Dipartiment tal-Gvern Lokali – persuni assenjati biex jaħdmu mal-kunsilli lokali — salarji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19717 u jikkonferma jekk id-Dipartiment tal-Gvern Lokali (DLG) hux qed iħallas salarji għall-persuni li jiġu assenjati biex jaħdmu mal-Kunsilli Lokali? Jista’ jindika liema kunsill lokali għandhom persuni assenjati u salarji mħallsa mid-DLG, kemm jammontaw dawn is-salarji, f’liema skala huma impjegati dawn il-persuni, xi rwol qed jingħataw mill-Kunsilli Lokali, kif ukoll kif intgħażlu l-kunsilli lokali li qed jingħataw dan il-benefiċċju mid-DLG? Jista' jikkonferma meta ddaħlet din il-proċedura, kif qed titħaddem u kemm salarji għall-persuni assenjati mal-Kunsilli Lokali għandu ħsieb li jiffinanzja d-Dipartiment tal-Gvern Lokali?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor.Interpellant illi ninsab infurmat li sa mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali fl-1993, id-Dipartiment għall-Gvern Lokali assista diversi Kunsilli Lokali billi assenja xi uffiċjali pubbliċi biex jagħtu s-servizz tagħhom f’xi Kunsilli Lokali fejn is-salarju jibqa’ jitħallas mid-Dipartiment.
It-tabella t’hawn taħt turi li l-grad u l-iskala tal-uffiċjali kif ukoll is-salarju annwali.
Ix-xogħlijiet mogħtija mill-Kunsilli Lokali huma skont kif meħtieġ mill-Kunsilli Lokali u sakemm dan ma jkunx fi grad differenti mill-grad sostantivi.
Grad
Skala
Kunsill
Salarju fis-Sena
€
Senior Operative IV
16
Kunsill Lokali Għarb
15,621.06
Senior Operative IV
17
Kunsill Lokali Għargħur
14,535.04
General Hand II
18
Kunsill Lokali Għaxaq
13,024.05
Health Assistant
14
Kunsill Lokali Marsa
18,262.01
Operative III
17
Kunsill Lokali Qala
14,779.05
General Hand II
18
Kunsill Lokali Qala
13,690.04
Senior Operative IV
16
Kunsill Lokali Rabat (G)
15,621.06
Manager II (Business Processes)
7
Kunsill Lokali Siġġiewi
28,311.79
Senior Clerk
14
Kunsill Lokali Xewkija
18,301.01
Social Assistant
18
Kunsill Lokali Xgħajra
19,540.04
Messenger / Driver
13
Kunsill Lokali Xgħajra
18,192.98
Motor Transport Driver III
17
Kunsill Lokali Żurrieq
14,779.05
Officer in Scale 7
7
Kunsill Reġjonali Għawdex
28,842.97
Manger II (Accounting and Finance)
6
Kunsill Lokali Qala
30,308.67
Fil-każ tal-Kunsill Lokali tal-Qala, l-assenjar tal-uffiċjal pubbliku kien permezz ta’ ħatra ta’ Aġent Segretarju Eżekuttiv liema ħatra hi waħda temporanja sakemm tirritorna s-Segretarju Eżekuttiv attwali, liema salarju tal-Aġent Segretarju Eżekuttiv jitħallas mid-Dipartiment u jiġi rifuż mill-istess Kunsill Lokali.
L-assenjar ta’ dawn l-uffiċjali sar jew fuq talba tal-istess uffiċjal li eventwalment ġie rilaxxat mid-Dipartiment fejn kien jaħdem jew fuq talba tal-Kunsill għall-uffiċjal li eventwalment ukoll ġie rilaxxat mid-Dipartiment fejn kien jaħdem.
Ta’ min iżid li stante li l-Kunsilli Lokali qed jingħataw assitenza permezz ta’ ħaddiema addizzjonali, bħalma huma tal-RSSL, tal-Community Workers Schemes (CWS) u l-Community Inclusive Employment Scheme (CIES), il-prassi li jiġu assenjati uffiċjali pubbliċi mal-Kunsilli Lokali qed tiġi mwaqqfa peress li tali assenjar taffetwa l-HR Plans tad-Diviżjoni.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija impjegata fil-Ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f’kull skala tas-salarju provdut fil-gradi ta’ salarji għas-servizz pubbliku u jgħid kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 19253.
