la darba tiġi konkluża l-fażi investigattiva u jiġi fformulat l-pjan ta’ konsolidazzjoni tas-sit u restawr tal-Kappella.
Rabat – Triq San Pawl – bdil tad-direzzjoni tat-traffiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li saret talba lill-Kunsill Lokali tar-Rabat biex tinbidel id-direzzjoni tat-traffiku fi Triq San Pawl fir-Rabat? Jekk fl-affermattiv min għamel din it-talba u għal liema raġuni?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Rabat li ma kellux talbiet biex Triq San Pawl tiġi one-way fid-direzzjoni opposta.
Ministeru għall-Wirt Nazzjoanli, l-Arti u l-Gvern Lokali – restrooms għal persuni bi bżonnijiet speċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il restroom fil-binja tal-Ministeru tiegħu hija aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-binjiet li jappartjenu lill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali huma mgħammra kif ġej b’ restrooms aċċessibbli minn persuni bi bżonnijiet speċjali:
Entity
Restrooms
Ministeru
1
ACM
2
Festivals Malta
1
Pjazza Teatru Rjal
5
Fondazzjoni Centru Kreattivita
2
Heritage Malta (inkluż siti storiċi)
44
Orkestra Filarmonika
3
Kon-Kattidral ta’ San Ġwann
1
Teatru Manoel
3
Valletta Cultural Agency
1
Direttorat għall-Gvern Lokali (Għawdex)
1
Direttorat tar-Restawr
1
Arkivji Nazzjonali
1
Malta Libraries
2
Kottonera Foundation
1