Legislature:
Category:
Reset
Active:

Gozo Channel — bejgħ ta' biljetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbiegħu biljetti mill-Gozo Channel għas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex xahar xahar minn Settembru 2008 sa Awwissu 2009 u minn Settembru 2009 sa Awwissu 2010 lill-: a) passiġġieri residenti f’Għawdex bil-vettura; b) passiġġieri residenti f’Għawdex bla vettura; ċ) passiġġieri residenti Malta bil-vettura d) passiġġieri residenti Malta bla vettura; e) passiġġieri barranin bil-vettura; u f) passiġġieri barranin bla vettura?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — xogħlijiet fuq main

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk persuna li jkollha l-main tal-ilma mhux imwaħħal mal-arloġġ tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, u li ma jkunx twaħħal wara li jkun sar xogħol fuq il-main, fit-triq jew fil-bankina, fil-fatt għandux iħallas tal-arloġġ ukoll, minkejja li ma jkollux servizz ta' ilma fil-vit?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Enemalta — xiri ta' żejt

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26590, jikkonferma l-Ministru li l-Enemalta sal-lum m'għamlet l-ebda arranġament fuq ix-xiri ta' żejt u għalhekk it-tariffi jistgħu jogħlew mal-andament ta' suq internazzjonali? Jekk dan huwa l-każ, ma jaħsibx li dan joħloq instabbilità speċjalment fost l-operaturi ekonomiċi li ma jkunux jistgħu jippjanaw l-ispejjeż tagħhom? Għandu xi pjan il-gvern għal din is-sitwazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

San Pawl il-Baħar — tappieri tad-drenaġġ - cushions

Question

Billi numru ta' tappieri tad-drenaġġ f'diversi toroq madwar San Pawl il-Baħar jinsabu mingħajr cushion, bil-konsegwenza li kull meta tgħaddi vettura dawn l-istess tappieri jagħmlu ħsejjes li jdejqu lir-residenti, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex issir spezzjoni ta' kull tappiera li hemm u fejn hu l-każ jiġu rranġati, biex ma jibqgħux jagħmlu ħsejjes?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Arloġġi tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' arloġġi tad-dawl u l-ilma rispettivament li huma reġistrati f'kull wieħed mill-irħula li jiffurmaw it-12-il distrett, u s-7 distrett elettorali? Jista' jagħti tagħrif dwar kif inhuma maqsuma lokal, lokal dawn l-arloġġi skont il-kategoriji li fihom jitqassmu dawn l-istess arloġġi (residenzjali, kummerċjali eċċ.)

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Air Malta — kundizzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kundizzjonijiet li tagħti l-linja nazzjonali l-Air Malta humiex imfassla minn xi dipartiment tal-gvern jew minn dipartimenti li għandha l-linja tal-ajru stess? Jekk hemm regoli aħjar minn dawk li huma qed jintużaw issa, fejn ċittadin irid jitkellem ħalli jsemma u joffri dawn l-alternattivi?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jispeċifika għal-liema kundizzjonijiet qiegħed jirreferi.

Dipartiment tal-VAT — Forensic Advisory Team

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-KPMG Forensic Advisory Team li għenu lill-bord ta' inkjesta dwar l-iskandlu ta' frodi fid-Dipartiment tal-VAT?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-membri tat-tim forensiku tal-KPMG li għenu lill-bord ta’ inkjesta kienu jvarjaw bejn partners tal-KPMG, assistent director, managers, adviser u associate.

Dipartiment tal-VAT — guidelines għal każijiet ta' de-registrations

Question

Jista' l-Ministru jgħid id-Dipartiment tal-VAT meta addotta l-guidelines dwar kif għandu jitratta bilanċi dovuti fil-każijiet kollha ta' de-registrations u min qed jiżgura li l-istaff qed jimxi rigorożament ma' dawn ir-rakkmandazzjonijiet kif stipulat fir-rapport tal-bord ta' inkjesta dwar l-operat tal-VAT?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-punt 13 f’paġna 5 tar-rapport “Systems Audit of the VAT Department - Report by Board of Inquiry and Reaction by Commissioner of VAT” li ġie mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra fid-9 ta’ Mejju, 2011.

Diesel u fuel bil-kuntrabandu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba fl-aħħar erba' snin il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, inqabdet b'diesel u fuel tal-kuntrabandu u x'passi ttieħdu?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-dipartiment tad-Dwana, ma qabad l-ebda diesel u fuel tal-kuntrabandu mingħand il-kumpanija li d-dettalji dwarha intbagħtu separatament.

