Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #6862 Sitting 140 2018-10-03 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żwiġijiet bejn persuna ta’ Nazzjonalità Maltija u oħra barranija fl-2015

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ċelebrati jew reġistrati żwiġijiet matul is-sena 2015 fejn xi wieħed jew waħda mill-partijiet kienet ta' nazzjonalità Maltija u l-parti l-oħra le? Jista’ jagħti rendikont skont in-numru ta' persuni u ta' liema nazzjonalità?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li fis-2015 kien hemm 324 żwieg ċelebrat bejn persuna ta' nazzjonalità Maltija u persuna ta’ nazzjonalità barranija.

Forom ta’ żwiġijiet reliġjużi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-forom ta’ żwiġijiet reliġjużi li huma rikonoxxuti ai termini tal-Artikolu 17 tal-Att dwar iż-Żwieġ Kap. 255 tal-Liġijiet ta’ Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat li l-forom ta’ żwiġijiet reliġjużi li huma rikonoxxuti ai termini tal-Artikolu 17 tal-Att dwar iż-Żwieġ Kap. 255 tal-Liġijiet ta’ Malta huma r-reliġjon Presbiterjana, Luterana, Islamika, Bible Baptist Church, Christian Evangelical Church (Assemblies of God) u l-Evangelical Baptist Church. Dan filwaqt li Artiklu 21 tal-istess Att jirrikonoxxi ż-żwieġ Kattoliku.
Leg 13 PQ #6988 Sitting 140 2018-10-03 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reġistrazzjoni ta’ atti ta’ twelid

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati atti ta' twelid bħala foundlings mis-sena 1990 ‘l hawn, sena b'sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li mis-sena 1990 ‘l hawn ġew reġistrati żewġ atti ta' twelid bħala foundlings, tarbija fl-1998 u oħra fl-2012.
Leg 13 PQ #3932 Sitting 139 2018-10-02 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — car leasing

Question

Jista’ l-Prim Ministru jelenka kemm intefqu flus għal car leasing minn kull entità li taqa’ taħtu, mingħand min sar il-car leasing, kemm-il vettura u d-dati rispettivi, mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, sena b’sena? F’kull każ jista’ jgħid liema kienu b’direct order?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat li minn Ġunju 2017 ‘l hawn, meta l-entitajiet li qed jagħmel riferenza għalihom l-Onor. Interpellant għaddew taht ir-responsabbilità tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kien hemm 82 karozza li ġew leased min naha tal-istess entitajiet bi spiża totali ta’ €217,965. Ma kien hemm l-ebda direct order. Lista tal-kumpaniji li minn għandhom sar il-leasing hija hawn annessa: United Equipment Co(UNEC) Ltd Paul & Rocco Meli Car Rentals Alpine Rent a car Galea General Services Freemond Ltd Aquarius Rent a Car AUTOMAX Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li bejn l-2008 u l-2012, l-ispiża ta’ dawn l-istess entitajiet fuq leasing ta’ karozzi kienet ta’ €679,857. L-ammont ta’ karozzi leased f’dan il-perodu kien ta’ 201.
Leg 13 PQ #6860 Sitting 139 2018-10-02 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żwiġijiet bejn persuna ta’ Nazzjonalità Maltija u oħra barranija fl-2017

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ċelebrati jew reġistrati żwiġijiet matul is-sena 2017 fejn xi wieħed jew waħda mill-partijiet kienet ta' nazzjonalità Maltija u l-parti l-oħra le? Jista’ jagħti rendikont skont in-numru ta' persuni u ta' liema nazzjonalità?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat li fis-sena 2017 kien hemm 340 żwieg ċelebrat bejn persuna ta' nazzjonalità Maltija u persuna ta’ nazzjonalità barranija.
Leg 13 PQ #6861 Sitting 139 2018-10-02 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żwiġijiet bejn persuna ta’ Nazzjonalità Maltija u oħra barranija fl-2016

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ċelebrati jew reġistrati żwiġijiet matul is-sena 2016 fejn xi wieħed jew waħda mill-partijiet kienet ta' nazzjonalità Maltija u l-parti l-oħra le? Jista’ jagħti rendikont skont in-numru ta' persuni u ta' liema nazzjonalità?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat li fis-sena 2016 kien hemm 349 żwieġ ċelebrat bejn persuna ta' nazzjonalità Maltija u persuna ta’ nazzjonalità barranija.
Leg 13 PQ #6688 Sitting 138 2018-10-01 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Post ta’ Officer-in-charge Minor Staff — ingaġġ

