Legislature:
Category:
Reset
Active:

Buskett — tal-bagħal - żvilupp tar-riabilitazzjoni tar-razzett

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9212, jista' l-Ministru f'dan l-istadju jinformani kemm hija ċ-ċifra ta' flus globali tal-proġett inkwistjoni kif pjanata fis-sottomissjoni tal-applikazzjoni imsemmija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

M’għandix xi nżid mar-risposta tal-mistoqsija nru 9212.

Investiment fil-Pitkalija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema investiment hu mistenni li jsir fil-pitkalija f'Ta Qali matul it-tnax-il xahar li ġejjin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li fit-12-il xahar li ġejjin ser jitkompla l-investiment biex l-operat tal-Pitkalija jkompli jitjieb. Bħalissa qed isiru xogħlijiet fuq il-platforms tal-pitkala u qed tinbena kamra għas-Security. Fix-xhur li ġejjin ser jitwettaq traffic management u ser issir applikazjoni mal-MEPA sabiex jinbena maħżen għall-Pitkali Crates Ltd u ieħor għal Gomriza. Mistenni jibda wkoll it-tibdil tas-soqfa tat-tined tal-pitkala u t-tnehdija ta’ sistema kkompjuterizzata biex tinġabar l-informazjoni meħtieġa mingħand il-pitkala.

Belt Valletta — Pjazza San Ġorġ - mini

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li turi l-mini li nstabu taħt Pjazza San Ġorġ il-Belt?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ma jidhirlix li huwa idoneju li ghal ragunijiet ta’ sigurta li npoggi din il-pjanta fuq il-mejda tal-kamra. Madanakollou, jien dispost li nuri l-informazzjoni relattiva lill-Onor Interpellant

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — karozzi użati mid-dipartimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi tal-gvern li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? Kemm minn dawn huwa government owned u kemm huma mikrija? Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid kemm huma mikrija u jekk humiex leased on contract? Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-ammont ta' karozzi tal-gvern li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħi huma 62. Dawn huma kollha mikrija skond kif ġej: 24 karozza bit- € 8.25 kuljum 33 karozza bit- € 9.25 kuljum 3 karozzi bil- €15.37 kuljum 2 karozzi bil- €15.42 kuljum Dawn jintużaw minn uffiċjali tad-dipartiment li minħabba l-liġi dwar id-Data ma jistax jingħata isimhom.

Taħdiet u konsultazzjoni rigward l-inċineratur ta' Marsaxlokk

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' taħdiet u konsultazzjoni kellu l-Ministeru tiegħu u entitajiet governattivi rigward l-inċineratur tal-iskart propost għal Marsaxlokk?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li l-Ministeru ħatar kumitat tekniku biex jaġġorna l-istrateġija għall-immaniġġar tal-iskart fil-gżejjer Maltin, li kienet ġiet approvata fl-2001. Il-Kumitat, fl-abbozz li ħejja għamel riferenza għall-bżonn ta’ inċineratur ħalli jittratta proporzjon żgħir ta’ skart li ma jistax jiġi ttrattat mod ieħor. Qabel ma l-abboz ġie approvat, il-Gvern nieda proċess ta’ konsultazzjoni pubblika u fassal wkoll is-SEA (Strategic Environment Assessment) li fih innifsu wkoll għandu proċess ta’ konsultazzjoni. Waqt is-sitt ġimgħat ta’ konsultazzjoni tal-istrateġija, l-Ministeru organizza laqgħat bi-laterali bejn esperti tekniċi u min talab il-laqgħat. Tajjeb jingħad li mal-Kunsill Lokali kkonċernat, jiġifieri dak ta’ Marsaxlokk, saru tliet laqgħat bi-laterali fuq dan l-abbozz. Saru laqgħat pubbliċi f’Għawdex, fit-Tramuntan u fin-nofs in-nhar u saħansidra fil-lokal ta’ Marsaxlokk stess. Din il-konsultazzjoni għenet biex entitajiet ikkonċernati jkunu jistgħu jitfgħu s-sottomissjonijiet tagħhom.

