Legislature:
Category:
Reset
Active:

Minimium Wage

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26509 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienet il-minimium wage mis-sena 1980 sal-lum kull sena separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ufficcju tal-Prim Ministru.

MFSA — investigazzjoni tal-każ tal-Global Capital

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet fl-investigazzjoni tagħha l-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji li ilha sentejn tinvestiga l-każ ta' dawk li ngidmu mill-Global Capital (Patf No 2 Fund)?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta għandha quddiemha numru ta’ ilmenti li tressqu minn investituri li investew f’fond barrani bl-isem ta’ The Protected Asset TEP Fund plc (serje 1 u 2). Il-Fond, li huwa regolat f’ġurisdizzjoni barranija, jinvesti f’poloz ta’ l-assikurazzjoni fuq il-ħajja. B’riżultat tal-kriżi finanzjarja, il-Fond impona restrizzjonijiet fir-rigward ta’ fidi ( redemptions ) għal dawk l-investituri li riedu joħorġu mill-investiment. Skont il-fond, dan sar biex jipproteġi lil dawk l-investituri li riedu jibqgħu investiti fih. Din id-deċizzjoni wasslet lill-għadd ta’ investituri jressqu l-ilment tagħhom lill-Awtorità b’allegazzjonijiet li l-kumpannija Global Capital ma kellhiex tbiegħ dak il-prodott lilhom ( mis-selling ), u li l-kumpannija Global Capital ma spjegatx sew il-karatteristiċi tal-prodott fil-mument meta sar il-bejgħ. L-investigazzjonijiet tal-awtorità għadhom għaddejjin.

Servizz ta' ħażna tad-demm tal-kurdun — VAT

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26489 u jgħid jekk is-servizz tal-ħażna tad-demm tal-kurdun (stem cells storage) hux suġġett għal VAT jew le? Jista' jgħid jekk il-kumpaniji lokali li joffru dan is-servizz hux qegħdin kollha jimxu skont il-liġi tal-VAT? Jista' jgħid jekk il-kumpaniji lokali kollha humiex iżidu l-VAT mal-prezz tal-prodott?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Persentaġġ tal-poplu f'riskju ta' faqar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-persentaġġ tal-poplu b’mod ġenerali li jinsabu f’riskju ta' faqar f’Malta u Għawdex, raħal raħal u belt belt? Jista' jgħid minn liema studju/statistika qed tikkwota l-figura tagħha u meta nġabru dawn il-figuri? Liema metodoloġija ntużat biex waslu għal dawn il-konklużjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 25530. L-informazzjoni mitluba f’din il-mistoqsija parlamentari qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Żieda fil-prezzijiet taż-żejt u l-prodotti taż-żejt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx sutdju biex jara kif ġie affettwat il-poplu Malti u Għawdxi biż-żieda fil-prezzijiet taż-żejt u l-prodotti li joħorġu minnu minn Jannar, 2011sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-Diviżjoni għall-Politika Ekonomika, kif kien tħabbar fil-Baġit 2011, wettaq studju dwar l-impatt tal-inflazzjoni li ġie preżentat u diskuss fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD). Dan l-istudju kien ħares lejn l-impatt ta’ prodotti essenzjali li jinkludu, iżda ma kinux limitati biss għalihom, għaż-żejt u l-prodotti li joħorġu minnu. Dan l-istudju li minkejja dawn iż-żidiet, li fil-parti l-kbira kienu riżultat ta’ żidiet fis-swieq internazzjonali, l-impatt f’termini ta’ inflazzjoni ma kienx straordinajru. Fir-rapport ħareġ li l-Gvern għandu jibqa' jirrikorri għall-mekkaniżmu tal-COLA biex jiġi kkalkulat il-kumpens tal-għoli tal-ħajja kull sena u li jiġi ppreżentat fil-baġit.

Dipartiment tal-VAT — files u accounts ta' klijenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm files u accounts ta' klijenti fid-Dipartiment tal-VAT li għadhom qed jakkumulaw l-interessi minħabba li għadhom pending investigations? Jista' jagħti figura indikattiva tal-ammont ta' dawn l-interessi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa hemm 1,654 account ta’ persuni reġistrati li talbu rifużjoni u li qed jiġu vverifikati mill-uffiċjali tad-Dipartiment. L-imgħax li jitħallas fuq dawn huwa ta’ 0.75% fix-xahar mid-data li dawn isiru dovuti.

Dipartiment tal-VAT — mail room concept amalgamation

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-mail room concept amalgamation fid-Dipartiment tal-VAT saritx kif rakkmandat fir-rapport tal-KPMG? Jekk iva, meta?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-Rapport li jelenka r-reazzjonijiet tad-Dipartiment tal-VAT għar-rapport tal-Bord paġna 4 punt 11, li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn 9 ta’ Mejju, 2011.

VAT de-registrations

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru VAT de-registrations sena b'sena, mis-sena 2006 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

VAT Gap Figure

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-VAT Gap Figure bħalissa u x'kienet sena b'sena mis-sena 2006 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li internazzjonalment mhemmx qbil fuq il-metodu kif jinħadem il-VAT Gap. Dan jista’ jinħadem jew billi jittieħed it-‘top down approach’ jew il-‘bottom up approach’. Hemm nuqqas ta’ qbil ukoll rigward l-‘assumptions’ li jridu jittieħdu in konsiderazzjoni. Din mhix problema ta’ Malta biss imma wkoll ta’ ħafna mill-istati membri. Fil-fatt il-Kummissjoni, fl-2008 ikkummissjonat ditta professjonali, Reckon LP, sabiex tikkomputa l-VAT Gap ta’ l-istati membri kollha bejn l-2002 u l-2006. Dan ix-xogħol kien tlesta u ġie ippubblikat rapport fl-21 ta’ Settembru 2009 li minnu qed nehmeż paġna 9. Il-Kummissjoni qegħda fil-proċess li terġa twettaq dan l-ezerċizzju għas-snin mill-2007 ‘l quddiem.

Dipartiment tal-VAT — job descriptions

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk wara r-rakkmandazzjonijiet tal-bord tal-inkjesta dwar l-operat tal-VAT, fid-dawl tal-iskandlu dwar frodi, sarux il-job descriptions kif rakkmandat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kif ġie rakkmandat mill-bord il-job descriptions ġew updated.

Dipartiment tal-VAT — riforma fil-Customer Care Department

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk saritx u fil-każ meta saret ir-riforma fil-Customer Care Department fid-Dipartiment tal-VAT kif rakkamndat mill-bord ta' inkjesta dwar l-operat tal-VAT?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-punt 5 f’paġna 4 tar-rapport “Systems Audit of the VAT Department - Report by Board of Inquiry and Reaction by Commissioner of VAT” li ġie mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra fid-9 ta’ Mejju, 2011.

Dħul minn taxxa tal-VAT minn bejgħ ta' vetturi/muturi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mit-taxxa tal-VAT minn bejgħ ta' vetturi/muturi ġodda matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT m’għandux l-informazzjoni mitluba fis-sistema tiegħu, għax il-figuri ta’ VAT miġbura u rraportati minn persuni li jbiegħu vetturi/muturi ġodda jinkludu wkoll ammonti oħra ta’ VAT miġbura fuq provvisti u servizzi oħrajn.