Legislature:
Category:
Reset
Active:

Nadur – Skola primarja — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jelenka liema xogħlijiet fadal isiru fl-iskola primarja tan-Nadur biex tkun kompletament lesta u jekk hemmx time-frames biex isir dan?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskola msemmija hi waħda mill-proġetti edukattivi importanti li qed isiru fil-pajjiż, b’investiment sostanzjali maħsub biex ninvestu fl-esperjenza edukattiva tat-tfal Maltin u Għawdxin, filwaqt li noffru anke ambjent aħjar lil min jaħdem fl-iskejjel. Fin-Nadur, minn din is-sena l-istudenti bdew is-sena skolastika f’ambjent ferm isbaħ u iktar komdu. Irrid ngħid li kienet tassew okkażjoni sabiħa li l-Prim Ministru tagħna u l-President tal-Kummissjoni Ewropea żaru l-iskola fl-aħħar ġimgħat, għax hija eżempju ta’ proġett edukattiv mill-isbaħ u ambjentalment sostenibbli. Saħansitra, kif juri d-dokument li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra, il-President tal-Kummissjoni Ewropea iddikjarat proprju hekk: “This school is indeed brand new. The hull building, the historic building has been preserved, it has been completely renovated with funds from NextGenerationEU. And I am very glad to see that it is now highly energy efficient, it has spacious classrooms, it has a better air quality, the air condition is powered by the school's own solar panels – that is smart, you have sun in abundance, you can use it –, and we could see the new digital equipment – it was amazing to also see how modern and digitised the school is now.”.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – defibrillators

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fejn hemm defibrillator?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi hemm total ta’ 62 defibrillator.

Kapijiet ta' skejjel sekondarji tal-Istat — Deployment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm Kapijiet ta' skejjel sekondarji tal-Istat li ngħataw deployment u ma baqgħux fl-iskola li kienu fiha fis-sena skolastika li għaddiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox kien hemm 3 Kapijiet fl-iskejjel sekondarji tal-Istat li ngħataw deployment.

Assistenti Kapijiet ta' skejjel primarji tal-Istat — Deployment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm Assistenti Kapijiet ta' skejjel primarji tal-Istat li ngħataw deployment u ma baqgħux fl-iskola li kienu fiha fis-sena skolastika li għaddiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox kien hemm 25 Assistenti Kapijiet fl-iskejjel primarji tal-Istat li ngħataw deployment.

Assistenti Kapijiet ta' skejjel medji tal-Istat — Deployment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-Assistenti Kapijiet ta' skejjel medji tal-Istat li ngħataw deployment u ma baqgħux fl-iskola li kienu fiha fis-sena skolastika li għaddiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox kien hemm 4 Assistenti Kapijiet fl-iskejjel medji tal-Istat li ngħataw deployment.

Assistenti Kapijiet ta' skejjel sekondarji tal-Istat — Deployment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm Assistenti Kapijiet ta' skejjel sekondarji tal-Istat li ngħataw deployment u ma baqgħux fl-iskola li kienu fiha fis-sena skolastika li għaddiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox kien hemm 2 Assistenti Kapijiet fl-iskejjel sekondarji tal-Istat li ngħataw deployment.

Sena skolastika 2023-2024 — Għalliema ġodda mal-Istat fil-livell primarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati għalliema ġodda (jgħallmu l-ewwel sena skolastika 2023-2024 bħala Newly Qualified Teachers (NQTs) mal-Istat fil-livell primarju?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel primarji ġew ingaġġati 39 għalliem ġdid bħala NQT.

Sena skolastika 2023-2024 — Għalliema ġodda mal-Istat fil-livell medju u sekondarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati għalliema ġodda (jgħallmu l-ewwel sena skolastika 2023-2024 bħala Newly Qualified Teachers (NQTs) mal-Istat fil-livell medju u sekondarju?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel medji u sekondarji ġew ingaġġati 69 għalliem ġdid bħala NQT.

Xewkija — Kampus Universitarju – Pjan biex jiżdiedu l-korsijiet

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma x'tip ta’ investimenti hemm pjanati fuq il-Kampus Universitarju ġewwa x-Xewkija, Għawdex, u jekk hemmx pjan li jiżdiedu xi korsijiet? Jekk iva, liema korsijiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li għadu kif tlesta r-restawr tal-faċċata tal-Università msemmija, hu ppjanat li din l-Università ssir hub edukattiv f’Għawdex, ċentru għall-konferenzi u kif ukoll post fejn jistgħu jiġu ospitati attivitajiet kulturali. Fir-rigward ta’ korsijiet, ġie organizzat serje ta’ korsijiet ġodda offruti taħt il-programm tal-Liberal Arts and Sciences filwaqt li hu ppjanat ukoll li jsiru korsijiet oħra fis-snin li ġejjin.

