Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw siringi mill-polyclinics mingħajr riċetta minn Jannar sa Ġunju 2007 u 2008? Kemm nies qed jirċievu l-għajnuna SA/F u SA/M u kemm huma l-etajiet tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li n-numru ta’ siringi li ngħataw mingħajr riċetta miċ-ċentri tas-saħħa matul il-perjodi indikati, huwa kif jidher fit-tabelli li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministru għall-Politika Soċjali — Kuntratti għall-ġarr mogħtija lil Borg Bros.
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikant dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros. ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi, mis-sena 2000 sal-ġurnata tal-lum (xahar b'xahar), inkluż dawk li għadhom operattivi sal-lum? Jista' jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment,korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-anzjani li ddaħħlu fir-Residenza San Vincenz de Paule, xahar b’xahar, minn April 2008 sal-lum?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li matul il-perjodu indikat daħlu 105 anzjan fir-Residenza San Vincenz de Paule.
Informat ukoll hekk :-
2008 Irġiel Nisa Total
April 5 24 29
Mejju 5 10 15
Ġunju 9 6 15
Lulju 9 13 22
Awissu 5 13 18
Settembru 2 4 6
(sal-11 ta' Settembru)
Total 35 70 105
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li hemm xi direttivi jew regolamenti li jipprovdu li s-servizzi pubbliċi tas-saħħa m’għandhomx jipprovdu ċertifikati tas-saħħa lil nies fiċ-ċirkostazi kif spjegat separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-passi komuni ta' provediment ta' ċertifikat għall-użu personali huma li jekk persuna tkun rikoverat f'xi sptar tal-Gvern, jinħareġ li jkun hemm bżonn, u jekk il-persuna tkun bażi ta' Out Patient jew new case, ċertifikat ma jinħariġx u l-persuna tintalab tirreferi għand it-tabib tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ma baqax jibbenifika mill-allowance supplementari? Jista' jgħid kemm huwa s-ceiling bħalissa u meta żdied l-aħħar?
Response (DALLI, JOHN)
Dwar l-Ewwel Parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew iċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Is-
ceiling
preżenti
tal-għajnuna supplimentari hu € 9,966 għal persuna miżżewġa li tmanti lil konjugi u € 7,799 għal persuna li tgħix waħedha. L-aħħar li żdied dan is-
ceiling
kien b’seħħ mill-1 ta’ Lulju 2008.
Reinstatement jew kumpens minħabba tkeċċija nġusta mill-impjieg
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew deċiżi talbiet għal-reinstatement jew kumpens minħabba tkeċċija nġusta mill-impjieg fis-snin 2004, 2005, 2006, 2007 sat-30 t'Awwissu 2008, sena b'sena? Jista' jgħid kemm minnhom ġew deċiżi favur il-prinċipal u favur l-impjegat sena b'sena?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni reġistrati biex iġorru first class water? Kemm hawn trakkijiet reġistrati biex iġorru first class water? Min huma dawk il-persuni jew kumpanniji? Jista' jgħid jekk dawn jistgħux iġorru wkoll second class water bl-istess bowsers/trakkijiet li jġorru first class water? Jekk le, kemm saru spezzjonijiet mill-ewwel tas-sena sal-lum u x'kienu ir-riżultati? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy u x'inhuma r-regolamenti tal-Gvern fir-rigward tal-ġarr ta' l-ilma first class u second class? Jista' jgħid kull bowser minn liema materjal hu magħmul u jekk dan hux skond r-regolamenti tal-Gvern?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li d-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali f’ħdan id-Diviżjoni tas-Saħħa jirreġistra dawk il-persuni jew kumpaniji li jġorru ilma biex jintuża għall-konsum mill-bniedem skond il-provedimenti ta’ l-Avviż Legali 357 ta’ l-2004 dwar ir-reġistrazzjoni ta’ provvisti privati ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.