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4433, li kienet dwar postijiet għall-post ta' Officer in-Charge Minor Staff, fejn fit-tweġiba tagħha ngħad li għal dan il-post għaddew 15-il kandidat u ġew appuntati l-ewwel 11, għaldaqstant jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx postijiet vakanti f'dan il-grad u jekk fl-affermattiv meta hu maħsub li se jingħataw l-appointments lil dawk il-persuni li għadhom ma ġewx appuntati? Jista' jgħid sa meta hu validu r-riżultat tal-aħħar sejħa għal dan il-post?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li li r-riżultat għadu validu u jiskadi f’Novembru li ġej. Infakkar ukoll lill-Onor. Interpellant li l-vakanzi jimtlew skont l-ordni tal-mertu u l-esigenzi tas-servizz pubbliku.
Leg 13 PQ #6739 Sitting 138 2018-10-01 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Passaporti ġodda — talbiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal passaport minn persuni li qatt ma kellhom passaport matul is-sena 2017?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li matul l-2017 kien hemm 15,638 persuna li applikaw għal passaport għall-ewwel darba jew applikaw għal passaport ġdid taħt kunjom ġdid.
Leg 13 PQ #6740 Sitting 138 2018-10-01 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Passaporti – talbiet għal tiġdid

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal tiġdid ta’ passaporti matul is-sena 2017?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li matul l-2017 kien hemm 39,710 talba għal tiġdid ta’ passaporti.
Leg 13 PQ #6741 Sitting 138 2018-10-01 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ambaxxati Maltin – tiġdid ta’ passaporti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm tiġdid ta’ passaporti li sar minn Ambaxxati Maltin matul is-sena 2017, maqsumin skont l-Ambaxxata?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ passaporti mġedda matul l-2017 minn Ambaxxati Malta kien ta’ 3,271 imqassma skont it-tabella hawn taħt: Pajjiż Total L-Awstralja 1475 L-Awstrija 12 Il-Belġjum 109 Il-Kanada 241 Iċ-Ċina 10 Emirati Għarab Magħquda 83 Eġittu 11 Franza 36 Il-Ġermanja 43 Il-Greċja 3 L-Indja 3 L-Irlanda 33 Israel 1 L-Italja 42 Il-Kuwait 0 Il-Libja 0 The Netherlands 30 Il-Palestina 1 Il-Polonja 6 Il-Portugall 4 Ir-Russja 24 L-Arabja Sawdita 22 Spanja 21 L-Isvizzera 18 It-Tuneżija 14 It-Turkija 3 Ir-Renju Unit 778 L-Istati Uniti (New York) 147 L-Istati Uniti (Washington) 101 TOTAL 3271
Leg 13 PQ #6742 Sitting 138 2018-10-01 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħruġ ta’ passaport għal minuri

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħruġ ta’ passaporti għal minuri wara li kien hemm ordni tal-Qorti sabiex jinħareġ passaport għall-minuri?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #6844 Sitting 138 2018-10-01 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumpanija – diretturi, azzjonisti u UBOs

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficial owners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubai u li isimha qiegħed jingħata separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-Onor. Membru għandu jkun informat li l-aċċess għall-informazzjoni mitluba mhuwiex fil-poter tal-Eżekuttiv.
Leg 13 PQ #3845 Sitting 137 2018-07-04 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — direct orders

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 516 fejn intqal li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet fi ħdanu taw iktar minn €10 miljuni f’direct orders fl-2017, jista’ l-Prim Ministru jgħid għal kull każ lil min ingħata kull direct order?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi it-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #6574 Sitting 137 2018-07-04 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bejgħ taċ-ċittadinanza lejn Malta miċ-Ċina

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx entità/jiet li għandha/hom dritt/ijiet esklussiv/i tal-bejgħ taċ-ċittadinanza lejn Malta miċ-Ċina? Jista’ jgħid kemm jitħallsu ta’ kull bejgħ ta’ passaport? Kemm huma ċ-ċittadini Ċiniżi li issa għandhom passaport Malti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Le
Leg 13 PQ #6659 Sitting 137 2018-07-04 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

