Jista' l-Ministru jgħid xi rowl għandha llum il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi fil-qasam mediku?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li r-rwol tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi jikkonsisti fl-immaniġġjar tal-proġetti kapitali u ‘operations and facilities management’ fil-qasam tas-Saħħa.
Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi — informazzjoni dwar l-impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha staff jaħdmu magħha l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, jekk is-salarju li jitħallsu bih huwiex fuq l-istess linji li jitħallsu bih għall-istess xogħol l-istaff taċ-Ċivil? Kemm għandha budget din il-Fondazzjoni għas-sena 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi għandha jaħdmu magħha erba’ mija u disgħa u erbgħin impjegat (449). Minn dawn aktar minn erba’ mija jaħdmu fl-isptarijiet tal-Gvern (Zammit Clapp, Mater Dei u Monte Carmeli) u f’fergħat oħra tad-Dipartimenti tas-Saħħa. Is-salarji ta’ l-impjegati li jaħdmu direttament mal-Fondazzjoni mhumiex fuq l-istess linji taċ-ċivil filwaqt li s-salarji ta’ l-impjegati li jaħdmu fl-isptarijiet minbarra id-diretturi u l-financial controllers huma simili ħafna għal dawk taċ-ċivil ħlief għal xi differenzi li jirriżultaw mill-Collective Agreements milħuqa ma' l-unions rispettivi abbażi tal-Wages Regulations Order ta’ l-Industrial Employment Regulations Act. Il-Budget tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi hu ta' €1,200,000.
Din it-tweġiba ġiet ikkoreġuta bid-dokument Nru. 4530 li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta 213 tat-3 ta' Mejju 2010.
Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi — ingaġġ ta' ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi fil-qasam mediku tħaddimx staff magħha biex jagħtu servizz lill-pazjenti rikoverati fis-swali tal-Isptar Mater Dei u sptarijiet oħra? Jista' jgħid jekk dawn il-ħaddiema humiex impjegati b'xi kuntratt partikolari u jekk għandhomx l-istess kundizzjonijiet tal-ħaddiema fil-grad tagħhom? Jista' jgħid kif isir l-ingaġġ tal-ħaddiema mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, jekk hux b'xi sejħa pubblika? Jista' jgħid kif il-pubbliku jiġi nfurmat li tkun ħarġet sejħa sabiex jimtlew dawn il-postijiet vakanti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi għandha staff magħha li jagħtu servizz lill-pazjenti rikoverati fl-isptarijiet tal-Gvern. Dawn il-ħaddiema huma impjegati b’kuntratt partikolari u waqt li wħud minnhom għandhom l-istess kundizzjonijiet tal-ħaddiema fil-grad tagħhom, oħrajn għandhom kundizzjonijiet marbuta ma Collective Agreements maqbula ma unions partikolari. Ġeneralment dawn il-kundizzjonijiet huma simili bħal dawk fis-Servizz Pubbliku għalkemm hemm xi differenzi li jirrizultaw mill Wages Regulations Order ta’ Employment Industrial Relations Act. L-ingaġġ ta’ dawn il-ħaddiema mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi jsir skont il-proċedura u r-regolamenti mħaddma mill-Korporazzjoni ta’ Xogħol u Taħriġ.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14020 li kienet saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid matul l-2009, kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu l-isptar kawża ta' avvelinament fl-ikel f'Malta u Għawdex separatament? Kemm kienu nisa, rġiel, żgħażagħ u/jew anzjani? Kemm kienu ta' nazzjonalità barranija?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fit-terminu food poisoning huma inklużi ukoll infezzjonijiet tas-sistema gastroenteroloġika ikkawżati minn viruses li jistgħu ikunu trasmessi mill-ikel (ICD-10 codes: A00-A09 u T61-T62). Id-dettalji dwar pazjenti li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei kawża ta’ food poisoning huma kif jidher fit-tabella hawn taħt. Dawn il-figuri huma provviżorji.
