Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' operaturi li ngħataw liċenzja biex ikunu jistgħu jħaddmu s-sistema tal-water taxi fl-ibħra Maltin? Kemm minn dawk li ngħataw il-liċenzja bdew joperaw? Kemm minnhom għadhom joperaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' operaturi li ngħataw liċenzja biex joperaw water taxis kienu tnejn. Dawn bdew joperaw matul is-sena l-oħra. Wieħed minn dawn l-operaturi ma reġax ġedded il-liċenzja u għalhekk fil-preżent hemm operatur liċenzjat wieħed
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15923 u għar-risposta relattiva, filwaqt li l-interpellant tassigura lill-Ministru li taf x'tgħid il-liġi u regolamenti applikabbi, jista' l-Ministru jgħid kemm saru tabelli u sinjali f'Għawdex f'dawn l-aħħar ġranet fil-bays quddiem ħwienet bil-kliem loading/unloading?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn Jannar 2010 sal-lum ġew approvati tliet loading/unloading bays f'Għawdex. Irid jingħad li fl-aħħar ġranet Transport Malta ġibdet l-attenzjoni tal-Kunsill Lokali tar-Rabat, Għawdex sabiex fil-loading/unloading bays diġà eżistenti jitwaħħlu tabelli li jindikaw il-ħnijiet li fihom ma jkunx jista' jsir parkeġġ. Fil-fatt, ġew istallati ħames tabelli ma’ loading/unloading bays fl-aħħar xahar mill-istess kunsill lokali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-hit rate mitluba fit-tender tal-Contolled Vehicular Access li qed titħaddem il-Belt Valletta? Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet din il-hit rate fl-ewwel sena tas-sistema magħżula?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta daħlet fi ftehim ma' CVA Technology Ltd f'Settembru 2006, b'seħħ minn Mejju 2007. F'dan il-kuntratt hemm stipulata minimum accuracy rate ta' 96% mit-tielet xahar li s-sistema tkun qed topera.
Ninsab infurmat ukoll li minn stħarriġ li sar minn awdituri indipendenti mqabbda minn Transport Malta f'Ġunju 2008, ir-rata medja ta' accuracy mis-sistema tas-CVA kienet ta' 97%.
B'referenza għall-mistoqsija numru 15683, jista' l-Ministru jgħid x'inhi t-target date ta' meta huwa ppjanat li Triq Guzeppi Lanzon ġewwa Wied il-Għajn ser issir?
Response (GATT, AUSTIN)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 19277, it-toroq indikati jsiru skont il-prijoritajiet imsemmija fl-istess risposta.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — kuntratti lill-kumpaniji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21026 u jagħti lista ta' kuntratti mogħtija bejn is-sena 2000 u llum, sena b'sena, lill-kumpaniji Where's Everybody?, WE Events u WE Marketing & PR Services? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull kuntratt, minn min ingħata u jekk ingħatax wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Jista' jgħid x'kien il-ħlas mogħti għal kull kuntratt?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onor. Interpellant jifhem illi biex tingħata r-risposta trid issir riċerka estensiva u konsegwentement ikolli nagħti r-risposta f'seduta oħra.
Dikjarazzjonijiet fuq tħaddim tal-karozzi tal-linja
Question
Billi fid-dikjarazzjonijiet li saru dwar it-tħaddim tal-karozzi tal-linja mill-kuntrattur il-ġdid tat-trasport pubbliku ġie dikjarat li se jsir xogħol fuq numru ta' vened, fosthom dik ta' Buġibba, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu x-xogħol li hu mistenni li jsir f'din il-venda? Jista' jpoġġi kopja tal-pjanti tax-xogħol li hu mistenni li jsir f'din l-area?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 21226 fejn hemm elenkat ix-xogħol kollu li se jsir f'Buġibba.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta ta' dan il-proġett.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-art tal-Qawra li kienet tifforma parti mill-proprjetà tal-Maltacom, għaddietx lura għand il-gvern jew jekk din għadhiex fuq il-kotba tal-GO?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
B'referenza għall-mistoqsija numru 19999, jista' l-Ministru jgħid x'inhi t-target date ta' meta huwa ppjanat li Triq il-Buttuniera gewwa Wied il-Għajn ser issir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-toroq imsemmija fir-risposta ta' PQ 19277 isiru skont il-prijoritajiet imsemmija fl-istess risposta.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21147, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kien in-numru ta' vetturi second hand/ġodda li ġew reġistrati fil-perjodu indikat fir-risposta? Fil-każ ta' vetturi second hand, jista' jagħti indikazzjoni ta' x'kien in-numru ta' vetturi reġistrati f'dan il-perjodu skont is-sena tal-manifattura tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' vetturi second hand u ġodda li ġew reġistrati fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u l-aħħar ta` Ottubru 2010 huwa kif imsemmi hawn taħt:
Vetturi ġodda: 4,575
Vetturi
second hand
: 8,283
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-ammonti tal-vetturi
second hand
li ġew reġistrati skont is-sena tal- manifattura tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol ta' twaħħil ta' bollards fuq it-turġien ta' Triq San Ġwann il-Belt peress li s'issa nofs it-triq biss hija lesta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-programm tat-twaħħil ta' bollards fl-imsemmija triq għandu jitkompla u jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.