FM repeater f’Għawdex – Stazzjonijiet tar-Radio — interferenzi

Question

Peress li stazzjonijiet tar-radio qiegħed ikollhom problemi ta’ interferenza fuq il-frekwenza FM f'ħafna partijiet minn Għawdex, jista' l-Prim Ministru jara li l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni tistalla repeater f'Għawdex, biex din il-problema tiġi eliminata?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-trażmissjonijiet tar-radju FM huma regolati mill-Awtorità ta’ Malta dwar ix-Xandir. Għaldaqstant, l-Onor. Interpellant huwa mitlub jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 13 PQ #3762 Sitting 136 2018-06-26 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni dwar bini ta’ toroq f’Għawdex – inkjesta mill-Pulizija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Inkjesta tal-pulizija dwar allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni dwar bini ta’ toroq f’Għawdex ġietx konkluża u x’kienu l-konklużjonijiet u jikkonferma jekk il-persuni li kienu jaħdmu fil-Ministeru għal Għawdex li ġew sospiża f’Lulju 2017 (inkluż id-Direttur, il-Perit u l-PA tad-Direttur) fuq diversi allegazzjonijiet li saru, reġgħux iddaħħlu lura jaħdmu mal-gvern f’dawn l-aħħar ġranet? Jista’ jgħid min ta l-ordni biex dawn il-persuni jerġgħu jiddaħħlu lura jaħdmu fis-Servizz Pubbliku, x’tip ta’ xogħol qed jagħmlu, ma’ liema Ministeru qed jaħdmu kull wieħed minn dawn il-ħaddiema, taħt liema titlu u f’liema grad iddaħħlu lura għax-xogħol, u minn liema Ministeru qed jitħallsu?​

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #3837 Sitting 136 2018-06-26 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – laqgħa ma’ individwi minn rappreżentanti jew uffiċjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba l-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, iltaqgħu ma’ rappreżentanti jew uffiċjali tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru bejn Marzu 2013 u Mejju 2017? Jista’ jgħid ukoll meta u ma’ min iltaqgħu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ix-xogħol tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru jinvolvi fost oħrajn laqgħat regolari ma' numru kbir ta' nies minn sferi differenti. Mhux possibbli li jinżamm rekord tal-persuni kollha li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jiltaqa magħhom u dettalji ta’ kull laqgħa.
Leg 13 PQ #6268 Sitting 136 2018-06-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni ta’ ċittadinanza barranija li għandhom permess jirrisjedu f’Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni ta' ċittadinanza barranija li għandhom il-permess ta’ residenza f'Malta anke jekk temporanjament? Jista' jgħid ta' liema nazzjonalità huma dawn il-persuni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat li n-numru ta' persuni ta' ċittadinanza barranija li għandhom il-permess ta’ residenza f'Malta huwa ta’ 29,246.
Leg 13 PQ #6501 Sitting 136 2018-06-26 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Karti tal-Identità kkanċellati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il Karta tal-Identità ġiet ikkanċellata skont dak li jipprovdi l-artikolu 8 tal-Att dwar il-Karta tal-Identità u Dokumenti oħra tal-Identità (Kap. 258 tal-Liġijiet ta' Malta) sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li t-talbiet kollha li daħlu għand Identity Malta biex l-Aġenzija tikkanċella karti tal-idenità u minflok toħroġ oħrajn b’restrizzjoni tas-safar fuqhom saru kollha fuq ordni tal-Qorti, dan skont artikolu 8 Kapitlu 258 tal-Liġijiet ta’ Malta. Bħala punt ta’ kjarifika, ma kien hemm l-ebda talbiet taħt artiklu 8 (d) tal-istess att imsemmi. Nixtieq infakkar lill-Onor Interpellant li r-responsabbilità tal-karti tal-identità waqgħet taħt l-Aġenzija Identity Malta fi Frar 2014 u għaldaqstant it-tabella t’hawn taħt turi n-numru ta’ detenituri u karti tal-identità kkanċellati minn din id-data ‘l quddiem. Sena Numru ta’ Karti tal-identità kkanċellati biex minflok tinħareġ oħra b’restrizzjoni ta’ safar Numru ta’ Detenituri 2014 55 52 2015 212 208 2016 149 138 2017 163 154 2018* 75 75 *Informazzjoni miġbura sal-20 ta’ Ġunju 2018.
Leg 13 PQ #6502 Sitting 136 2018-06-26 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Karti tal-Identità — Detenturi mitluba biex jirritornaw lura l-Karti tal-Identità

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il detentur ta' Karta tal-Identità ġie mitlub biex jirritorna lura l-Karta tal-Identità tiegħu skont dak li jipprovdi l-artikolu 8 tal-Att dwar il-Karta tal-Identità u Dokumenti oħra tal-Identità (Kap. 258 tal-Liġijiet ta' Malta) sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet mogħtija lid-detenturi tal-Karti tal-Identità?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 6501.