Età
Nisa
Irġiel
Total
0-29 sena
10
20
30
30-59 sena
6
4
10
60-89 sena
6
1
7
>90 sena
1
1
2
Total
23
26
49
Minn dawn il-49 pazjent 5 kellhom in-numru ta’ identifikazzjoni jispiċċa bl-ittra ‘F’ u 3 li jispiċċaw bl-ittra ‘A’
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14019 li saret lill-Ministru tal-Politika Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid matul l-2009, kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu l-isptar kawża ta' teħid ta' droga f'Malta u Għawdex separatament? Kemm kienu nisa, rġiel, żgħażagħ u/jew anzjani? Kemm kienu ta' nazzjonalità barranija?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li pazjenti ma jiddaħħlux l-isptar minħabba teħid ta’ droga iżda jiddaħħlu meta jkollhom xi kundizzjoni fejn ikun hemm bżonn ta’ kura akuta ġewwa sptar.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14018 li saret lill-Ministru tal-Politika Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid matul l-2009, kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu l-isptar kawża ta' xorb eċċessiv f'Malta u Għawdex separatament? Kemm kienu nisa, rġiel, żgħażagħ u/jew anzjani? Kemm kienu ta' nazzjonalità barranija?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li d-dettalji dwar pazjenti li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei kawża ta’ xorb eċċessiv huma kif jidher fit-tabelli hawn taħt.
Dawn il-figuri huma provviżorji. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każijiet ta’ xorb eċċessiv jitqassmu fi tliet kategoriji kif jidher
hawn taħt.
·
Kategorija A
: Sindromu ta’ dipendenza fuq l-alkoħol, jew
withdrawal state
minħabba li min ikun dipendenti fuq l-alkoħol ikun
waqqaf jew naqqas l-ammonti li s-soltu jixrob, jew dawk li jabbużaw mill-alkoħol (ICD-10 codes F10.1- F10.9)
Età
Nisa
Irġiel
Total
0-29 sena
2
1
3
30-59 sena
12
33
45
60-89 sena
2
14
16
Total
16
48
64
Minn dawn l-64 pazjent, kien hemm 5 li kellhom in-numru ta’ identifikazzjoni jispiċċa bl-ittra ‘F’ waqt li 12 kienu jispiċċaw bl-ittra ‘A’.
·
Kategorija B: Intossikazzjoni ikkawzata mill-alkohol izda il-persuna ma kenitx dipendenti fuq l-alkohol (ICD-10 code F10.0)
Età
Nisa
Irġiel
Total
0-29 sena
8
15
23
30-59 sena
15
40
55
60-89 sena
1
12
13
Total
24
67
91
Minn dawn il-91 pazjenti kien hemm 19 li kellhom
in-numru ta’ identifikazzjoni jispiċċa bl-ittra ‘F’ waqt li 12 kienu jispiċċaw bl-ittra ‘A’.
·
Kategorija C: Mard tal-fwied attribbwit ghall-alkohol (ICD-10 code K70)
Età
Nisa
Irġiel
Total
30-59 sena
4
12
16
60-89 sena
2
15
17
Total
6
27
33
Minn dawn it-33 pazjent kien hemm 1 li kellu
in-numru ta’ identifikazzjoni jispiċċa bl-ittra ‘F’ waqt li 5 kienu jispiċċaw bl-ittra ‘A’.
Importanti li wieħed jgħid li dawn il-figuri li ġejjin ma jinkludux dawk il-pazjenti li jiġu invistati fid-Dipartiment tal-Emerġenza u għal xi raguni
ma jidħlux bħala pazjenti fis-swali tal-isptar. Ta’ min jgħid ukoll li dawn il-figuri jirreferu għal
admissions
u mhux numru ta’ persuni
għaliex l-istess persuna tista’ tiddaħħal l-isptar għal aktar minn darba għall-istess kundizzjoni f’dan il-perjodu ta’ żmien.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14017 li kienet saret lill-Minsitru għall-Politka Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid matul l-2009, kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu l-isptar kawża ta' overdose f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom kienu nisa, rġiel, żgħażagħ u/jew anzjani? Kemm kienu ta' nazzjonalità barranija?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-terminu overdose jinkludi dawn it-tliet kategoriji:
·
Kategorija A
: Avvelenament inċidentali kkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijologiċi (ICD-10 codes X40 - X44)
·
Kategorija B
: Attentat ta’ suwiċidju ikkawżat minn avvelenament b’sustanzi solidi jew likwidi (ICD-10 codes X60-X64)
·
Kategorija C
: Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijologiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx inċidentali jew premeditat (ICD-10 codes Y10 - Y14)
Ninsab infurmat li matul l-2009 il-każijiet ta’
overdose
li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei bħala pazjenti kif jidher hawn taħt. Dawn il-figuri huma provviżorji. Importanti li wieħed jgħid li dawn il-figuri ma jinkludux dawk il-pazjenti li jiġu eżaminati fid-Dipartiment tal-Emerġenza u għal xi raġuni ma jidħlux bħala pazjenti fis-swali tal-isptar.