Requirments tal-fuel

Question

Minħabba l-istop notice fuq il-Mediterranean Offshore Bunkering Company Ltd., jista' l-Ministru jgħid il-gvern minn fejn qed iġib ir-requirments tal-fuel bħal fost oħrajn il-fuel oil?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Enemalta kienet tuża s-servizzi tal-MOBC sabiex tissupplixxi l-industrija lokali bit-thin fuel oil. Wara li l-MOBC irċeviet Stop Notice mill-MEPA u konsegwentament ma setghetx tkompli topera, l-Enemalta ma setgħetx tkompli tagħmel użu minn dan is-servizz. Ninsab infurmat illi l-klijenti tal-Enemalta ġew infurmati b’dan, u ntalbu biex jixtru t- thin fuel oil minn operaturi oħra fis-suq.

vetturi reġistrati Malta — kwestjoni dwar ħlas żejjed

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25976 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar jekk dawk is-sidien tal-vetturi li ġew reġistrati f'Malta u li kienu ħallsu aktar milli kien dovut, u li kellhom jingħataw lura dak li ħallsu żejjed, fil-fatt kellhomx jagħmlu xi applikazzjoni partikolari biex jingħataw lura dak il-ħlas?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kif ħabbarna fil-ġimgħa li għaddiet, kull min kien xtara vettura matul l-2008 u ddeċieda li jaqleb il-vettura tiegħu taħt ir-reġim ta’ tassazzjani li daħal fis-seħħ matul l-2009 għaliex it-taxxa ta’ reġistrazzjoni fuq dik il-vettura tnaqqset, se jirċievi d-differenza b’ċekk minflok dan l-ammont jibqa’ jinqata’ kull sena mil-liċenzji.

Dħul mit-taxxa tal-VAT minn kumpaniji privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mit-taxxa tal-VAT minn kumpaniji privati matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dħul gross minn pagamenti tat-taxxa tal-VAT minn kumpaniji privati biss matul l-ewwel erba’ xhur tas-sena 2011 kien ta’ €134,766,236 li minnhom id-dipartiment ħallas rifużjoni lill-kumpaniji fl-istess perjodu li kien jammonta għal €34,541,866. Kien hemm ukoll ammont ta’ VAT ta’ €20,174,751 għall-istess perjodu li daħlu fuq importazzjonijiet li saru fid-Dwana ta’ Malta.

Postijiet u akkomodazzjoni tal-gvern — kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm għandu postijiet/akkomodazzjoni l-gvern li inkwilini jħallsu l-kera lilu? Fis-sena 2008, 2009, 2010 u 2011 sal-lum, kemm ġabar kera mingħand dawn l-inkwilini rikonoxxuti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ tenements li fil-preżent huma mikrija għall-akkomodazzjoni tal-gvern huwa ta’ 7536. Rigward l-ammont ta’ kera miġbur, l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħaddiema fis-settur tas-servizzi diretti ta' intermedazzjoni finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu full-time fis-settur tas-servizzi diretti ta’ intermedjazzjoni finanzjarja f’Għawdex f’Ottubru 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

kumpens lill-gabillotti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li kien jiddetjeni art fil-limiti tal-Gudja kontrada tal-Karwija, għadu ma rċeviex l-kumpens bħalma rċevew gabillotti oħra familjari tiegħu in segwitu għal esproprjazzjoni effettwata?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-individwu li d-dettalji tiegħu intbagħtu separatament, u li kien jiddetjeni art fil-limiti tal-Gudja, kontrada tal-Karwija, liema art ittieħdet għal skop pubbliku, għadu ma rċeviex il-kumpens għat-telf tal-uċuh tar-raba minħabba l-fatt li minkejja li l-istima hija lesta, id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern qiegħed jistenna l-flus permezz ta’ trasferiment inter-governattiv. Kif jaslu dawn il-flus, id-dipartiment jieħu ħsieb li jħallas il-kumpens kemm jista’ jkun malajr.

Prodott Gross Domestiku — spiża totali għas-settur tas-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali għas-settur tas-saħħa bħala persentaġġ tal-Prodott Gross Domestiku matul l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Self long term u short term — exposure

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26280 u jagħti breakdown ta’ x’kien l-exposure ta’ Malta fl-1 ta’ April 2010 fir-rigward ta’ self, long term u short term, ma’ barra u lokalment, u bl-istess mod, l-exposure fir-rigward ta’ garanziji mogħtija sa dik id-data, kemm ma’ barra u kemm lokalment?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, fuq il-bażi taċ-ċifri kif ippubblikati fl-NSO News Release numru 079/2010 u li ġiet riproċessata għall-fini ta’ din il-mistoqsija, l-exposure tas-self long-term ma’ barra fl-1 t’April 2010 kien ta’ €100,554,000. L-exposure ta’ self long-term lokali għall-istess perjodu kien ta’ €3,315,739,000. Għall-istess perjodu, ma kienx hemm exposure għas-self short-term ma’ barra filwaqt li kien hemm exposure ta’ €536,350,000 f’self short-term lokali. L- exposure għall-garanziji ma’ barra u dawk lokali qegħdin jiġu vverifikati minn National Audit Office u għad iridu jiġu ppubblikati fir-rapport finanzjarju għas-sena 2010.