Il-Fgura – Triq Anġlu u Marianna Camilleri — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru f’Triq Anġlu u Marianna Camilleri fil-Fgura? Jista’ jindika kemm ser idum dan ix-xogħol, billi hija triq użata sew?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li fi Triq Anġlu u Marianna Camilleri saru xogħlijiet marbuta ma’ servizzi ġodda, ġew irranġati l-bankini fuq iż-żewġ naħat u qed isir tarmak ġdid. Dan ix-xogħol ser ikun lest għal tmiem ix-xahar ta’ Marzu.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fix-Xatt ta’ Marsaxlokk?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk li l-proġetti f’Xatt is-Sajjieda u l-Magħluq qegħdin isiru mill-Grand Harbour Regeneration Corporation; għaldaqstant l-Onor. Interpellant mitlub jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Kunsill Lokali tax-Xagħra – problema tat-traffiku fil-kantuniera bejn Triq Marija Bambina u l-Pjazza f’tarf Triq il-Mitħna
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Kunsill Lokali tax-Xagħra Għawdex biex jara li fil-kantuniera bejn Triq Marija Bambina u l-Pjazza f'tarf Triq il-Mitħna, eżattament fil-punt fejn joħorġu t-tfal tal-iskola primarja, jiġi eliminat kull periklu tat-traffiku għall-istess tfal li jeżisti fil-preżent?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kemm ilha teżisti l-iskola msemmija, din hi l-ewwel darba li se jkunu qed jittieħdu miżuri addattati għall-post indikat fil-Mistoqsija. Fil-fatt jien infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra li dan qed jipprepara traffic management plan għal din iż-żona biex tkun tista’ titressaq għall-konsiderazzjoni u l-approvazzjoni ta’ Transport Malta
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riforma tal-Kunsilli Lokali li kienet qed tiġi diskussa mas-Sindki f’Jannar tas-sena l-oħra?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-Laqgħa tas-Sindki fil-Parlament ta’ Malta li saret fid-29 ta’ Jannar 2020, magħrufa bħala l-Parlament tas-Sindki, tkellmu tnejn u tletin (32) Sindku, żewġ (2) Viċi Sindki, il-ħames (5) Presidenti Reġjonali u l-President tal-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.
F’din il-laqgħa saret diskussjoni dwar l-implimentazzjoni tar-Riforma tal-Gvern Lokali. Dan peress li l-emendi leġislattivi fl-Att dwar Gvern Lokali kienu saru f’April 2019 permezz tal-Abbozz ta’ Ligi Numru 79 tal-2019 li ġew fis-seħħ fis-26 ta’ April 2019.
It-temi prinċipali li ġew diskussi f’din il-laqgħa tas-Sindki kienu:
· L-implimentazzjoni tar-Riforma tal-Gvern Lokali.
· Kif iċ-ċittadin jista jkun aktar involut fil-proċess tal-Gvernanza Lokali.
· Kif il-Kunsilli Lokali jistgħu jieħdu inizzjattivi sabiex isaħħu l-komunitajiet tagħhom.
· Kif il-Kunsilli Lokali jistgħu jagħtu s-sehem tagħhom fil-preservazzjoni u l-protezzjoni tal-ambjent sostenibbli.
· Kif il-Kunsilli Lokali jistgħu jieħdu inizzjattivi biex jilqgħu għall-isfidi ta’ ċittadini extra-komunitarji, b’mod partikolari biex dawn ikunu integrati fil-komunita’.
· L-irwoli distinti tal-Kunsilli Reġjonali u l-Kunsilli Lokali.
B’konsegwenza ta’ din il-laqgħa mas-Sindki, fi Frar 2020, il-Ministeru tiegħi ħareġ bl-oġġettivi għall-2020, li huma:
- Li nkomplu nsostnu u nipprovdu r-riżorsi meħtieġa lill-Kunsilli Lokali u Reġjonali biex iwettqu l-operat b’aktar effiċjenza.
- Li jitjiebu l-i
standards
li bihom joperaw il-Kunsilli Lokali sabiex joffru servizzi aktar professjonali.
- Jissaħħu l-Kunsilli Reġjonali.
- Jissaħħu l-miżuri biex iċ-ċittadini jkunu tassew fiċ-ċentru tal-ħidma tal-Gvernijiet Lokali.
