Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-Building Industry Consultative Council fl-2007 u fl-2008 waqt li l-Perit li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament kien chairman? Kemm tħallas tas-servizzi tiegħu sena b’sena fl-2007 u fl-2008?
Jista’ l-Ministru, in vista tal-mard li ħakem ix-xtieli tat-tadam jgħid:
a) minn fejn oriġinat din il-marda magħrufa bħala susa?
b) X’tip ta’ moniteraġġ sar sabiex jiġi żgurat li dan it-tip ta’ mard ma jidħolx Malta?
ċ) X’tip ta’ għajnuna ser jirċievu l-bdiewa
in linea
ma’ dak li tipprovdi l-CAP kif emendata permezz tal-
Health Check
?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li dan it-tip ta’ insett (Tuta absoluta) oriġina mill-Amerika t’isfel, u riċentement infirex f’diversi pajjiżi fl-Ewropa.
Id-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti dejjem jesiġi li xitel regolat, fosthom xitel tat-tadam li jiġu minn barra għandhom ikunu akkompanjati b’passaport tal-pjanti. Sadanittant, għalkemm frott tat-tadam mhux regolat b’dan il-mod, xorta waħda jsiru spezzjonijiet at random fuqu. Ta’ min jgħid ukoll li dan l-insett mhux insett regolat u allura mhux suġġett għal surveys nazzjonali. Minbarra hekk, peress li din hija problema ricenti, għadhom qed jiġu mfassla gwidi standard internazzjonali għal surveys għal dan l-insett.
Diskussjonijiet dwar kunpens għadhom għaddejjin.
Esperimenti fuq tkabbir ta' ħxejjex, frott u annimali
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-esperimenti li bħalissa qed isiru mill-ħaddiema tal-Gvern, f'dawk li huma tkabbir ta' ħxejjex u frott, kif ukoll f'dak li hu tkabbir tal-annimali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li din il-mistoqsija tirrikjedi aktar xogħol u għalhekk għandna bżonn aktar żmien sabiex inkunu nistgħu niġbru l-informazzjoni mitluba.
Billi jirriżulta li numru sew ta' pjanti u b'mod partikolari tjur u annimali li huma meqjusa bħala Maltin qed jonqsu drastikament, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex flimkien mal-Istitut tal-Agrikoltura fl-Università, fil-fatt jinbdew programmi li permezz tagħhom dak kollu li hu Malti jkun jista' jiġi salvat bla ma naslu fl-istat li wasalna fil-każ tal-gendus Malti, fejn dan prattikament kien spiċċa għal kollox?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat lid-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura minn dejjem kien konxju tal-ispeċi ta’ annimali u pjanti endemiċi Maltin li jinsabu fi stat ta’ periklu ta’ estinzjoni. Fil-fatt, fil-qasam sperimentali ta’ l-Għammieri jinsabu speċi tal-gendus Malti, mogħoż Maltin, nagħaġ Maltin, tiġieġ suwed ta’ Malta, naħal Malti u siġar taż-żebbuġ u bajtar Malti. Dawn l-annimali u pjanti qed jiġu kkonservati permezz ta’ programm ta’ tnissil.
Sadanittant, kif kien intqal fir-risposti għall-mistoqsijiet nru 4956 u 8295 , l-Għammieri qed jiġi ristrutturat bl-iskop li dan jissaħħaħ u jkun jista’ joffri servizz ta’ kwalità għola anki fil-qasam tar-riċerka fuq konservazzjoni ta’ speċi differenti ta’ annimali u pjanti ndiġeni.
Bdiewa — ħlas tal-elettriku - three face u single face
Question
Jirriżultalu l-Ministru li l-bdiewa għolielhom il-ħlas tas-servizz tal-elettriku three phase minn Lm24 għal Lm150 fis-sena u għal dak li jirrigwarda single phase għola minn Lm12 għal Lm 60/70 fis-sena u dan minbarra li għola sostanzjalment kull unit? Jekk huwa l-każ, jista' l-Ministru jinfurmani għaliex m'oġġezzjonax għal din iż-żieda fis-servizzi tal-elettriku?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Bħalma jaf l-Onor Membru meta t-tariffi tad-Dawl u l-Ilma ġew preżentati fil-livell ta’ Kabinett, ġew diskussi l-effetti fuq is-setturi varji. Dawn iż-żiedet wieħed irid jarahom fi kwadru sħiħ u jieħu nkonsiderazzjoni wkoll l-għajnuna varja li s-settur qed jirċievi.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Bini ta' websites
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dekasteru tiegħu, d-dipartimenti, l-entitatjiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu għamlux użu minn kumpanniji privati jew soċjetajiet kummerċjali sabiex jinbnew websites matul din l-aħħar sena? Min kienu l-magħżula? X'kienet l-ispiża? Inħarġet sejħa għall-offerti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li tul l-aħħar sena l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, flimkien mal-Ministeru għall-Infrastruttura, t-Trasport u l-Komunikazzjoni, ikkummissjona, taħt l-"Alliance Agreement for the Provision of e-Government Services", l-website tal-"Energy Performance of Buildings Certificates" lill-Alert Communications Limited.