Exposure fuq self long term u short term

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26281 u jagħti breakdown ta’ x’kien l-exposure ta’ Malta fl-1 ta’ Jannar 2011 fir-rigward ta’ self, long term u short term, ma’ barra u lokalment, u bl-istess mod, l-exposure fir-rigward ta’ garanziji mogħtija sa dik id-data, kemm ma’ barra u kemm lokalment? F’dak li għandu x’jaqsam mal-garanziji ma’ barra jista’ jindika kemm mill-ammonti huma riferibbli separatament għall-każ tal-Greċja, u dwar dan tal-aħħar jindika l-iskadenza/skadenzi ta’ kif skattat il-garanzija?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, fuq il-bażi taċ-ċifri kif ippubblikati fl-NSO News Release 061/2011 u kif ġew riproċessati għall-fini ta’ din il-mistoqsija, fl-1 ta’ Jannar 2011, l-exposure għas-self long-term ma’ barra kien ta’ €87,701,000 u dak għas-self long-term lokali kien ta’ €3,665,032,000. Fl-istess data, ma kienx hemm exposure għal self short-term ma’ barra filwaqt li l-exposure ghas-self short-term lokali kien ta’ €380,558,000. Il-garanziji mogħtija sal-1 ta’ Jannar 2011, kemm ma’ barra kif ukoll lokali, għad iridu jiġu vverifikati mill-Awditur Ġenerali qabel ma jiġu ppubblikati. L-ammont misluf lill-Greċja separatament sal-1 ta’ Jannar 2011, kien ta’ €19,769,652. Dan l-ammont totali ġie misluf hekk: fit-18 ta’ Mejju 2010 ġew mislufa €14,777,260.69 filwaqt li fit-13 ta’ Settembru 2010, ġew mislufa €4,992,391.29 oħra.

self long term u short term — breakdown ta' exposure

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26282 u jagħti breakdown ta’ x’kien l-exposure ta’ Malta fl-1 ta’ April 2011 fir-rigward ta’ self, long term u short term, ma’ barra u lokalment, u bl-istess mod, l-exposure fir-rigward ta’ garanziji mogħtija sa dik id-data, kemm ma’ barra u kemm lokalment? F’dak li għandu x’jaqsam mal-garanziji ma’ barra jista’ jindika kemm mill-ammonti huma referibbli separatament għall-każijiet tal-Greċja u tal-Irlanda, u dwar dan tal-aħħar jindika l-iskadenza/skadenzi ta’ kif skattat/w il-garanzija/i?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, fuq il-bażi taċ-ċifri kif ippubblikati fl-NSO News Release 082/2011 u li ġiet riproċessata għall-fini ta’ din il-mistoqsija, għall-perjodu sa l-1 ta’ April 2011, l-exposure ta’ self long-term ma’ barra kien ta’ €87,422,000. L-ammont ta’ self long-term lokali, kien ta’ €3,774,444,000. Għall-istess perjodu, ma kienx hemm exposure għal self short term ma’ barra filwaqt li l-ammont ta’ self short-term lokali kien ta’ €416,829,000. Il-garanziji mogħtija sal-1 t’April 2011, kemm ma’ barra kif ukoll lokali, għad iridu jiġu vverifikati mill-Awditur Ġenerali qabel ma jiġu ppubblikati. L-ammont totali misluf lill-Greċja separatament, wara l-ewwel ta’ Jannar 2011 u sal-1 t’April 2011, kien ta’ €20,031,428.77. Dan ġie misluf hekk: fid-19 ta’ Jannar 2011 sellifna ammont ta’ €6,222,121.24 filwaqt li fis-16 ta’ Marzu 2011 sellifna ammont ieħor ta’ €13,809,307.53. L-ammont garantit lill-Irlanda fl-imsemmi perjodu kien ta’ €4,000,000 u dan l-ammont skatta fl-1 ta’ Frar 2011.

garanziji fuq self

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26283 u jagħti kalendarju indikattiv għal kif għandhom jiskattaw matul l-erba’ xhur April-Lulju 2011 l-garanziji li Malta se tkun qed toħroġ fuq self mgħoddi lill-Greċja, l-Irlanda u l-Portugal fil-kuntest tal-pakketti ta’ salvataġġ finanzjarju organizzati għal dawn il-pajjiżi miż-żona tal-ewro?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi għall-imsemmi perjodu, Malta mistennija terġa' tislef lill-Greċja fis-27 ta’ Ġunju 2011. Għall-istess perjodu Malta se tkun qegħda toffri garanzija lill-Portugal liema garanzija għandha tiġi skattatha fit-22 ta’ Ġunju 2011. Għall-fini ta’ garanzija lill-Irlanda, Malta mhux mistennija toffri garanzija fl-imsemmi perjodu.