Policy dwar dritt għal free pass għall-użu tal-Gozo Channel
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-policy li kienet saret fi żmien il-Gvern Nazzjonalista u li kienet pubblikata fuq il-website tal-Gozo Channel dwar min għandu dritt għal free pass biex juża l-vapur tal-Gozo Channel ġietx mibdula? Jekk ġiet mibdula, meta ġiet mibdula u fejn ġiet pubblikata? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-policy dwar min għandu dritt għal dan il-pass kif kienet fi żmien Gvern Nazzjonalista u kopja tal-policy kif inhi llum? Tista' tara li din il-policy terġa' titpoġġa fuq il-website tal-Gozo Channel minn fejn kienet tneħħiet fil-leġiżlatura l-oħra?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid, bejn Marzu 2013 sal-lum, liema xogħlijiet saru f’kull waħda mill-14-il lokalità f’Għawdex mir-Roads Department li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha? Tista’ telenka dawn ix-xogħlijiet lokalità b’lokalità? F'kull każ, ix-xogħol sar wara talba tal-kunsill lokali konċernat jew fuq inizjattiva tal-Ministeru jew Dipartiment tagħha?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kif u għal liema raġuni l-ħaddiema f'Kemmuna żdiedu minn tlieta f'Novembru 2015 għal 11 f'Ottubru 2017 u dan kif jirriżulta minn risposta għall-mistoqsija parlamentari 21169 li ngħatat fl-24 ta’ Novembru 2015 fejn kien intqal li hemm tliet ħaddiema mill-Ministeru għal Għawdex li jaħdmu f’Kemmuna u mir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 1895 datata 20 ta’ Ottubru 2017 fejn intqal li hemm 11-il ħaddiem jaħdem f'Kemmuna? Tista’ l-Ministru tgħid x'tip ta’ xogħol qed isir bħalissa minn dawn il-ħaddiema ġewwa Kemmuna?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 1895.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19821 li ngħatat fit-12-il leġiżlatura fil-21 ta’ Ottubru 2015, tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li x-xogħol ma sarx fuq Triq Sant Antnin ġewwa Għajnsielem, issa li għaddew iktar minn sentejn? Tista' tgħid għaliex jekk sarux il-preparamenti neċessarji jew għadhom le? Tista' tgħid jekk ħarġitx it-tender u jekk ġietx awarded? Jekk le, tista' tgħid meta hu ppjanat li toħroġ it-tender u jekk hux se jsir ix-xogħol f’din it-triq matul l-2018 u jekk iva meta hu ppjanat li jibda x-xogħol?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Dwar Triq Sant’ Antnin, ser jiġu studjati l-isfidi relatati biex ikun jista’ jsir proġett wieħed li jitltaq minn Nadur u jibqa nieżel minn Triq Sant Antnin sal-junction ta’ Triq l-Imġarr.
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk ħarġitx tender ta’ environmental impact assessment għal dak li jikkonċerna airstrip f’Għawdex? Jekk iva, min ingħata t-tender biex iwettaq dan ix-xogħol u fiex wasal dan ix-xogħol? Kemm hi mistennija tkun in-nefqa għal dan l-istudju?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 1507.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il quote nħarġet mill-Ministeru għal Għawdex u mid-dipartimenti u entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex mit-8 ta' Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Tista' tgħid kemm kien il-valur ta' kull quote li nħarġet? Tista' tgħid liema dipartiment jew entità tat kull waħda mill-quotes preċedentament imsemmija? Tista' tgħid x'kien ix-xogħol jew servizz rikjest minn kull qoute u li ngħatat? Tista' tgħid ukoll jekk kienx hemm quotes li tħallsu bis-siegħa u f'tali każ tgħid liema kienu u tinkludi wkoll kemm-il siegħa ta' xogħol kien hemm involuti? Tista’ tgħid ukoll min kienet il-persuna u x'kariga jokkupa li ċċertifika x-xogħol, u kemm hemm kontijiet pendenti fuq quotes?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex – Nefqa fuq PR u media events
Question
Tista' l-Ministru tgħid matul is-snin 2015, 2016 u 2017 xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Ministeru għal Għawdex? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal? Kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika, quote jew direct order?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra
