Jista' l-Ministru jgħid kemm-il proċedura tal-IVF saret permezz ta’ sperm donor matul is-sena 2023? Kemm minn dawn saru fl-Art Clinic fl-Isptar Mater Dei u kemm saru fi kliniċi privati? Kemm minn dawn kienu ta' suċċess, fis-sens li wasslu għall-wild ta' tarbija/trabi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il proċedura tal-IVF saret permezz ta’ egg donor matul is-sena 2023? Kemm minn dawn saru fl-Art Clinic fl-Isptar Mater Dei u kemm saru fi kliniċi privati? Kemm minn dawn kienu ta' suċċess, fis-sens li wasslu għall-wild ta' tarbija/trabi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar l-istat tax-xogħlijiet li għandhom isiru fiċ-ċimiterju tal-Imġarr, Malta, u jgħid jekk inħarġux il-permessi meħtieġa biex il-kuntrattur ikun jista’ jibda x-xogħol?
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-Isptar Mater Dei għadu qed jirrifjuta li jħalli lill-familja tagħmel awtopsja fuq l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u dan tmien xhur wara li ġie nieqes fil-5 ta’ Lulju 2023?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għad-deċiżjoni tal-Qorti.
Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema bażi t-talba tal-familja għal awtopsja privata qed tiġi injorata u x’qed jistenna l-Isptar Mater Dei sabiex jirrilaxxa l-katavru tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal dan l-iskop?
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-Isptar Mater Dei qed jirrifjuta li jipprovdi lill-familja informazzjoni dwar kif qed jinżamm il-katavru tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-Isptar Mater Dei mhux qed iħalli lill-familja tara l-katavru tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-Kamra Mortwarja?
Jista’ l-Ministru jgħid kif inhu aċċettabbli li sptar pubbliku jirrifjuta kompletament li jikkomunika mal-familjari tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jibqa' jżomm il-katavru tiegħu?
Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-1 ta' Marzu 2024 jew fil-ġranet ta' qabel irriżultalux li persuni b'diżabilità severa li jgħixu mal-familji tagħhom u li huma dipendenti fuq il-Percutaneous Endoscopic Gastrostomy (PEG) feeding ingħataw feeds (energie shake) inferjuri bil-konsegwenza li dawn tilfu jew qed jitilfu l-piż? Jista’ jgħid ukoll jekk huwiex minnu li dan il-prodott, li seta' kien maqtugħ, ġie recalled mill-Isptar imma baqa' jingħata mill-POYC?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 16980, 16981 u 16982.
Fid-dawl li l-Gvern kien wiegħed illi l-Klinika fil-Komunità ġewwa Birżebbuġa kellha tkun lesta lejn l-aħħar tal-2023, u peress li fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14785, li ngħatat fit-12 ta' Jannar, il-Ministru informa lill-Kamra li d-data ta' meta ser tinfetaħ din il-Klinika kellha titħabbar fil-ġimgħat ta' wara, u peress li issa huwa magħruf illi hemm problemi bil-permessi, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-problemi relatati mal-permessi u x'inhuma l-passi li jmiss biex tinfetaħ din il-Klinika?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fit-8 ta’ Marzu 2024, il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) ħarġet id-dikjarazjoni li m’għandha l-ebda oġġezzjoni għar-rampa ta’ barra hekk kif kien rikjest mill-PA.
Dalwaqt titħabbar id-data meta għandha tiġi inawgurata.
Sptar Mater Dei — Persuni taħt l-influwenza tal-Alkoħol u/jew droga li daħlu fl-Emerġenza
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijet parlamentari 16926, 16927 u 16928, jista’ l-Ministru jgħid, x’qed isir biex tiġi indirizzata ż-żieda allarmanti tan-numru ta’ persuni taħt l-influwenza tal-alkoħol u/jew droga li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Child Development Assessment Unit (CDAU) — Impjegati
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13446, jista’ l-Ministru jgħid jekk fiċ-Child Development Assessment Unit (CDAU), hemmx professjonisti oħra barra pedjatri u tobba?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li barra pedjatri u tobba fic-CDAU hemm jaħdmu profesjonisti oħra. Dawn huma:
Nfermira.
Fisjoterapisti.
Occupational therapists.
Speech and Language Pathologist.
Psikologi.
Child Development Assessment Unit (CDAU) — Impjegati
Question
Jista’ l-Ministru joħroġ lista ta’ persuni li jaħdmu fiċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) jiġifieri rwoli u kontribut f’termini ta’ part-time jew full time, bl-istess mod kif sar miċ-Child and Young People's Services (CYPS) fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13449?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva -Airtime u Programmi — Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tat-televixin li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika ukoll liema minn dawn kienu intervisti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li kellha ssirlu l-proċedura ta’ knee replacement f'Jannar 2024 (wara qbil mat-tim tal-ortopedija, minħabba li għandu kumplikazzjonijiet oħrajn) għadu ma rċeviex appuntament?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.