trobbija tat-tjur u annimali f'binja tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9406 u li oriġinarjment saret lill-Ministru għal Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għaliex id-dipartiment/i konċernat/i m'humiex isibu oġġezzjoni għall-fatt li minn xi sena 'l hawn qed jitrabbew tjur u annimali fi Triq il-Fosos il-Furjana, fil-qalba ta' binja tal-Gvern fejn joqogħdu madwar 70 familja?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ta' Qali — Park Nazzjonali - Tielet fażi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9540, 9388 u 9246 u jgħid fiex tikkonsisti t-tielet fażi tal-proġett tal-Park Nazzjonali f'Ta' Qali? Kemm-il fażi fadal qabel ma jitlesta l-proġett kollu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li t-tielet fażi tal-proġett tal-Park Nazzjonali f'Ta' Qali hu l-iżvillupp ta’ Adventure Park fl-ex runway biswit il-Picnic Area. Dan jikkonsisti f’faċilitajiet ta’ logħob għat-tfal żgħar fuq naħa u għal addoloxxenti fuq naħa oħra kif ukoll bini ta’ toilets għall-użu pubbliku.. Il-Ministeru jibqa mpenjat biex fejn ikun possibli dan il-Park Nazzjonali jitkabbar għat-tgawdija tan-nies.

kumitat ta' riabilitazzjoni — Chairperson

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9539, 9324, 9067 u 8844 u jgħid min hi l-persuna maħtura bħala chairperson tal-kumitat tar-riabilitazzjoni? Kemm titħallas din il-persuna? Jista' jpoġġi l-kuntratt tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Pjazza San Gorġ — Proġett - informazzjoni dwar persuna

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9538, 9325, 9068, 8845, 8643 u 8434 u jgħid x'inhu r-rwol tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fil-proġett ta' Pjazza San Gorġ? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' din il-persuna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Żvilupp tal-inoteka tal-inbid

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9211, jista' l-Ministru jinfurmani meta se jkun il-mument u ċirkostanzi li huma opportuni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

M’għandix xi nżid mar-risposta tal-mistoqsija nru 9211.

lokalitajiet li għandhom livelli għolja ta' tniġġis

Question

B'referenza għat-tniġġis tal-livelli tan-nitrati u tniġġis ieħor tal-aquifer, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8922 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jinfurmani liema huma l-aktar żoni/lokalitajiet li għandhom livelli għolja ta' tniġġis f'Malta u Għawdex rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — xogħol fuq iż-żuntier tal-knisja tal-Mosta

Question

Jista' l-Ministru jgħid issa ladarba d-deċiżjoni tal-paroċċa writ l-interess tagħha li lesta li tħallas dak li huwa mitlub mill-ministeru rispettiv rigward ix-xogħol fuq iz-zuntier tal-knisja tal-Mosta, meta l-Ministru lest li jibda xogħol qabel mal-istess permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal dan il-proġett jiskadi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li ser jiġu allokati fondi biex il-proġett taz-zuntier tal-knisja tal-Mosta jiġi nkluż biex jitwettaq, fil-programm ta’ xogħlijiet fil-bidu tas-sena d-dieħla. Il-permess tal-MEPA ħareġ fid-29 ta’ Mejju 2009 u għandu validità ta’ sena bil-possibiltà ta’ estenzjoni.

Ministeru għar-Riżorsi u affarijiet Rurali — karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda jew huma fil-proċess li jinxtraw u kemm ġew mikrija jew huma fil-proċess li jinkrew mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena sal-lum mill-Ministeru u d-dipartimenti, korporazzjonijiet, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? Kemm fil-fatt hu n-numru totali ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dikasteri li jaqgħu taħt il-Ministeru?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li mill-1 ta’ Jannar sa llum, fil-Ministeru, Dipartimenti, korporazzjonijiet, u entitajiet, ma nxtrawx karozzi ġodda u lanqas hemm proċessi biex jinxtraw karozzi ġodda. Rigward kiri ta’ karozzi, jien infurmat li peress li fid-Dipartiment tax-Xogħlijiet it-total ivarja minn xahar għal xahar, kien hemm żieda ta’ 3 karozzi mikrija f’Mejju 209 meta mqabbel ma’ Jannar 2009. Barra minn dawn ma kienx hemm iktar karozzi mikrija għal dan il-perjodu. In-numru totali ta’ karozzi mixtrija fil-Ministeru, Dipartimenti, korporazzjonijiet, u entitajiet huwa ta’ 91 filwaqt li ta’ dawk mikrija huwa 71.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — numru ta' karozzi/vetturi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8550 u 7967 u jagħti breakdown ta' kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Ministeru tiegħu u dekasteri li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus kull xahar għal dawn il-ħteġijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li hemm 93 karozza jew vettura mikrija, għall-użu tal-Ministeru, Dipartimenti u Entitajiet oħra li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu b’ispiża ta’ €54,069.84 fix-xahar. Dan l-informazzjoni tinkludi fost l-oħrajn trakkijiet, skid steer loader , bowsers u vannijiet.