Tista’ l-Ministru tgħid kemm tħallas overtime mill-Ministeru għal Għawdex fis-snin 2015, 2016 u 2017 f’kull dipartiment jew entità separata li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex – allegazzjonijiet ta’ rimi llegali ta’ demel likwidu
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha hux qed jinvestiga l-allegazzjonijiet ta' rimi llegali ta' demel likwidu f'diversi żoni f'Għawdex? Peress li huwa magħruf li f'Għawdex mhemmx post ċentrali fejn jista' jitpoġġa materjal bħal dan, tista' tgħid:
(i) x'qed isir bħalissa minn dan id-demel likwidu; u
(ii) jekk hemmx pjani li jindirizzaw din il-problema?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li kull rapport li rċieva l-ministeru f’dawn l-aħħar xhur ġie rrappurtat lill-pulizija għal kull azzjoni meħtieġa.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema li huma impjegati ma’ kuntratturi u mhux mal-Gozo Channel li qed jaħdmu ma’ din l-istess kumpanija? Tista' tgħid x'tip ta' xogħol qed jagħmlu dawn il-ħaddiema u kemm hemm kuntratturi differenti li joffru servizz ta' ħaddiema lil Gozo Channel? Tista' tgħid f'kull każ jekk dawn il-kuntratturi ħadux il-kuntratt b'direct order jew inkella permezz ta' proċess kompetittiv? Kemm ammonti ta' flus ħarġet il-Gozo Channel, lil dawn il-kuntratturi biex jipprovdu dan is-servizz ta' ħaddiema lil Gozo Channel mill-2013 sal-lum, sena b'sena?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif elenkata fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ Numru 3024 - Gozo Channel Co Ltd - Kuntratti ta' Servizzi.pdf
Tista’ l-Ministru tgħid fejn huma ppjanati li jinbnew car parks fir-Rabat Għawdex biex tkun tista’ tittaffa l-problema tal-parkeġġ f’din il-lokalità?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet ma’ Projects Malta biex jiġu identifikati siti potenzjali madwar Għawdex biex isiru progetti ta’ parkeġġi.
Tista' l-Ministru tgħid x’kien il-ftehim li sar mal-bejjiegħa tal-monti li kienu jarmaw fit-Tokk Għawdex fi Pjazza Indipendenza, wara li dan l-ispazju tteħdilhom u minflokhom qed jarmaw l-imwejjed tal-ħwienet u r-ristoranti? Tista' tgħid ukoll jekk kienx hemm ftehim mal-bejjiegħa kollha u jekk iva x'kien dan il-ftehim u tpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat
Tista' l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni għaliex għadu ma bediex ix-xogħol fuq Triq Tumas Cassar fl-Għarb? Meta ġie awarded it-tender għax-xogħol fuq din it-triq? Kemm hu l-valur tat-tender u liema xogħol hu maħsub li se jsir? Meta hu ppjanat li jibda x-xogħol fuq din it-triq u meta hu ppjanat li jitlesta?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Il-Ministeru għal Għawdex alloka l-fondi meħtieġa lill-kunsilli lokali tal-Għarb. Skont il-ftehim li sar mal-istess Kunsill, hija r-responsabbilta’ tal-kunsill li jwettaq dawn ix-xogħolijiet kollha fl-2018.
Sezzjoni tal-Afforestazzjoni, Parks u Ġonna — proġetti
Question
Peress li l-ambjent rurali u urban huwa parti integrali mill-karatteristiċi tal-gżira ta' Għawdex, tista' l-Ministru tgħid xi proġetti huma maħsuba li se jitwettqu mis-Sezzjoni tal-Afforestazzjoni, Parks u Ġonna Pubbliċi fi ħdan id-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp fil-Ministeru għal Għawdex biex jintlaħaq dan il-għan?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Is-Sezzjoni tal-Afforestazzjoni, Parks u Ġonna, barrra x-xogħol li twettaq fuq bażi regulari, ser tkompli bil-proġett ta’ tħawwil ta’siġar indigeni fuq l-għolja t’Għammar fil-limiti tal-Għarb li beda f’Diċembru li għadda. Apparti dan, ser ikun hemm diversi proġetti li ser isiru fuq diversi żoni fil-beraħ bħall-proġett Ta’ Isopu, il-proġett ta’ park għall-familja fil-Farm Sperimentali tax-Xewkija, ir-riġenerazzjoni tal-Fanal tal-Ġurdan kif ukoll l-Ulysses Grove li ser jinfetaħ bħala park għall-familja wkoll. Barra minn dan, il-ġnien taż-żona fid-Dawwara, r-Rabat, ser jiġi msebbaħ biex jitgawda aktar mill-pubbliku.