- Jissaħħu l-mezzi ta’ komunikazzjoni bejn il-Gvernijiet Lokali u ċ-ċittadini.
Ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant li peress li din is-seduta kienet seduta extra-kurrikulari, ma hemmx minuti tal-imsemmija laqgħa.
Jista’ l-Ministru jindika l-ilmenti li ressqu quddiem s-Sindki tal-Kunsilli Lokali f’dawn l-aħħar sentejn u sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-ilmenti mressqa mis-Sindki f’dawn l-aħħar sentejn huma fil-kategoriji li ġejjin:
· Aktar infurzar u sehem tal-Kunsilli Lokali fl-infurzar lokali.
· Problemi relatati mal-immaniġġjar tat-traffiku fil-lokalitajiet.
· Nuqqas ta’ parkeġġi pubbliċi fil-lokalitajiet.
· Problemi dwar infurzar fil-qasam tal-preservazzjoni u l-protezzjoni tal-ambjent.
· Appelli għal aktar awtonomija lill-Kunsilli Lokali, inkluż awtonomija fiskali.
· Nuqqas ta’ kordinazzjoni u kollaborazzjoni bejn Kunsilli Lokali u Dipartimenti u Entitajiet Governattivi.
· Appelli biex il-Kunsilli Lokali jkollhom aktar sehem attiv fl-ippjanar u l-iżvilupp urban.
· Appelli biex ma titnaqqasx l-awtonomija tal-Kunsilli Lokali.
Dipartiment tal-Gvern Lokali – persuni assenjati biex jaħdmu mal-kunsilli lokali — salarji
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk id-Dipartiment tal-Gvern Lokali (DLG) hux qed iħallas salarji għall-persuni li jiġu assenjati biex jaħdmu mal-Kunsilli Lokali? Jista’ jindika liema kunsill lokali għandhom persuni assenjati u salarji mħallsa mid-DLG, kemm jammontaw dawn is-salarji, f’liema skala huma impjegati dawn il-persuni, xi rwol qed jingħataw mill-Kunsilli Lokali, kif ukoll kif intgħażlu l-kunsilli lokali li qed jingħataw dan il-benefiċċju mid-DLG? Jista' jikkonferma meta ddaħlet din il-proċedura, kif qed titħaddem u kemm salarji għall-persuni assenjati mal-Kunsilli Lokali għandu ħsieb li jiffinanzja d-Dipartiment tal-Gvern Lokali?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — persuni maħtura bħala membru ta’ bord jew entità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija maħtura mill-Ministeru bħala membru ta’ bord jew entità oħra li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, liema huma dawn il-ħatriet, kemm minnhom huma nisa jew irġiel u jindika l-kariga li għaliha ġew maħtura?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Att dwar il-Kummissarju għall-Ġustizzja – petizzjonijiet reġistrati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati petizzjonijiet taħt l-Att Dwar il-Kummissarju għall-Ġustizzja Kap 291 tul 2020 kemm intlaqu u kemm ġew rifjutati u kemm hemm pendenti?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk tul is-sena li għaddiet kemm ġew mibjugħa pubblikazzjonijiet mill-mużewijiet, u kemm inxtraw online?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat minn Heritage Malta illi l-bejgħ ta’ pubblikazzjonijiet fl-2020 kien jammonta għal tmienja u sebgħin elf, ħames mija u sebgħin ewro u erbgħin ċenteżmu (€78,570.40) mill-mużewijiet.
Il-bejgħ
online
kien jammonta għal sitt elef, mija u wieħed u disgħin ewro u ħamsa u ħamsin ċenteżmu (€6,191.55).
Dan jammonta għal total ta’ sebgħa u tmenin elf, erbgħa mija u sittin ewro u erbgħin ċenteżmu (€87,460.40).
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern lokali — talbiet skont il-Freedom of Information Act
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba tal-PQ numru 16600, ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li minn Ottubru sa Jannar li għadda daħlu sittax (16)-il talba simili. Ninsab infurmat ukoll illi l-ebda talba għall-informazzjoni ma tiġi rifjutata. Kull talba titwieġeb skont kif tgħid il-liġi li tittratta kif jiġu mwieġba dawn it-talbiet.
