Peress li l-lift fl-iskola sekondarja tal-Mrieħel, parti mill-Kulleġġ Santa Tereża, ilu bil-ħsara għal aktar minn sena, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru huwiex infurmat b’dan?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Kapijiet ta' skejjel primarji tal-Istat — Deployment
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm Kapijiet ta' skejjel primarji tal-Istat li ngħataw deployment u ma baqgħux fl-iskola li kienu fiha fis-sena skolastika li għaddiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm Kapijiet ta' skejjel medji tal-Istat ingħataw deployment u ma baqgħux fl-iskola li kienu fiha fis-sena skolastika li għaddiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Impjegati minn ħaddiema ta’ aġenziji tax-xogħol
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10184, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-snin 2022 u 2023 sal-lum?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Isem l-entità
Numru ta’ Impjegati
IFE
4 massimu 5
Sport Malta
Skond l-esiġenza
FES
20
Small Nations Games — Ħlas għal xogħol lill-kuntratturi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9092 u jelenka kull ħlas li sar jew hu mistenni jsir lil kull kuntrattur li ngħata/rebaħ sejħa għall-offerti għal xi xogħol marbut mal-iSmall Nations Games? Jista’ jgħid f’kull każ:
a) id-data meta ntrebaħ/ingħata l-kuntratt;
b) jekk kienx direct order; u
ċ) isem il-kuntrattur?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Sport Malta allokat €3,443,000 lill-Kumitat Olimpiku Malti biex dawn jiġu utilizzati kemm għas-servizzi li kien hemm bżonn waqt il-logħob u kif ukoll biex jissorvelja l-logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar u jkollna l-aħjar riżultati għall-Team Malta.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Konsulenti legali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10706 u jgħid min huma l-konsulenti legali li jagħtu konsulenza lill-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll min huma l-konsulenti legali ta’ kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Għal kull każ, jista’ jgħid minn meta ilhom jagħtu din il-konsulenza legali u kemm jitħallsu għaliha?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
NBC
Konsulent Legali
Sena
Ħlas Totali (per annum)
Timothy Bonello
2022
€3,699.28
2023
€1,149.60
Sammut Legal
2023
€2,996.32
Benjamin Valenzia
2023
€590
MCST
Konsulent Legali
Sena
Ħlas Totali (per annum)
Dr. Carina Nagiah
2019
€9,720
Legis Services
2023
€9,996
ELTC
Konsulent Legali
Sena
Ħlas Totali (per annum)
Ten Yards Legal
2022
€802.50
FTS
Konsulent Legali
Sena
Ħlas Totali (per annum)
DF Advocates
2016
Skont l-esiġenza
Dalli Paris Advocates
2020
€60 kull siegħa
MM Lex Consulta
2022
Skont l-esiġenza
UoM
Konsulent Legali
Sena
Ħlas Totali (per annum)
Pro Legal Advicates
2021
€699
2022
€4167
2023
€1,228.60
Dr. Ian Vella Galea
2021
€4,689.55
2022
€12,329.49
2023
€9,363.69
FES
Konsulent Legali
Sena
Ħlas Totali (per annum)
Dr. Marsette Portelli Xerri
2017
€2,032.95
2018
€2,276
2019
€2,553
2020
€3,760.43
2021
€5,540.77
2022
€2,580.96
SportMalta
Konsulent Legali
Sena
Ħlas Totali (per annum)
Dr. Tiffany Ann Attard
2022
€6,480
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Segretarjat Parlamentari għall-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - impjegati fis-Servizz Pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari jgħid kemm hemm impjegati fis-Servizz Pubbliku li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu/tagħha u jaqsam din l-informazzjoni skont il-grad tal-impjegati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba numru 9844.
Test dwar il-passat tal-Youth Workers/Care Workers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk youth workers jew care workers mat-tfal jgħaddux minn test biex jaraw għandhomx passat kriminali jew tendenzi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull impjegat li jaħdem mat-tfal, inkluż il-Youth Workers, jintalbu dokument skont l-Att għall-Protezzjoni tal-Minuri.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Ħaddiema ingaġġati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni mal-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Marzu 2022 ’l hawn, maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti (definit jew indefinit) u anke bl-irwol li ġew ingaġġati fih?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-proġett tal-indoor pool fil-Cottonera Sports Complex li huwa stess qal li kien se jitlesta sa Diċembru tal-2020, tlesta kważi tliet snin tard?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-ispiża tal-indoor pool fil-Cottonera Sports Complex żdiedet għal €14-il miljun, mit-€8 miljun li kien ġie budgeted, kif kien intqal fl-istqarrija (PR190472) tas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat, tas-07 ta’ Marzu 2019, fiż-żmien fejn hu stess kien is-Segretarju Parlamentari?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ żgħażagħ li se jkunu qed jattendu l-programm Youth.inc offrut mill-Aġenzija Żgħażagħ f’din is-sena skolastika?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħlijiet li saru b’rabta mar-riġenerazzjoni tal-Iskola Primarja tar-Rabat, li tagħmel parti mill-Kulleġġ San Nikola? Jista’ jgħid ukoll x’kien l-investiment globali f’dan il-proġett?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-programm tas-SEC Revision Classes? Jista' jgħid ukoll x'inhuma l-klassijiet li qed jingħataw, u min jista' jibbenefika?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li skont il-klassifika b’reputazzjoni għolja tal-Universitajiet fid-Dinja, QS World University Ranking 2024 u Times Higher Education (THE) World University Rankings 2023, l-Università ta’ Malta hija kklassifikata 851-900 u 801 – 1000 rispettivament u skont il-QS World University Rankings 2024, il-kriterji ġew ikklassifikat kif jidher fit-tabella li qed tingħata separatament, jista’ l-Ministru:
a. jgħid x’kienet il-klassifika tal-Università ta’ Malta skont dawn il-klassifiċi msemmija mill-2018 s’issa;
b. xi strateġija qed taddotta l-Università ta’ Malta biex ittejjeb il-klassifika tagħha fil-klassifiċi imsemmija fis-snin li ġejjin;
c. jgħid jekk ġieli sarx xi studju dwar dan l-aspett (tar-rating internazzjonali) mill-istess Università u/jew mill-Ministeru;
d. jgħid jekk sar dan it-tip ta’ studju biex titjieb il-klassifika tal-Università, meta sar; u
e. jekk dan l-istudju ma sarx, għalfejn qatt ma sar u jekk hemmx il-pjan li jsir fi żmien qasir?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li Malta qiegħda klassifikata mal-aqwa 3% fid-dinja meta tqis li n-numru ta’ universitajiet globalment huwa stmat bejn wieħed u ieħor 31,000. Lil hinn mill-klassifiċi ġenerali, bosta mill-punteġġi individwali tal-kriterji li jikkostitwixxu dawn ir-riżultati qegħdin dejjem jitjiebu b’mod konsistenti.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellanta li l-Pjan Strateġiku ta’ l-Università ta’ Malta hu li jidentifika l-għanijiet u l-prijoritajiet neċessarji biex kull sena jitjieb l-operat u tissaħħah l-ambizzjoni li tkun fost l-aqwa istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja. Wieħed mit-temi strateġiċi jinkludi r-Riċerka u t-Trasferiment tal-Għarfien li jfittex li jwasslu għall-promozzjoni ta’ riċerka eċċezzjonali billi jiġu attirati riċerkaturi ta’ livell għoli bil-għan li jinħoloq ambjent ta’ riċerka inklussiva u tiġi ssaportjata l-Iskola Dottorali tal-Università biex tikber il-popolazzjoni ta’ studenti dottorali u jiġu indirizzati bżonnijiet lokali u globali, oqsma emerġenti ta’ riċerka u jiġu inkoraġġati clusters ta’ riċerka multidixxipplinari.
Bħala parti mill-istrateġija filwaqt li tibqa' tissalvagwardja r-relevanza tal-qasam, l-Università ser tkun qed tgħaqqad ċertu dipartimenti akkademiċi taħt oqsma ta’ suġġetti oħra bil-għan li tikseb ukoll post fil-klassifiċi ta’ oqsma ta’ suġġetti ġodda u b’hekk tkompli ttejjeb postha f’dawn il-klasssifiċi.
Inizjattiva oħra ser tkun li tkompli tqajjem kuxjenza fost il-korp akkademiku dwar l-importanza li wieħed ikollu profil aġġornat fuq Google Scholar. Ir-riċerka huwa kriterju importanti fil-klassifiċi msemmija u b’hekk il-preżenza ta’ akkademiċi tal-Università ta’ Malta fuq Google Scholar hi kruċjali. Għaldaqstant ġie organizzat workshop bil-għan li tiġi enfasizzata l-importanza ta’ pjattaformi bħal Google Scholar.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellanta li fir-rigward ta’ dawn ir-ratings internazzjonali, ta’ min wieħed jiċċara li iżjed milli jsiru studji, irid isir monitoraġġ u analisi kontinwa. Dan qed isir mill-Kumitat għall-Assikuarazzjoni tal-Kwalità fejn intlaħqu diversi tragwardi fosthom:
Rivalutazzjoni ta’ ċerti kriterji bħal thresholds minimi ta’ membri fi ħdan ċertu oqsma, ġiet imsaħħa l-amministrazzjoni tal-Kumitat għall-Assikurazzjoni tal-Kwalità biex b’hekk tiffoka iktar fuq l-analisi tal-vari kriterji ta’ dawn il-klassifiċi, sapport kontinwu għar-riċerka u l-publikazzjoni fuq pjattaformi rinomati bħal Scopus u Web of Science, laqgħat mad-Direttur tal-Librerija sabiex dejjem titjieb il-parteċipazzjoni tal-akkademiċi fl-OAR u n-numru t’akkademiċi bi profil fuq Google Scholar, u kif ukoll xogħol kontinwu fil-qasam tal-Business Intelligence (BI) biex isir monitoraġġ u analisi kontiwa ta’ data.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fis-Servizz Pubbliku li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jaqsam din l-informazzjoni skont il-grad tal-impjegati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9844.
Junior College — studenti li bbenefikaw mill-iskema ta' internet b'xejn
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9214 u ċjoe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8385, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti tal-Junior College li bbenefikaw mill-iskema ta' internet b'xejn għall-istudenti tal-iskejjel Post-Sekondarji fil-forma ta' voucher b'total ta' €300 u minn liema perjodu sa liema perjodu bbenefikaw minnha?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull student li baqa’ jistudja matul is-sena akkademika kien intitolat għal voucher ta’ sena għal internet b’xejn.
Higher Secondary — studenti li bbenefikaw mill-iskema ta' internat b'xejn
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9215 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8386, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti tal-Higher Secondary li bbenefikaw mill-iskema ta' internet b'xejn għall-istudenti tal-iskejjel Post-Sekondarji fil-forma ta' voucher b'total ta' €300 u minn liema perjodu sa liema perjodu bbenefikaw minnha?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull student li baqa’ jistudja matul is-sena akkademika kien intitolat għal voucher ta’ sena għal internet b’xejn.