Legislature:
Category:
Reset
Active:

Rwol ta’ Chief Nursing Manager

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-rekwiżiti sabiex wieħed jilħaq jew jieħu r-rwol ta' Chief Nursing Manager?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li r-rekwiżiti sabiex wieħed jilħaq jew jieħu r-rwol ta' Chief Nursing Manager hu kif ġej: Persuna tista’ tapplika b’sejħa għall-applikazzjonijiet għall-post ta’ Chief Nursing Manager meta ikun hemm vakanza. Ir-rekwiżiti huma stipulati fil-ftehim Settorali bejn l-Gvern u l-MUMN, l-aħħar wieħed li ġie iffirmat fil-25 ta’ Settembru tal-2023.

POYC — Lista ta’ mediċini

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17020 u jgħid x'lista ta' mediċini li jintużaw fis-settur tas-saħħa mentali bħalissa qegħdin fis-sistema tal-POYC u meta ddaħlu fil-formolarju?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei – Parking ġdid għall-istaff

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17022 jista' l-Ministru jgħid illum, Marzu 2024, fiex wasal il-proġett għall-bini tal-parkeġġ ġdid għall-istaff f'Mater Dei?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17022.

Appuntament mediku — Każ ta’ individwu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17157 u jgħid għaliex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li kellha ssirlu l-proċedura ta’ knee replacement f'Jannar 2024 (wara qbil mat-tim tal-ortopedija, minħabba li għandu kumplikazzjonijiet oħrajn) għadu ma rċeviex appuntament?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li ma jirriżultax li dan il-pazjent għandu kumplikazzjonijiet oħrajn kif indikat fil-mistoqsija u l-anqas li kien hemm xi qbil sabiex issirlu l-operazzjoni f’Jannar 2024.

Saħħa mentali — nefqa fuq kampanja ta’ prevenzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12787, jista’ l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa fuq il-promozzjoni għas-saħħa mentali għas-sena 2023?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li n-nefqa fuq il-promozzjoni għas-saħħa mentali għas-sena 2023 kienet ta’ €149,546.97

Sptar Mater Dei – Nuqqas ta’ cannulas u cannulae fixators

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex għal dawn l-aħħar ġimagħtejn ma kienx hemm stock ta' cannulas u cannulae fixators f’numru ta’ kliniċi u swali fl-Isptar Mater Dei?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fi Frar ġie rrappurtat minn Mater Dei li l-istock tal-cannula fixators ma kienx ta’ kwalità bħas-soltu. Ħarġet sejħa għall-prodott alternattiv li mistennija tasal fil-jiem li ġejjin. Sadanittant, is-swali qed jingħataw alternattiva. Infurmat ukoll li n-nuqqas ta’ cannulas kien għal żewġ sizes partikolari. Ittieħdet azzjoni immedjata u MDH ingħata ħażna addizzjonali biex tissodisfa id-domanda.

Dar il-Madonna tal-Mellieħa – Servizz ta’ Night Shelter

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni n-Night Shelter fir-Residenza Dar il-Madonna tal-Mellieħa ilu snin ma’ jilqa’ fih persuni sabiex jagħmlu użu minnu, liema servizz kien inbeda fl-2011?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-ebda klijent tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità ma wera x-xewqa li jattendi n-Night Shelter fir-Residenza Dar il-Madonna tal-Mellieħa.

Dar il-Madonna tal-Mellieħa – Servizz ta’ Night Shelter

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li għamlu użu mis-servizz tan-Night Shelter li jinsab fir-Residenza Dar il-Madonna tal-Mellieħa bejn Jannar 2014 u Jannar 2024 u jaqsam l-informazzjoni mitluba, sena b’sena?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għal-mistoqsija parlamentari 17398, u kif ukoll, li n-numru ta’ anzjani li għamlu użu mis-servizz ta’ Night Shelter fil-Mellieħa matul is-snin imsemmija kien kif ġej: 2014 5 2015 5 2016 6 2017 4 2018 6 2019 7 2020 2 2021 0 2022 0 2023 0 2024 (sal-14/03/2024) 0

Persuni li mietu waqt li kienu fil-lista ta’ stennija għal organu/organi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna mietet li kienet fil-lista ta’ stennija għal organu/organi f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi kif ġejja: 2019 2 pazjenti 2020 2 pazjenti 2021 1 pazjenti 2022 1 pazjenti 2023 Xejn

Sptar Mater Dei – Tibdil jew tranġar ta’ lifts

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta’ drabi li l-lifts f’Mater Dei nbidlu kompletament (mhux sempliċiment tranġat il-ħsara), u ġew installati oħrajn ġodda minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti d-data ta’ kull darba li ġew installati dawn il-lifts ġodda fjamanti flok oħrajn?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li meta l-lifts issirilhom manuntenzjoni kif suppost u b’mod regolari kif issir fl-isptar Mater Dei, ma jkunx hemm il-ħtieġa li jinbidlu kompletament ma’ lifts ġodda. Il-modernizzar ta’ komponenti ewlenin ikun biżżejjed u dan isir. Infurmat ukoll li fl-2021 beda programm ta’ modernizzar fuq 50 lift. Baqa’ jsir xogħol fuq ħamsa (5) u dawn mistenni li jkun lest fuqhom sat-tielet kwart tal- 2024. Infurmat ukoll li jkun baqa’ tnejn (2) li ser jiġu żarmati u mibdula ma’ lift wieħed akbar biex iservi l-High Degree Isolation Unit. Hu programmat li jiġi installat fl-aħħar kwart tal-2024This scheduled for installation Q4 of 2024.

Child Development Assessment Unit (CDAU) — Każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ġodda li ġew riferuti matul is-sena 2022, fiċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) u li l-assessment u r-rapport tagħhom kien lest sal-aħħar tas-sena 2022?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fis-sena 2022 kien hemm 800 referral ġdida għac-CDAU. Kull rapport tal-pedjatri nagħata lill-pazjent b’mod immedjat jiġifieri fl-2022.

Child Development Assessment Unit (CDAU) — Każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid matul is-sena 2023, kemm kien hemm każijiet ġodda fiċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) li l-assessment u r-rapport tagħhom kien lest sal-aħħar tas-sena 2023?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li mill-aspett pedjatriku, l-każijiet li ġew riferuti għac-CDAU fis-sena 2023, kollha ġew assessjati u nagħtaw ir-rapport

Child Development Assessment Unit (CDAU) – Tfal bi bżonn ta’ LSE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu konklużi assessments u rapporti fiċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) fl-2023,li fihom sabu li t-tfal għandhom bżonn l-għajnuna ta’ LSE (full-time jew shared)?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Child Development Assessment Unit (CDAU) – Tfal bi bżonn ta’ LSE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm jieħu żmien medju minn meta każ jiġi riferut għaċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) sakemm jinħareġ ir-rapport finali li jikkonkludi li t-tifel/tifla għandhom bżonn LSE (full-time jew shared)?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Frar 2024?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16408.

IVF — Proċeduri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il proċedura tal-IVF saret matul is-sena 2023? Kemm minn dawn saru fl-Art Clinic fl-Isptar Mater Dei u kemm saru fi kliniċi privati? Kemm minn dawn kienu ta' suċċess fis-sens li wasslu għall-wild ta' tarbija/trabi?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.