Ta’ min jinnota li dawn il-figuri jirreferu għal ‘
admissions
’ u mhux persuni għaliex l-istess persuna tista’ tiddaħħal l-isptar għal aktar minn darba għall-istess kundizzjoni f’dan il-perjodu ta’ żmien.
Kategorija A
Numru ta’ pazjenti reġistrati: 28
Kemm minnhom kienu nisa: 15
Kemm minnhom kienu irġiel: 13
Kemm kienu taħt it-30 sena: 25
Kemm kienu bejn it-30 u 59 sena: 2
Kemm kienu ‘l fuq minn 60 sena: 1
Nazzjonalità barranija: 1 li kellu n-numru ta’ identifikazzjoni li jispiċċa bl-ittra ‘F’
Kategorija B
Numru ta’ pazjenti reġistrati: 18
Kemm minnhom kienu nisa: 4
Kemm minnhom kienu irġiel: 14
Kemm kienu taħt it-30 sena: 8
Kemm kienu bejn it-30 u 59 sena: 10
Nazzjonalità barranija: 4 bin-numru ta’ identifikazzjoni li jispiċċa bl-ittra ‘F’ u 1 bin-numru ta’ identifikazzjoni jispicca bl-ittra ‘A’
Kategorija C
Numru ta’ pazjenti reġistrati: 197
Kemm minnhom kienu nisa: 93
Kemm minnhom kienu irġiel: 104
Kemm kienu taħt it-30 sena: 81
Kemm kienu bejn it-30 u 59 sena: 109
Kemm kienu ‘l fuq minn 60 sena: 7
Nazzjonalità barranija: 12 bin-numru ta’ identifikazzjoni li jispiċċa bl-ittra ‘F’ u 18 bin-numru ta’ identifikazzjoni jispicca bl-ittra ‘A’
Dwar il-każijiet ta’ pazjenti li ddaħħlu l-isptar ta’ Għawdex minħabba
overdose
, l-Onorevoli Interpellant mitlub jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru għal Għawdex.
Persuni u tfal li ntbagħtu barra minn Malta għall-kura
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14016 li saret lill-Minstru għall-Politka Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien in-numru ta' persuni u tfal li ntbagħtu barra minn Malta għall-kura matul l-2009 u fejn intbagħtu rispettivament?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-lista qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fuq din il-lista hemm imniżżel in-numru ta’ pazjenti li siefru għall-kura barra minn Malta u f’liema sptarijiet intbgħatu rispettivament.
Preżentement il-lista ta’ pazjenti tinġabar b’mod globali u ma tkunx maqsuma bejn persuni u tfal.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14023 li saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien in-numru ta' ommijiet li ħadu l-maternity leave matul l-2009 f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom kienu ommijiet xebbiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma l-Onor Interpellant li matul 2009, 177 omm ingħataw maternity leave f’Malta.
Ma tinżammx informazzjoni ta’ kemm minn dawn kienu ommijiet xebbiet.
Għar-rigward ta’ din l-istatistika f’Għawdex, nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru ta’ Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid fis-snin 2000-2009 kemm kien hemm sena b'sensa:
a) twelid multiplu?
b) twelid prematur?
ċ) twelid b'cerebral palsy?
d) twelid b'respiratory distress syndrome?
e) still births?
F'kull każ, kemm minnhom irriżulta minn riproduzzjoni medikament assistita?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Trabi li twieldu minn twelid multiplu; twelid prematur (inqas minn 37 ġimgħa tqala) jew still births f’dawn l-aħħar għaxar snin u kemm minnhom ġew irrapurtati li għamlu użu minn xi forma ta’ riproduzzjoni medikament assistita (ART) huma kif jidhru fit-tabelli hawn taħt.
Twelid Multiplu
Infants
2000
2001
2002
2003
2004
2005
2006
2007
2008
2009
Total multiple births
131
73
106
115
120
119
135
87
144
133
Of which were reported as having used
ART
4
5
12
18
20
21
21
11
24
11
Twelid Prematur (inqas minn 37 gimgha tqala)
Infants
2000
2001
2002
2003
2004
2005
2006
2007
2008
2009
Total premature births (<37wks)
270
267
267
301
289
253
275
266
309
300
Of which were reported as having used ART
3
9
13
17
16
16
13
11
17
10
Twelid
Stillbirth
Infants
2000
2001
2002
2003
2004
2005
2006
2007
2008
2009
Total
Still births
16
20
21
18
15
8
11
12
29
28
Of which reported as having used ART
0
0
0
1
0
0
1
1
3
1
It-terminu
Respiratory Distress
jew RDS huwa użat b’mod ġeneriku għal xi forma ta’ problema respiratorja tat-trabi minflok bil-propji definizzjoni ta’
full blown Respiratory Distress Syndrom / Hyaline Membrane Disease
assoċjati ma’ twelid prematur jew ommijiet diabetiċi. Għal dawn ir-raġunijiet in-
National Obstetrics Information System
(NOIS) mhumiex f’pożizzjoni li jirrispondu din id-domanda.