frott frisk — produzzjoni attwali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8502 u 7942 u jgħid kemm huwa stmat li hija l-produzzjoni attwali tal-frott frisk f'Malta u Għawdex fl-ewwel erba' xhur separatament? Jista' jipprovdi l-istess dettall sena b'sena mill-2003 'il quddiem u jagħti l-informazzjoni għal Malta u Għawdex separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-produzzjoni tal-frott frisk f’kilogrammi f’Malta u f’Għawdex li daħlet fil-Pitkalija fl-ewwel erba' xhur ta’ din is-sena u mill-2003 sa l-2008 hija kif gej : Malta Għawdex Jan - Apr 2003 166913 159240 Jan - Apr 2004 182145 107830 Jan - Apr 2005 240019 275136 Jan - Apr 2006 256900 176812 Jan - Apr 2007 283342 223713 Jan - Apr 2008 334570 377055 Jan - Apr 2009 280705 227169

ħaxix frisk — produzzjoni attwali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8501 u 7944 u jgħid kemm huwa stmat li hija l-produzzjoni attwali tal-ħaxix frisk f'Malta u Għawdex fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Jista' jipprovdi l-istess dettall sena b'sena mill-2003 'il quddiem u jagħti l-informazzjoni għal Malta u Għawdex separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-produzzjoni attwali tal-ħaxix frisk f'Malta u f’Għawdex li daħlet fil-Pitkalija fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kif ukoll għall-istess perjodu mill-2003 sal-2008 hi skond kif ġej: Malta Għawdex Jannar - April 2003 8,832,825.00 1,370,136.00 Jannar - April 2004 9,341,046.00 1,445,887.00 Jannar - April 2005 9,462,048.00 1,155,538.00 Jannar - April 2006 11,449,634.00 993,115.00 Jannar - April 2007 13,697,150.00 1,149,966.00 Jannar - April 2008 12,103,099.00 1,017,936.00 Jannar - April 2009 10,443,642.00 760,376.00

Ċanga friska — Produzzjoni attwali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8478 u cioè: B'referenza għal mistoqsija parlamentari 7940, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li hija l-produzzjoni attwali tal-ċanga friska f'Malta u Għawdex għall-ewwel erba' xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess dettall sena b'sena mill-2003 'il quddiem u jagħti l-informazzjoni għal Malta u Għawdex b'mod separat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-produzzjoni taċ-ċanga friska f’kilogrammi f’Malta u f’Għawdex għall-ewwel erba' xhur ta’ din is-sena u mill-2003 sa l-2008 hija kif ġej : MALTA GĦAWDEX Jan - Apr 2003 474749 33339 Jan - Apr 2004 378178 33304 Jan - Apr 2005 492863 992 Jan - Apr 2006 467279 1981 Jan - Apr 2007 487286 nil Jan - Apr 2008 488088 nil Jan - Apr 2009 488816 nil Mill-2007, il-qatla taċ-ċanga issir kollha fil-biċċerija ta’ Malta.

Pjazza San Gorġ — Proġett - informazzjoni dwar persuna

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9325, 9068, 8845, 8643 u 8434 u jgħid x'inhu r-rwol tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fil-proġett ta' Pjazza San Gorġ? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' din il-persuna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

kumitat ta' riabilitazzjoni — Chairperson

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9324, 9067 u 8844 u jgħid min hi l-persuna maħtura bħala chairperson tal-kumitat tar-riabilitazzjoni? Kemm titħallas din il-persuna? Jista' jpoġġi l-kuntratt tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li din il-mistoqsija tirrikjedi aktar xogħol u għalhekk għandna bżonn aktar żmien sabiex inkunu nistgħu niġbru l-informazzjoni mitluba.