Terminal taċ-Ċirkewwa u terminal tal-Imġarr – għoti ta’ kirjiet/konċessjonijiet mill-kumpanija Gozo Channel
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’kirjiet jew konċessjonijiet tat il-kumpanija Gozo Channel fit-terminal taċ-Ċirkewwa u fit-terminal tal-Imġarr? Tista’ tgħid kif ingħataw dawn il-kirjiet jew konċessjonijiet? Min ingħata dawn il-kirjiet jew konċessjonijiet? Kemm hu l-ħlas li qed isir? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta’ kirjiet jew konċessjonijiet oħra?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Copy of PQ 3230 Kirjiet - Konċessjonijiet mill-Gozo Channel_Tabella.pdf
Għawdex — Construction and Maintenance Unit u Directorate for Projects and Development – użu ta’ bricks
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm intużaw bricks mill-Construction and Maintenance Unit u mid-Directorate for Projects and Development mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data ta’ meta ġiet intavolata din il-mistoqsija parlamentari? Fuq liema proġetti ntużaw u kemm intużaw bricks fuq kull proġett? Tista' tgħid fuq kull proġett min kienet il-persuna li ordnat il-bricks u min kienet il-persuna li ċċertifikat li ntuża dan l-ammont?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Għawdex — Construction and Maintenance Unit u Directorate for Projects and Development – użu ta’ soft tone
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm intużaw soft stone (kantun) mill-Construction and Maintenance Unit u mid-Directorate for Projects and Development mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data ta’ meta ġiet intavolata din il-mistoqsija parlamentari? Tista' tgħid fuq liema proġetti intużaw u kemm intuża fuq kull proġett? Tista' tgħid fuq kull proġett min kienet il-persuna li ordnat is-soft stone (kantun) u min kienet il-persuna li ċċertifikat li ntuża dan l-ammont?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk dwar il-proġett li kellu jsir fl-Għar ta’ Calypso, fix-Xagħra, ħarġux il-permessi, ħarġux it-tenders, ġewx awarded, meta hu ppjanat li jinbeda u jitlesta dan il-proġett u kemm hu ppjanat li jiġi jiswa? Tista’ tgħid, jekk hemm ħaddiema kemm tal-kuntrattur kif ukoll tal-Ministeru jaħdmu f’dan il-post, x’inhu l-grad tagħhom, x’inhu x-xogħol li qed jagħmlu u kemm ilhom stazzjonati f’dan il-post?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li bħalissa qed isir studju preparatorju relatat mat-tħejjija tat-tenders. Preżentement hemm żewġ security officers tal-kuntrattur u ilhom stazzjonati mill-1 ta’ Mejju 2017 u ħaddiem tal-Ministeru għal Għawdex li jaħdem bħala ġardinar.
Għawdex — Triq iż-Żewwieqa minn Għajnsielem għal Qala – tindif u tiswijiet
Question
Peress li jien infurmat li bejn open top buses, coaches, vetturi oħra tat-turisti u turisti bil-mixi jgħaddu mijiet ta’ persuni kuljum tul it-Triq iż-Żewwieqa (minn Għajnsielem għal Qala biex jaslu sal-belvedere tal-Qala), tista’ l-Ministru tgħid meta ser isir it-tindif u t-tiswijiet neċessarji lil din it-triq, apparti li xi darba tingħata t-tarmac, peress li fil-preżent fiha ħafna ħofor fondi u l-għelieqi huma mimlija skart?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li l-parti tat-triq imsemmija hija parti mill-proġett tat-toroq tal-Ministeru għal Għawdex li ser issir din is-sena.
Għawdex — Triq l-Imġarr mix-Xewkija sal-Qala – bini ta’ ħitan tas-sejjieħ
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux ser jitkompla l-bini tal-ħitan tas-sejjieħ matul Triq l-Imġarr mix-Xewkija sal-Qala, liema xogħol kien beda fil-leġiżlatura preċedenti? Tista’ tgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex iktar toroq ikollhom il-ħitan tas-sejjieħ bħal Triq l-Imġarr?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ħejja pjan għal din is-sena sabiex jinbnew ħitan tas-sejjieħ f`diversi lokalitajiet madwar Għawdex.
Direttorati u dipartimenti tal-Gvern trasferiti minn Malta għal Għawdex
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk sarx l-eżerċizzju sabiex tara liema Direttorati u Dipartimenti tal-Gvern f’Malta jistgħu jinġabu Għawdex u kemm ħaddiema Għawdxin jistgħu jibbenefikaw minn dan il-pass?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li fil-fatt fil-Manifest Elettorali hemm il-proposta li noħolqu xogħol f’Għawdex għall-Għawdxin stess u dan il-Ministeru qed jagħmel eżerċizzju għal dan il-għan ma diversi Ministeru u entitajiet. Għal dan il-għan ukoll, ħarġet espressjoni ta' interess biex ikolna ċentru modern u attrezzat biex ikun jista' jilqa' l-ħaddiema ġodda.
Tibdil fil-ħin ta’ tluq tal-vapur ta’ Għawdex mill-Imġarr
Question
Peress li numru mhux żgħir ta’ ħaddiema u negozjanti Għawdxin li jaħdmu Malta jibdew xogħol f’shifts li jibdew fis-6.00 am jew fis-6.30 am, , tista’ l-Ministru tgħid jekk semgħetx it-talba ta’ dawn l-Għawdxin biex il-vapur jibqa' jitlaq fil-4:45am flok fil-5am? F’dan l-aħħar xahar, minnħabba li l-vapur Gaudos kien għat-tiswija, il-vapur kien jitlaq fil-4:45am.