Minbarra hekk, il-Kunsill Malta għax-Xjenza u għat-Teknoloġija bena
website
meħtieġa għall-proġett CIA4OPM iffinanzjat mill-fondi tal-UE FP7. Din saret permezz ta’
tender
MCST04/2009 li għalaq fid-29 ta’ Mejju 2009 u ngħatat li JCMWebs Ltd fil-11 ta’ Ġunju 2009 bi spiża ta’ € 3,233.
Pjazza San Gorġ — Proġett - nformazzjoni dwar persuna
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9672, 9538, 9325, 9068, 8845, 8643 u 8434 u jgħid x'inhu r-rwol tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fil-proġett ta' Pjazza San Gorġ? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' din il-persuna?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-persuna msemmija huwa d-Direttur Artistiku fuq proġetti urbani. Hu qed jagħti u se jagħti s-servizzi tiegħu lil diversi entitajiet. Il-kuntratt tiegħu tfassal mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Ħaddiema li għalqu l-età tal-irtirar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fid-dekasteru li hu responsabbli għalih, li għalqu l-età tal-irtirar? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? F'liema settur qed jaħdmu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fil-Ministeru, fid-Dipartimenti u fl-Entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħi hemm żewġt irġiel u tliet nisa li għalqu l-età ta’ l-irtirar. Dawn huma kif ġej:
Waste Separation Promoter fil-WasteServ Ltd.
L-Uffiċjal Eżekuttiv u Part-time Secretary fl-Awtorità dwar ir-Riżorsi.
Konsulent fil-Ministeru.
Impjegata fuq il-program ta’ Fondi FP7 mal-Kunsill Malti tax-Xjenza u Teknoloġija.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9485 u 8997 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jindika liema huma dawk il-proġetti li bdew jew hu maħsub li se jibdew sal-aħħar ta’din is-sena fil-pjan għar-riġenerazzjoni tal-Belt Valletta? Kemm hu stmat li se jintnefaq fuq dawn il-proġetti f’din is-sena finanzjarja?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li minħabba d-direttivi mogħtija mill-Unjon tal-Periti, rigward informazzjoni relatata ma’ Mistoqsijiet Parlamentari jinħtieġ iktar żmien biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Għawdxin maħtura f'bordijiet
Question
Jista` l-Ministru jgħid kemm hemm Għawdxin maħtura f'bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jgħid min huma? Xi rwol għandhom fi ħdan il-bord? Meta saret il-ħatra u kemm hu l-onorarju li jitħallas?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li hemm 9 Għawdxin, li mhux kollha huma residenti f’Għawdex, li huma maħtura f’bordijiet. Seba’ minnhom huma membri tal-Bord rispettiv filwaqt li persuna waħda hi
Chairperson.