garaxxijiet liċenzjati bil-permess ta' Auto dealers
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-garaxxijiet liċenzjati li għandhom il-permess ta' auto dealer? Jista' jagħti l-lista bl-ismijiet tal-garaxxijiet u l-lokalità?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-vetturi second hand importati mill-Ewropa ma jiġux b'ċertifikazzjoni tal-mileage li jkollhom qabel jaslu Malta, bħal fil-każ ta' vetturi li jiġu importati mill-Japan u dan sabiex ma jkunx hemm abbużi ta' tbabis fil-meter tal-mileage minħabba r-registration?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi flimkien ma’ Transport Malta kkonkluda l-qafas regolatorju biex matul l-ewwel xhur tas-sena d-dieħla, Transport Malta tintroduċi l-obbligu li waqt ir-reġistrazzjoni ta’ kull vettura wżata li tkun ġejja mill-Unjoni Ewropea, is-sid tal-vettura jrid jissottometti ċertifikat li jikkonferma l-mileage ta’ dik il-vettura, liema ċertifikat jiġi maħruġ minn aġenzija approvata minn Transport Malta.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex ma jkunx hemm abbużi meta jiġu importati vetturi second hand mill-Ewropa, fis-sens li n-notice of arrival ma tiġix mibdula minn sid għal ieħor u/jew id-data ta' meta waslet Malta b'mod abbużiv? Jista' jgħid jekk qattx kien hemm abbużi bħal dawn li inqabdu? Jekk iva, kemm kien hemm matul dawn l-aħħar tlett snin, sena b'sena? X'passi ittieħdu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Artikolu 6(2) tar-Regolamenti 2009 dwar ir-Reġistrazzjoni u l-Liċenzjar ta’ Vetturi bil-Mutur jistipula li ‘Persuna li timporta jew iġġib f’Malta vettura bil-mutur użata skont ma jingħad f’dan ir-regolament għandha, fi żmien ħmistax-il jum minn meta l-vettura tkun waslet Malta, tippreżenta applikazzjoni u tipprovdi d-dokumenti kollha rilevanti skont ma jipprovdi s-subregolament (4) ta’ dan ir-regolament, lill-Awtorità għar-reġistrazzjoni ta’ dik il-vettura.
Artikolu 3 jistipola li ‘
Meta persuna, li ma tkunx negozjant awtorizzat, tonqos, għal raġunijiet mhux ġustifikati, milli tikkonforma mas-subregolament ta’ qabel dan, hi tista’ teħel multa amministrattiva ta’ €30 għal kull ġurnata li l-vettura tibqa’ ma tiġix reġistrata wara li jgħaddu dawk il-ħmistax-il jum imsemmija fis-subregolament (2) hawn qabel.
Sabiex Transport Malta tivverifika jekk għaddewx il-ħmistax-il ġurnata mid-data li l-vettura waslet Malta fl 1 ta’ Ottubru ta’ 2009 introduċiet l-obbligu li kull persuna li mhiex importatur awtorizzat (għaliex dan huwa eżentat skont il-provedimenti msemmija qabel) irid jippreżenta n-Notice of Arrival tal-vettura.
Transport Malta ma tobbligax li
notice of arrival
jkollha is-sid tal-vettura u l-maġġoranza tan-
notice of arrivals
li jiġu maħruġa mil-kumpaniji tas-shipping ma jkollhomx id-dettajli tas-sid iżda dettalji relatati mal-vettura u għaldaqstant Transport Malta ma tkunx taf li s-sid inbidel.
Transport Malta mhijex infurmata li qatt kien hemm xi abbużi peress li n-
Notice of Arrivals
jigu maħruga min kumpanija tas-
shipping.