Id-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali fir-reġistru miżmum minnu skond il-provvedimenti tar-Regolament 6 ta’ l-istess Avviż Legali għandu sitt persuni jew kumpaniji rreġistrati biex iġorru ilma biex jintuża għall-konsum mill-bniedem u li bejniethom għandhom 16 il
bowser
jew
trailer
irreġistrati biex jintużaw għal ġarr ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Lista ta’ dawn il-persuni kif ukoll dettalji tal-
bowsers
jew
trailers
ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dawk il-
bowsers
jew
trailers
irreġistrati għal ġarr ta’ ilma għall-konsum mill-bniedem ma jistgħux jintużaw għal kwalunkwe ġarr ta’ ilma ieħor. Il-persuna responsabbli għal fini ta’ dawn ir-regolament għandha l-obbligu li tagħmel monitoraġġ skond il-provedimenti ta’ l-Avviż Legali 116 ta’ l-2004 Regolamenti ta’ l-2004 li jemendaw ir-regolamenti dwar il-kwalita’ ta’ Ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u dan għandu jsir kull tlett xhur minn kull
bowser
jew
trailer
irreġistrat. Ir-riżultati ta’ l-analisi jitbagħtu lid-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali regolarment, fejn jiġu mmonitorjati. Fin-nuqqas jittieħdu il-miżuri neċessarji legali kif ukoll titneħħa rreġistrażżjoni ta’ l-istess
bowser
.
Matul din is-sena saru ukoll tmintax il-spezzjoni minn uffiċjali ta’ dan id-dipartiment sabiex jiġi kkonfermat li l-ilma f’dawn il-
bowsers
jew
trailers
kien dak li huwa rreġistrat u li kien ta’ kwalita’ skond il-provedimenti tal-liġi għall-Kwalita’ ta’ Ilma Maħsub għall-Konsum mill-Bniedem. Kien hemm żewġ każijiet
fejn bowsers ġew imwaqqfa b’ordni ta’ kontroll t’emergenza. Tali ordnijiet ġew irtirati wara li saru t-trattamenti neċessarji u ħarġu r-riżultati tat-testijiet ta’ l-ilma tajbin.
Rigward l-
policy
u r-regolamenti tal-Gvern dwar il-ġarr ta’ l-ilma
first class
u
second class
kif diġa ġie spjegat id-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali jirregola l-ġarr ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Għaldaqstant, jeżistu regolamenti taħt A.L. 167 ta’ 1997 kif emendat b’A.L. 426 ta’ 2007 – Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Water Tankers maħruġa taħt l-Att dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-ilma li dawn ma jaqgħux taħt ir-responsabbilita’ ta’ dan id-dipartiment u għaldaqstant tali informazzjoni tista’ tintalab lill-Ministru kkonċernat.
Informat ukoll li l-materjal ta’ kull
bowser
hija ir-responsabbilta tal-operatur li jiżgura li il-materjal li jkun qed jinforra t-tank fejn jinġarr l-ilma jkun konformi ma' l-Avviż Legali 138/2003 kif amendat bl-AL 176/2008 dwar il-materjali li jkollhom kuntatt mal-affarijiet tal-ikel. Id-Dipartiment ma jżommx din l-informazzjoni iżda jagħmel il-verifiki neċessarji f’każ ta’ investigazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-Qorti din is-sena talli ħaddmu persuni bla permess? Kemm weħlu f'kull każ?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li bejn Jannar u Awwissu, 2008, tressqu 214 każ quddiem il-Qorti kontra persuni li ħaddmu nies bla permess. Minn dawn, 182 instabu ħatja jew ammettew qabel beda s-smiegħ tal-kawża, 10 ġew irtirati u 22 ġew liberati.
Ninsab infurmat ukoll li tħallsu € 12,843 f’multi lill-Qorti u €10,035 f’multi amministrattivi lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1390 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi,l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għaliex il-pagi u l-arretrati ta' ħaddiema f'aġenziji tal-gvern bħal Appoġġ u Sedqa, u l-ħaddiema fis-settur ta' aġenziji soċjali ma tħallsux fil-ħin? Dan kien xi żball amministrattiv jew ġara minħabba xi nuqqas ieħor?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li d-dewmien li rrefera għalih l-Onor. Interpellant kien kawża ta’ diffikultajiet minn naħa tal-kuntrattur li jaħdem il-payroll wara li s-sistema komputerizzata l-antika nqalbet għal waħda ġdida.