MCAST — Kors tal-BSc in Building Services

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-MCAST waqqfet il-kors tal-Bachelor of Science (BSc) in Building Services?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex l-istudenti jingħataw edukazzjoni ta’ kwalità ogħla inkluż rikonoxximent ta’ status bħala inġiniera professjonali, l-istudenti tal-MCAST li jixtiequ jmorru għall-qasam tas-servizzi tal-bini issa qed jiġu offruti jsegwu kors ta Baċellerat fl-inġinerija li jikkwalifikahom biex japplikaw għall-warrant ta' inġinier. Dan il-kors huwa ta’ kwalità għolja ħafna u huwa vverifikat u approvat mill-bord tal-inġinerija. L-istudenti jistgħu jispeċjalizzaw aktar fis-servizzi tal-bini permezz ta' korsijiet fil-livell ta' master offruti mill-MCAST sabiex isiru esperti fil-qasam. B’hekk l-istudenti tal-MCAST jieħdu r-rwol ta’ warranted engineers speċjalizzati fil-livell ta’ master f oqsma tal-Building Services.

MCAST — Waqfien tal-kors Advanced Diploma in Building Services

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-MCAST waqqfet il-kors tal-Advanced Diploma in Building Services?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala istituzzjoni pubblika l-MCAST jeħtieġ li jkun konxju tal-użu tajjeb tal-fondi pubbliċi kif ukoll li jipprovdi sinerġiji li jippreparaw lill-istudenti għall-ambjent tax-xogħol professjonali tal-lum biex b’hekk jiġi żgurat li l-edukazzjoni tagħhom ma tkunx magħluqa. L-MCAST jifhem ukoll li l-ambjent tas-servizzi tal-bini tal-llum qed jimxi aktar lejn l-użu tal-elettronika, intelliġenza artifiċjali, integrazzjoni tal-kompjuter, sistemi effiċjenti tal-HVAC, sostenibbiltà u disinn innovattiv tal-bini. L-MCAST joffri għadd kbir ta’ korsijiet immirati għal dan is-settur inklużi programmi speċjalizzati ta’ livell tekniku li permezz tagħhom l-istudenti jistgħu jkomplu l-istudji tagħhom inklużi iżda mhux limitati għal HVAC, intelliġenza artifiċjali, awtomazzjoni, elettronika, inġinerija, disinn elettriku sa sistemi industrijali 3 phase, żvilupp tal-bini, Programmazzjoni PLC u ħafna oqsma oħra meħtieġa fl-ambjent tas-servizzi tal-bini tal-lum.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Membri ta’ bordijiet u entitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10707 u jgħid min huma l-membri preżenti kollha ta’ kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż iċ-Chairperson u s-Segretarju/a? Jista’ jgħid x’inhi r-remunerazzjoni ta’ kull persuna fil-bord jew entità rispettiva?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ħal Qormi — Skola Primarja - Xogħljiet

Question

Fid-dawl li bdiet sena skolastika ġdida u kien hemm bosta lmenti dwar l-istat ħażin li tinsab fih l-iskola primarja ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi, li ilu jingħad li beda x-xogħol fuq din l-iskola, jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni dettaljata tax-xogħol li sar fuq din l-iskola u d-dettalji tat-timeframes dwar ix-xogħlijiet, u meta effettivament għandu jispiċċa dan ix-xogħol?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Għalliema — Kors ta’ Studju

Question

Jista’ l-Ministru jindika meta ser tinbidel il-liġi sabiex min jiġi impjegat u rikonoxxut bħala għalliem, ikun spiċċa bil-kors ta’ studju kollu f’livell ta’ Master (NVQ Livell 7 b’120 ECTS), peress li bħalissa għandna sitwazzjoni anomala fejn min jispiċċa sena waħda biss (60 ECTS) mill-Master in Teaching and Learning, xorta qed jiddaħħal bħala għalliem?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Skejjel tal-Istat – kiri ta’ swali lil għaqdiet volontarji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11521 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10625, jista’ l-Ministru jispjega x’għandu jinftiehem bil-kelma "donazzjoni" meta fil-mistoqsija parlamentari 7593 il-Ministru kkonferma illi l-iskejjel tal-Istat qed jiċċarġjaw għall-kiri tas-swali u dan huwa rregolat "mill-Kunsilli tal-Iskejjel u r-rati jvarjaw skont iċ-ċirkostanzi"?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Skejjel tal-Istat u tal-Knisja – LSEs għall-istudenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10622 u jgħid kemm kien hemm studenti fl-iskejjel tal-Istat u tal-Knisja li f'April tas-sena 2023 kienu jeħtieġu LSE fuq bażi one-to-one iżda ġew provduti LSE shared? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-bidu tas-sena skolastika 2023-2024?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Skola tal-Imrieħel – Nefqa għall-pitch artifiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-pitch artifiċjali tal-iskola tal-Imrieħel u jekk dan sarx b'fondi tal-Foundation for Tomorrow's Schools (FTS)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Tal-Ħandaq — Skola sekondarja– Arja kkundizzjonata

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il unit ta' arja kkundizzjonata ġdid twaħħal fl-iskola sekondarja tal-Ħandaq, li jifforma parti mill-Kulleġġ San Injazju?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.