Jista' l-Ministru jgħid kemm membru ta' familja jista' iġib vetturi importat second hand mill-Ewropea fuq ismu f'sena u kemm jista' jbiegħ minnhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li m'hemmx limitu fuq l-ammont ta' vetturi importanti second hand mill-Ewropa li membru ta' familja jista' jġib fuq ismu f'sena. Iżda persuna li mhix liċenzjata bħala dealer ma tistax titrasferixxi iktar minn żewġ vetturi fis-sena minn dawk importati.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21368 u jinvestiga għaliex reġgħu rriżultaw aktar tarmac cracks fl-Imtarfa by-pass meta suppost skont il-pjan tal-gvern, dawn it-toroq kellhom iservu għal għoxrin sena bla manutenzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.17337.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu cruiseliners f’Għawdex matul l-2010? Liema huma dawn il-cruiseliners? F’liema port daħlu u meta daħlu? Kemm niżlu turisti l-art f’kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ cruise liners li daħlu f'Għawdex din is-sena kien ta’ 6, li kollha ankraw ‘l barra mill-port tal-Imġarr. Il-kumplament tal-informazzjoni mitluba hija kif ġej:
Data Isem tal-Vapur Numru ta’ Passiġġieri Abbord
05-04-2010 Spirit of Adventure 229
28-06-2010 Club Med 2 215
19-07-2010 Panorama 43
09-08-2010 Noordam 2,136
18-08-2010 Le Ponant 57
29-09-2010 Club Med 2 282
Jista' l-Ministru jgħid jekk isirx ppjanar u jekk hemm ppjanar allura jippubblika dan il-ppjanar li hemm biex ma jsirx xogħol doppju jew triplu u toroq li jkunu tajbin ma jsirx tħaffir fihom, u wara jkollhom jerġgħu jagħtu l-wiċċ tat-triq mill-ġdid? Każ riċenti huwa meta ġewwa ż-żona taż-Żokrija fejn kellhom jerġgħu jitkissru toroq ġodda biex jitħaffer gandott wiesa' xi 50 ċentimetru u fond xi metru biex jgħaddu 2 cables ħoxni ċentimetru-il wieħed.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, madwar sentejn ilu twaqqfet unit apposta fi ħdan Transport Malta sabiex tikkordina l-interventi kollha li jkunu se jsiru fit-toroq. Barra min hekk waħda mill-miri prinċipali ta’ din il-unit hu li qed ikun imfassal pjan ta’ xogħlijiet li jkunu se jsiru fin-network tat-toroq ta’ pajjiżna. Dan il-pjan jiġbor fih xogħlijiet tas-servizzi bħal Enemalta u l-Water Services Corporation kif ukoll pjan tat-toroq li jkunu se jinbnew u/jew ikun se jsirilhom xi intervent fuqhom. Minħabba li dan il-pjan hu wieħed attiv u x-xogħlijiet jinbidlu fuq bażi regolari mhux possibli li jkun ippublikat, però meta wieħed ikun se jagħmel intervent fit-triq jista’ jkun jaf minn qabel x’interventi hemm ippjananti u meta se jsiru.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, jien infurmat li x-xogħol imsemmi kien bżonnjuż sabiex tissaħħah il-provvista ta’ l-elettriku għall-iskola ġdida li nfetħet fiz-zona taż-Żokrija fil-Mosta. It-toroq li għaddew it-trinek minn ġo fihom jinkludu toroq li ġew asfaltati aktar minn tmien snin ilu u toroq oħrajn li għadhom ma' ġewx iffurmati. Infakkar l-Onor. Interpellant li filwaqt li l-koordinazzjoni ssir ma’ kull entità li tintervjeni fit-toroq, hu impossibli li wieħed jipprevedi xi emerġenzi li jinqalgħu minn żmien għall-ieħor.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir pjanar biex tinbidel is-sistema u ma nibqgħux bil-prattika adottata illum li jsir tħaffir fit-toroq u wara li jgħaddu s-servizzi dan it-tħaffir u l-gandotti jerġgħu jintradmu sakemm xi ħadd jerġa' jiftillu li jrid jgħaddi xi servizz ieħor? Meta sejra tibda titħaddem is-sistema biex dawn il-gandotti jsiru darba u li minnhom jgħaddu is-servizzi kollha, xi ħaġa li konna rajna bdiet issir f'ċertu toroq imma bħal donnha waqfet ħesrem u ma għadiex tintuża? Għaliex din is-sistema li saret fil-by pass, ring road tal-Mosta għan-naħa ta' San Giuseppe ma baqgħetx ssir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-sistema li qed jirreferi għaliha ilha titħaddem għal dawn l-aħħar sentejn wara li twaqqfet unit apposta fi ħdan Transport Malta. L-għan prinċipali ta’ din il-unit hu sabiex jassigura li l-interventi kollha li jsiru fit-toroq ikunu ppjanati u kkordinati qabel ma jkunu mplimentati. Għal dan il-għan il-Ministeru addotta policies ċari li huma miġburin f’dokument li daħal fis-seħħ fi Frar 2009 u li permezz tal-mistoqsija parlamentari 10488 kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.