Għawdex – twaħħil ta’ tabelli bis-sinjali tat-traffiku
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1813, li kienet dwar tender ta' twaħħil ta' tabelli bis-sinjali tat-traffiku u fejn fit-tweġiba ngħad li din it-tender ingħatat fil-15 ta' Frar 2016 u kienet għal perijodu ta' sena, tista' l-Ministru tgħid jekk sarx xogħol mill-istess kuntrattur wara li għalaq il-perijodu ta' sena? Tista' tgħid jekk sadanittant inħarġitx tender oħra biex isir l-istess xogħol?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li sar xogħol mill-istess kuntrattu wara li ngħalaq it-tender. Dan sar skont proċedura stabbilita u skont l-approvazzjonijiet meħtieġa. It-tender il-ġdid qiegħed fil-proċess.
Devoluzzjoni ta' ċerti responsabilitajiet għall-gżira ta' Għawdex — white paper
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta ser toħroġ white paper li permezz tagħha jingħata bidu għall-proċess ta' konsultazzjoni dwar id-devoluzzjoni ta' ċerti responsabilitajiet għall-gżira ta' Għawdex u dan stante li din kienet msemmija fil-budget għas-sena 2017 li issa waslet biex tispicca u din il-white paper ma jidhirx li għadha ġiet ppubblikata? Tista' tikkonferma li din il-proposta li kienet fid-diskors tal-Budget fil-fatt hiex se sseħħ fl-2017?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 1505.
Tista' l-Ministru twieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 1735 u tgħid fil-każ ta' kull triq li ġiet miksija bit-tarmak matul is-sena 2017 kemm kien it-tul tat-triq u kemm sewa x-xogħol fuq kull triq?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għal din il-mistoqsija tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex — Xogħlijiet ta’ Għamara – direct orders
Question
B’referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 2728, tista' l-Ministru tagħti l-informazzjoni mitluba fl-istess mistoqsija parlamentari u ċjoè tispeċifika f’liema uffiċċji ntużat l-għamara li ġiet ikkummissjonata lill-uffiċjali li mhumiex impjegati fis-sezzjoni tal-mastrudaxxi fl-istess Ministeru? Tista’ twieġeb ukoll il-kumplament tal-mistoqsija parlamentari 2728, jiġifieri min ikkummissjona tali xogħol f’kull każ, il-grad ta’ kull wieħed mill-uffiċjali li ġie nkarigat jagħmel dan ix-xogħol kif ukoll il-kumpens li ngħata kull wieħed għal dan ix-xogħol?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Il-Ministeru għal Għawdex iħoss li l-impjegati għandhom dritt għal faċilitajiet (inkluż għamara) deċenti biex ikunu jistgħu jaħdmu f’ambjent san u sikur. Filfatt, dan l-aħħar fil-Ministeru saru diversi xogħolijiet għal dan il-għan, u dan sar wkoll bis-saħħa ta’ ħafna ħaddiema tal-Ministeru stess.
Ministeru għal Għawdex –Senior Management — allowances
Question
B’referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 2729, tista' l-Ministru tikkonferma jekk kienx hemm xi uffiċjali mis-senior management tal-Ministeru għal Għawdex inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li ngħataw xi allowance apparti dawk li huma nklużi fil-kuntratti rispettivi tagħhom? Jekk fl-affermattiv, tista’ tgħid ukoll il-grad ta’ kull uffiċjal kif ukoll it-tip ta’ allowance li rċieva? Tista’ tgħid ukoll min ta l-approvazzjoni għall-għoti ta’ tali allowance?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn xi inżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 2729.
Gozo Natatorium Pool – bidu ta’ xogħlijiet infrastrutturali
Question
Tista' l-Ministru tgħid fiex waslu d-diskussjonijiet dwar il-Gozo Natatorium Pool? Tista' tgħid meta hu ppjanat li jiġi ffirmat il-ftehim finali u meta hu ppjanat li jibda x-xogħol infrastrutturali? Meta hu mistenni li din il-pool tibda tintuża?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li fil-preżent qed jitkomplew id-diskussjonijiet neċessarji bejn il-Ministeru għal Għawdex, il-Privatisation Unit u l-GNI Ltd. fuq id-Draft Concession Agreement.