Birkirkara – Triq Dun Filippo Borg – bini ta’ bankina
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19197 u ċjoè: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18935 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jordna li l-bankina ġdida quddiem binja fi Triq Dun Filippo Borg, Birkirkara, kantuniera ma’ Triq Mannarino tiġi mibnija mill-ġdid, peress li hija perikoluża kif inhi, partikolarment għal anzjani?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara li l-Kunsill tkellem mal-kuntrattur li nfurmah li l-bankina ser jirranġaha biex tirrifletti l-kundizzjoni oriġinali tagħha qabel sar il-bini.
Ritratti tal-bankina kif kienet qabel u kif inhi issa jistgħu jinstabu fl-uffiċċju tal-Kunsill.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — karozzi leased
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi leased fil-Ministeru tiegħu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għandu tnax-il karrozza leased, imqassmin kif ġej:
· 4 fis-Segretarjat Privat,
· 1 fid-Direttorat għall-Gvern Lokali
· 7 fid-Direttorat għar-Restawr
Riforma tal-Gvern Lokali — Steering Committee - membri
Question
Jista’ l-Ministru jispjega l-kriterji għal għażla tal-membri tal-Isteering Committee tar-Riforma tal-Gvern Lokali u kemm ser jitħallsu dawn il-membri kif ukoll liema xogħol ser ikun qed jagħmlu u f'liema perjodu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi il-membri ta’ dan l-Isteering Committee ġew maħtura skont l-istess kriterji li jintużaw f’ħatra ta’ bordijiet jew kumitati simili, fejn il-membri kollha għandhom esperjenza fil-management, policy, jew Kunsilli Lokali.
Ic-Chairperson jitħallas €13,747.89 fis-sena filwaqt li l-membri jitħallsu €5,328.15 fis-sena.
Ix-xogħol ta’ dan il-Kumitat beda fl-2019, b’għoxrin punt għar-riforma, li ġew mgħaqqda fi tlettax-il punt. Għaxra minn dawn il-punti diġa kienu implimentati, u x-xogħol għaddej b’ritmu tajjeb sabiex jiġu konklużi l-aħħar tlett punti.
Fit-tieni stadju tar-riforma, il-Kumitat qed iħejji
policy review
tal-Gvern Lokali. Id-dokument ta’ konsultazzjoni qiegħed fl-aħħar stadju qabel jiġi finalizzat u għandu jiġi ppubblikat għal konsultazzjoni pubblika fil-ġimgħat li ġejjin.
Il-Kumitat qiegħed jaħdem ukoll fuq dokument ta’
policy review
rigward l-għaxar pilastri għal komunitajiet aktar inklussivi, liema dokument għandu jiġi mqassam għal konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali, NGOs u
stakeholders
oħrajn.
Kunsilli Lokali — vouchers għall-Cat feeders - xiri ta' ikel minn petshops
Question
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk meta cat feeder imur għand il-kunsill lokali biex jieħu vouchers biex jagħtihom lil cat feeders hux obbligat li jixtri ikel minn pet shop partikulari magħżul mill-Kunsill Lokali jew inkella hux fil-libertà li jixtri minn fejn irrid? Jekk il-pet shop ikun magħżul mill-Kunsill Lokali fuq liema mertu jintagħżel?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din l-iskema ma taqax taħt ir-responsabbilità ta’ dan il-Ministeru. Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Kunsilli Lokali — vouchers għal ikel u kura ta' annimali stray
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kunsill lokali għamel użu mill-iskema biex jieħu vouchers mill-kunsill lokali biex jittma jew jikkura animali stray? Liema huma dawn il-kunsilli lokali u kemm ħadu flus s’issa kull kunsill lokali minn din l-iskema?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din l-iskema ma taqax taħt ir-responsabbilità ta’ dan il-Ministeru. Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Kunsill Lokali tal-Gżira — kontijiet pendenti mal-LESA
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali tal-Gżira għandux kontijiet pendenti mal-LESA? Jekk iva, kemm hu l-ammont? Kemm huma antiki dawn il-kontijiet? Jista' jgħid għaliex dawn il-kontijiet ma tħallsux u jekk dawn il-pendenzi kinux iddjarati bħala dejn fl-accounts tal-kunsill lokali?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Aġenzija LESA li l-flus dovuti lilhom għal perjodu Mejju 2020 sa Jannar 2021 huma ta’ € 11,322.53.