Jista' l-Ministru jgħid hux isir xi studju, eċċ., dwar kemm hu l-compliment ta' l-infermiera fis-swali ta' l-isptarijiet, ċentri tas-saħħa, bereġ eċċ? Kemm suppost għandu jkun in-numru ta' infermiera fihom? X'inhuma r-riżultati u x'passi hu maħsub li jittieħdu biex tali nuqqas jinmtela jew jiġi rimedjat?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li n-numru ta' infermieri li attwalment qed jaħdmu huwa hekk :-
Sptar Mater Dei - 1245 + 128 qwiebel
Ċentru tas-Saħħa - 175
Sptar Monte Carmeli - 230
Residenza San Vincenz de Paul - 298
Informat ukoll li l-kunċett tal-complement m'għadux rikonoxxut. Il-livell ta' staff huma ibbażati fuq il-ħtiġijiet tas-servizz minn żmien għal żmien. Madankollu, bħalissa qed isir proċess ta' reviżjoni ta' dawn il-ħtiġijiet. Dan huwa proċess kumpless ħafna.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ mill-Housing Authority għal sussidju fuq stair lift li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, minħabba bżonn u urġenza?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-familja li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant fil-fatt infurmat bil-miktub lill-Awtorita’ tad-Djar li kienet qed tirtira l-applikazzjoni peress li mhiex interessata aktar fl-iskema.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-anzjani ħadux iż-żieda sħiħa ta' l-għoli tal-ħajja? Kif tqassmet din, ċioe' kif ingħatat iż-żieda? Kollha f'daqqa, kull xahar jew mod ieħor?
Response (DALLI, JOHN)
Kif kien wiegħed dan il-Gvern, iż-żieda għall-għoli tal-ħajja għas-sena 2008 ingħatat sħiħa lil pensjonanti kollha.
Informat li żewġ terzi ta’ din iż-żieda huma nkużi fir-rata tal-pensjoni li titħallas kull erba’ ġimgħat, filwaqt li t-terz l-ieħor, li kien ikopri s-sena 2008 kollha, tħallas f’pagament wieħed aktar kmieni din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu b'difett konġenitali fl-aħħar sena jiġifieri bejn l-1 ta' Jannar 2007 u l-1 ta' Jannar 2008? Liema kienu d-difetti konġenitali l-aktar komuni f'dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm minn dawn it-tfal kellhom bżonn trattament fir-Renju Unit?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara li l-każ ta' Housing li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jingħata l-attenzjoni li tixraqlu minħabba raġunijiet umanitarji?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant qed jingħata l-attenzjoni xierqa mill-Awtorita’ tad-Djar.
Jista' l-Ministru jara li l-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħata s-servizz ta' home help? L-assessment sar imma għadha ma rċeviet l-ebda risposta?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li deċiżjoni dwar it-talba għal servizz ta' home help għall-persuna konċernata ttieħdet fid-9 ta' Lulju 2008. Is-servizz beda jingħata.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ quddiem talba umanitarja ta' ġuvni ta' eta' żgħira li spiċċa disabled u li l-ġenituri tiegħu applikaw biex jidħol f'home fil-Mellieħa? Lil dan diġa' għamlulu assessment u qalulhu li dalwaqt jidħol.
Response (DALLI, JOHN)
Informat li meta l-persuna konċernata mar jagħmel l-Orientation Visit fil-Mellieħa Home flimkien ma' xi familjari tiegħu ma xtaqx joqgħod ma' l-anzjani l-Mellieħa iżda pprefera fejn qiegħed joqgħod bħalissa.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' appell dwar sinjur, li d-dettaljji dwaru qed jitbagħtu separatament, u li din it-talba għal appell saret xi xahrejn ilu?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa każ ta' omm ta' żewġt itfal li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qatgħulha r-relief u ċ-childrens allowance għal dawn l-aħħar ħames xhur? Jista' jara li dan il-każ jitmexxa peress li hemm żewġt itfal fin-nofs u m'għandha l-ebda dħul?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' issa l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1990 u jgħid kemm huwa stmat li hu n-numru ta' Għawdxin li jaħdmu f'Malta? Kemm minnhom fis-settur pubbliku? Kemm fis-settur privat?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li, skond ir-rekords miżmuma mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ, fis-settur privat hu stmat li hemm 1,085 li għandhom l-indirizz residenzjali tagħhom f’Għawdex imma l-prinċipal/l-azjenda għandhom indirizz f’Malta.
Dan ma jfissirx li dan in-numru fil-fatt jaħdmu Malta minħabba li hemm prinċipali/azjendi Maltin li għandhom friegħi Għawdex iżda l-indirizz tagħhom, kif reġistrat mall-Korporazzjoni, jkun biss dak ta’ l-uffiċċju prinċipali f’Malta.
Ninsab infurmat ukoll li n-numru ta’ Għawdxin li jaħdmu f’Malta fis-settur pubbliku hu ta’ 948.