Statistika dwar is-
Celebral Palsy
li hi kundizzjoni attribwita lil trawma fit-twelid, mhijiex attwalment miġbura mid-
Department of Health Information
Research (DHIR).
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2009 kemm ġew investigati koppji għall-infertilità? X'kienet l-età u l-istat soċjali tal-mara f'kull każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li dan hu servizz li huwa offrut mid-Dipartiment tal-Outpatients. F’dan id-Dipartiment ma tinżammx statistika dwar ir-raġunijiet għalfejn il-pazjenti jkunu ġew riferuti u dwar id-dijanjożi. Għaldaqstant miniex f’pożizzjoni li nagħti l-informazzjoni mitluba.
Anzjani ġo djar tal-Anzjani — trasport lejn l-isptar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif jitwasslu anzjani mid-djar tal-anzjani lejn l-Isptar Mater Dei meta jkollhom appuntament l-Outpatients kif ukoll qabel xi operazzjoni elettiva? Is-servizz tat-trasport hu bla ħlas f'kull każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Kommunità jipprovdi trasport bla ħlas lil dawk l-anzjani li qegħdin fi djar tal-anzjani meta jkollhom bżonn imorru l-Isptar Mater Dei.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15346, jista' l-Ministru jgħid jekk l-istaff matul il-lejl fid-Djar tal-Anzjani kollha hux ristrett għal care assistants? X'inhuma l-ħiliet tagħhom? Kemm hemm persuni bedridden f'kull dar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li matul il-lejl ikun hemm nurses u carers fid-Djar tal-Mellieħa u Mtarfa. Fid-Djar taż-Żejtun, Cospicua, Floriana, Mosta, Gżira u Msida jkun hemm carers biss. Dawn il-carers huma kwalifikati f’Caring.
In-numru ta’ persuni
bedridden
f’kull dar huma kif ġej:
Cospicua - 1
Floriana - Nil
Gzira - Nil
Mellieha - 1
Mosta - Nil
Msida - 2
Mtarfa - Nil
Żejtun - Nil
TOTAL 4
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15806 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15521, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba dwar iċ-Ċimiterju tal-Addolorata?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li risposta ingħatat fis-seduta 206 għall-interpellanza numru 15806.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15805, 15326, 14942, 14594 u 14307 u jgħid kemm tiswa operazzjoni tal-katarretti lill-Gvern?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-eżerċizzju tekniku biex tiġi kkalkulata l-ispiża ta' l-operazzjonijiet b’mod reali jiġifieri fuq bażi ta' actual costs huwa ffinalizzat. Din l-informazzjoni tinħareġ ladarba jiġi emendat l-avviż legali 201/2004 li jirregola t-tariffi ta’ l-isptarijiet għall-barranin li mhumiex intitolati li jirċievu kura b'xejn mis-sistema pubblika tas-saħħa f'Malta.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15794 u jara li terġa' tiġi reveduta talba ta' anzjana, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, għal home help li din, fl-età li tinsab fiha, tixtieq li jkollha dan is-servizz?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru 15794.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — benefiċċji relatati mal-karigi ta' chairman u kap eżekuttiv
Question
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar kemm huwa s-salarju u/jew onorarja, u benefiċċji oħra relatati mal-karigi ta' chairman u kap eżekuttiv f'awtoritajiet, aġenziji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma lil-Onor Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — attivitajiet/konferenzi/taħditiet organizzati
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'attivitajiet/konferenzi/taħditiet ġew organizzati mill-ministeru u mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sitt xhur? X'kienet l-attività? X'kienet l-ispiża involuta? Kien hemm xi ko-finanzjament għal dawn? Jekk fl-affermattiv minn min sar il-ko-finanzjament?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Twaqqif tal-Kummissjoni Nazzjonali għas-Saħħa Mentali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15784 dwar it-twaqqif tal-Kummissjoni Nazzjonali għas-Saħħa Mentali li ilu wieqaf sa mill-31 ta' Diċembru 2007?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li t-termini ta’ referenza tal-Kummissjoni Nazzjonali għas-Saħħa Mentali jridu jiġu riveduti skont il-liġi ġdida għas-saħħa mentali.