Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — każijiet ta' korruzzjoni tal-VAT
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk matul l-2009 u 2010, persuni u/jew kumpaniji li nstabu ħatja fil-każ ta’ korruzzjoni tal-VAT ingħatawx kuntratti u/jew direct orders mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtha? Jekk iva, liema huma dawn il-kumpaniji, liema kienu l-kuntratti u għal kemm jammontaw?
Tista' l-Ministru tgħid kemm għandna tfal b'diżabilità fl-iskejjel primarji:
a) statali;
b) tal-Knisja;
ċ) indipendenti
f'Malta u f'Għawdex, skola b'skola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm għandna tfal b'diżabilità fl-iskejjel sekondarji:
a) statali;
b) tal-Knisja;
ċ) indipendenti
f'Malta u f'Għawdex, skola b'skola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm għandna studenti li bdew l-edukazzjoni obbligatorja tagħhom fi skejjel mainstream b'mod inklussiv iżda issa jinsabu f'xi skola speċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Studenti li bdew l-edukazzjoni obbligatorja tagħhom fi skejjel mainstream b’mod inklussiv iżda issa jinsabu fl-iskejjel speċjali huma hekk:
Dun Manwel Attard, Wardija - 5
Guardian Angel, Hamrun - 1
Helen Keller, Qrendi - 1
Mater Dei, Msida - 1
St. Patrick’s, St. Andrews - 3
__________
Total 11
Tista' l-Ministru tgħid kemm għandna tfal b'diżabilità fl-iskejjel post-sekondarji:
a) statali;
b) tal-Knisja;
ċ) indipendenti
f'Malta u f'Għawdex, skola b'skola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ tfal b’diżabilità li hemm fl-iskejjel post-sekondarji huwa hekk:
Numru ta’ Studenti
Skola Sekondarja Ogħla fin-Naxxar
20
Skejjel Indipendenti
Xejn
Skejjel tal-Knisja
3
Tista' l-Ministru tindika kemm saru adozzjonijiet f'Malta fil-perjodu mill-2007 s'issa, sena b'sena? Tista' tispeċifika u tindika kemm minnhom jinvolvu tfal minn pajjiżi oħra u tindika l-pajjiż?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-servizz tal-Adozzjoni ġie f’idejn l-Aġenzija Appoġġ fl-2008. L-informazzjoni rigward dan is-servizz mill-2008 ‘il quddiem hija kif tidher hawn taħt:
2008
Albanija 1
Bulgarija 2
Kambodja 2
Etjopja 9
Pakistan 3
Russja 26
2009
Albanija 1
Kambodja 1
Etjopja 5
Malta 5
Pakistan 3
Filippini 1
Russja 23
Studenti tal-Università bi bżonnijiet speċjali — facilitators
Question
Tista' l-Ministru tindika kemm hemm studenti l-Università bi bżonnijiet speċjali u tgħid jekk hemmx facilitators jaħdmu mal-Università?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-lista hawn taħt jidher in-numru ta’ studenti b’diżabilità li qed isegwu xi kors fl-Università ta’ Malta.
L-Università ta’ Malta tħaddem Special Needs Facilitator waħda.
Sena Akkademika 2009/10
Diżabilità Numru
Nuqqas ta’ Smigħ 18
Nuqqas ta’ Mobilità 15
Specific Learning Difficulty 16
Nuqqas ta’ Dawl 15
Oħrajn 52
TOTAL 116
Tista' l-Ministru tgħid jekk tinżammx statistika ta' kemm hemm nies bi bżonnijiet speċjali li preżentament qed jaħdmu? Jekk fl-affermattiv, tista' tindika kemm minn dawn jaħdmu mas-settur pubbliku u kemm mas-settur privat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Skont l-aħħar statistika ppublikata kien hemm 1322 persuna bi bżonnijiet speċjali (hekk kif reġistrati mal-ETC) li kienu qed jaħdmu. 558 minn dawn kienu qegħdin jaħdmu mas-settur pubbliku filwaqt li 764 kienu qegħdin jaħdmu mas-settur privat.
Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena 2009 kemm inxtraw djar mingħand il-privat li sar użu pubbliku minnhom? Jekk ma nxtrax l-ebda proprjetà, tista tgħid kemm inkriet proprjetà u kemm nefaq il-Gvern fuq il-kiri ta' din il-proprjetà matul l-istess żmien?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul is-sena 2009, l-Awtorità tad-Djar la xtrat u lanqas iffirmat l-ebda kuntratt ta’ kiri ta’ appartamenti mingħand is-settur privat.
Awtorità tad-Djar — inspector fuq post sub-standard
Question
Jista' l-Ministru jara li l-Awtorità tad-Djar tibgħat inspector fil-post li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatmaent, li jinsab fi stat ta' periklu u sub-standard?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-uffiċċjlali tal-Awtorita’ tad-Djar għamlu inspezzjoni nhar l-24 ta’ Marzu 2010. Ser issir spezzjoni nhar l-Erbgħa, 21 t’April 2010 minn-perit sabiex jiġi verifikat jekk hemmx periklu f’dan il-fond.
Tajjeb li wieħed jgħid li l-post imsemmi huwa kiri minn għand il-privat u għaldaqstant l-Awtorità mhix responsabbli biex jitranġaw il-perikli f’dan l-post.
L-inkwilin kien ġie allokat post ġdid mill-Awtorità tad-Djar ġewwa Birżebbuġa. Wara żmien toqgħod fih hu rritorna ċ-ċwievet tal-post u mar joqgħod fil-post imsemmi fil-mistoqsija tal-Onor. Interpellant.
Università ta' Malta — programm ta' informazzjoni liż-żgħażagħ
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kif l-istudenti fl-Università ta' Malta huma maqsuma skont il-faklutà li fiha qed jistudjaw? Tista' tagħti tagħrif dwar jekk l-Università hijiex qed twettaq xi programm partikolari ta' informazzjoni liż-żgħażagħ li jkunu qed jippreparaw biex jidħlu l-Università?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tikkonferma jew tiċħad li l-Gvern Malti qiegħed juri interess preliminari illi jibbiddja, flimkien ma' pajjiż terz, biex jilqa' fi ħdanu edizzjoni futura tal-kampjonati Ewropej tal-futbol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Filwaqt li l-Gvern jinċentiva kull entità sportiva lokali biex iġġib kemm jista’ jkun attivitajiet sportivi internazjzonali f’pajjiżna, huma l-istess għaqdiet li jistgħu jibbidjaw biex ikunu jistgħu jorganizzaw dawn l-attivitajiet f’pajjiżna.
studenti għawdxin li jsegwu korsijiet fl-Università ta' Malta
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm studenti Għawdxin isegwu korsijiet fl-Università ta’ Malta? Tista’ tagħti dan it-tagħrif skont il-kors li qed isegwu u skont is-sena tal-kors li waslu fiha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
studenti Għawdxin li jsegwu kors fl-Università ta' Malta u t'Għawdex
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm studenti Għawdxin isegwu korsijiet fl-Università f’Malta u f’Għawdex separatament? Tista’ tagħti dan it-tagħrif skont il-kors li qed isegwu l-istudenti u skont is-sena tal-kors li waslu fiha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.