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd dejjem timxi skont l-esiġenzi tas-servizz f’dik li hi skeda ta’ traġitti bejn Malta u Għawdex.
Għawdex: petrol u diesel użat għall-karozzi tal-Ministru
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li tuża l-istess Ministru, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Diċembru 2017? Tista’ tgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża l-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sa Diċembru 2017?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Copy of PQ 3222 Petrol u Diesel uzat ghall-karozza tal-Ministru.pdf
Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw direct orders fl-2013, 2014, 2015, 2016 u 2017 mill-Ministeru u d-dekasteru tagħha, inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tagħha? Tista' tgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus, globali kull sena, li ngħatat f'direct orders?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex – ħaddiema li jaħdmu b’reduced hours jew fuq teleworking
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm staff li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li qed jaħdmu b’reduced hours jew għandhom faċilitajiet ta’ teleworking u x’inhu l-grad tagħhom?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Copy of PQ Numru 3225 (Final) - Reduced u Teleworking.pdf
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien il-fond tal-NGOs fil-Ministeru tagħha fis-snin 2014, 2015, 2016 u 2017? Tista' tgħid kemm ser ikun fis-sena 2018? Tista' tgħid, fis-snin 2014, 2015, 2016 u 2017 liema NGOs ibbenefikaw minn dan il-fond, kemm kien l-ammont li ngħatat kull NGO u għal liema skop? Kif tqassmu l-fondi f'kull każ, wara sejħa jew b'diskrezzjoni ta' uffiċjali tal-Ministeru?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess għal runway għall-ajruplani fixed wing ġewwa Għawdex? Tista' tgħid fiex waslu l-istudji u jekk ġewx sottomessi xi applikazzjonijiet quddiem il-Planning Authority?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qed jagħmel l-eżerċizzji meħtieġa bil-għan li jistħarreġ l-possibilitajiet kollha biex jibda jintuża l-heliport.
Għawdex – stat tal-pontijiet fi Triq iż-Żewwieqa, Triq l-Imġarr u Wied Żejta
Question
Tista’ l-Ministru tgħid meta l-aħħar intbagħtu inspectors jew periti tal-gvern sabiex jispezzjonaw l-istat tal-pontijiet fi Triq iż-Żewwieqa u Triq l-Imġarr (it-tnejn fil-lokalità ta’ Għajnsielem) u ieħor f’Wied Żejta bejn ix-Xagħra u l-Belt Victoria? Jekk iva, x’xogħlijiet saru, meta saru u kemm ġew jiswew?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Spezzjonijiet isiru regolari madwar Għawdex kollu u Triq iż-Żewwieqa f’Għajnsielem ġiet inkluża fil-pjan tat-toroq għall-2018 – ‘Proġett Għawdex – Toroq fil-Lokalitajiet tiegħek’.
Pont ieħor li ser jiġi ndirizzat hu dak tat-Triq il-Lunzjata Kerċem li wkoll hija triq inkluża f’ l-Proġett Għawdex għall-2018.
Wara spezzjonijiet li saru fil-pontijiet indikati mill-Onor Interpellant irriżulta li fil-pont ta’ Wied ta’ Żejta huwa strutturalment stabbli izda għandu bżonn xi xogħol ta’ manutenzjoni li jikkonsisti fi ftit tikħil u kisi. Rigward il-pontijiet ta’ Triq iż-Żewwieqa u ta’ Triq l-Imġarr, it-tnejn jinsabu strutturlament stabbli, iżda bħala prekawzjoni hemm xi fili li ser jiġu mkaħħla wkoll.
Pass maħruġ mill-Gozo Channel biex persuni jaqsmu b’xejn fuq il-vapuri tal-kumpanija
Question
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-persuni li preżentement għandhom pass maħruġ mill-Gozo Channel biex jaqsmu b'xejn fuq il-vapuri tal-kumpanija? Tista' tgħid minn dawn il-persuni min minnhom għandu d-dritt ta' priority boarding?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Għawdex – Bini mill-ġdid tat-triq li mir-Rabat twassal saż-Żebbuġ
Question
Tista’ l-Ministru tgħid meta hu maħsub li jsir ix-xogħol ta’ bini mill-ġdid tat-triq li mir-Rabat, Għawdex twassal saż-Żebbuġ f’Għawdex u dan peress li partijiet minn din it-triq jinsabu fi stat perikoluż?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal din it-triq partikolari l-Ministeru ħass li l-ewwel kellu jindirizza l-isfida tal-ħajt tat-triq, li huwa fi stat perikoluż.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li għadha mhux irranġata l-area f’Wied il-Għasri fejn jipparkjaw diversi persuni, għaddasa u għawwiema peress li din ilha ma tingħata manutenzjoni tant li l-wiċċ spiċċa kważi għal kollox u hemm biss tajn u trab fejn jiġu pparkjati l-vetturi?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Il-Ministeru qed iħejji pjan ħolistiku biex jesplora il-potenzjal ta’ din iż-żona.
Għawdex – bini ta’ yacht marina u cruise liner terminal
Question
Tista’ l-Ministru tagħti rendikont fiex waslu t-taħditiet rigward yacht marina u cruise liner terminal li kienu mwegħda fil-programm elettorali tal-partit fil-Gvern għall-elezzjoni tal-2013, li ssemmew diversi drabi fid-diskors tal-budget u li kienu tħabbru b'tant pompa fil-leġiżlatura li għaddiet? Tista' tgħid meta hu ppjanat li jiġu konklużi d-diskussjonijiet u jekk dan il-proġett importanti għal Għawdex ġiex imwarrab jew le?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jagħmel referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 1506