Minn dawn, persuna waħda li hi membru tal-Bord, tirċievi rimunerazzjoni ta € 291,17 fix-xahar. L-oħrajn ma jirċievu l-ebda rimunerazzjoni. Id-dati tal-ħatra ta’ dawn il-persuni, li xi wħud minnhom huma maħtura fuq iktar minn Bord wieħed, hi skond kif ġej:
Advisory Committee for the Promotion of Local Produce
Dr Joe Grech, membru mit-13.10.08
Animal Welfare Council
Betty Berry, membru md-29.01.08
Farm advisory Services Board
Dr Marika Gatt,
chairperson
mit-22.05.09
Majjistral Nature and History Park
Mr Chris Attard, Membru mit-28.09.07
Pesticides Control Board
Dr Marika Gatt, Membru minn Ġunju 2009
Competent Authority – Paying Agency
Dr Francelle Saliba, Membru mid-19.06.08
Plant Protection Board
Mr Anthony Muscat, membru mill-01.08.08
Ms Nicole Zerafa, membru mill-01.08.08
Dr Marika Gatt, membru mill-01.08.08
Scientific Commission for the Control of the Red Palm Weevil
Mr Anthony Muscat, membru minn Awissu 08
Mr Joseph Bonello, membru minn Awissu 08
Dr George Attard, membru minn Awissu 08
Dr Marika Gatt, membru minn Awissu 08
Organizzazzjoni għal ġbir ta' skart nhar ta' Tlieta
Question
Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod qed titmexxa l-organizzazzjoni li permezz tagħha qed jinġabar l-iskart kull nhar ta' Tlieta li qed jiġi riċiklat? Jista' jgħid kif qed jintgħażlu dawk li qed jagħmlu dan il-ġbir u dan peress li kien hemm min qed jiġbor dan l-iskart u issa tteħidlu x-xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li l-iskart li jinġabar kull nhar ta’ Tlieta u li jiġi riċiklat, jinġabar mill-kollettur li kull Kunsill rispettiv għandu. Dan sar wara ftehim bejn il-Ministeru tiegħi, l-Ministeru tal-Finanzi, Investiment u l-Ekonokija u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali biex il-kuntratti eżistenti jiġu estiżi ħalli jkopru dan il-ġbir. Dan l-arranġament jibqa’ fis-seħħ sakemm jingħataw kuntratti ġodda.
Teżisti Unit żgħira fi ħdan il-Ministeru biex, flimkien ma’ rappreżentant tal-Kolletturi, ikun sorveljat dan il-ġbir. Irid jingħad li, fejn is-servizz ma jkunx ta’ livell mitlub, dan il-Ministeru jitlob lill-Kunsill rispettiv biex, fejn, wara numru ta’ twissijiet, l-operat jibqa’ medjokri, l-kuntrattur jinbidel. Dan isir ħalli, kif zgur taqbel l-Onor. Interpellant, flus pubbliċi allokati għal din l-inizjattiva jintużaw għal servizz aħjar għall-poplu.
Jista' l-Ministru jispjega x'inhu r-rwol tat-taqsima tar-restawr fil-mogħdijiet li qegħdin isiru fuq il-fortifikazzjoni f'Manoel Island?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li s-Sezzjoni tar-Restawr fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet m’għandha l-ebda rwol fix-xogħol tal-mogħdijiet li qegħdin isiru fuq il-fortifikazzjoni f'Manoel Island. Peress li fl-aħħar jiem ġiet ippublikata intervista li setghet tat din l-impressjoni, l-Ministeru bagħat kjarifika biex jiċċara l-pożizzjoni tiegħu. Ix-xogħol li qed isir mill-Konsorzju MIDI hu mmonitorjat mill-Fondazzjoni Wirt Artna.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9671, 9539, 9324, 9067 u 8844 u jgħid min hi l-persuna maħtura bħala chairperson tal-kumitat tar-riabilitazzjoni? Kemm titħallas din il-persuna? Jista' jpoġġi l-kuntratt tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-Chairperson tal-kumitati tar-riabilitazzjoni hi l-Perit Marie Louise Musumeci.
Il-kundizzjonijiet tal-ingaġġ tagħha huma skond kif jidher fil-kopja tal-kuntratt li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9621 u jgħid kemm ġew sottomessi offerti għat-tqegħid tal-pavimentar fi Pjazza San Ġorġ, Valletta? Minn min ġew sottomessi dawn l-offerti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li minħabba d-direttivi mogħtija mill-Unjon tal-Periti, rigward informazzjoni relatata ma’ Mistoqsijiet Parlamentari jinħtieġ iktar żmien biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9477 u 8921 u jgħid kemm kienet il-produzzjoni tas-siġar tal-frott/dwieli/żebbuġ eċċ. tal-Gvern matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena varjetà varjetà? Kemm kienet in-nefqa globali kull sena għal dan it-tkabbir fl-istess perijodi separati? Kemm minnhom inbiegħu u kemm ingħataw b'donazzjoni u lil min?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li din il-mistoqsija tirrikjedi aktar xogħol u għalhekk għandna bżonn aktar żmien sabiex inkunu nistgħu niġbru l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm hija ċ-ċifra ta' flus li għandha titħallas lill-bdiewa, raħħala u sajjieda Maltin u Għawdxin separatament bħala sussidju mill-Unjoni Ewropea rispettivament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li din il-mistoqsija tirrikjedi aktar xogħol u għalhekk għandna bżonn aktar żmien sabiex inkunu nistgħu niġbru l-informazzjoni mitluba.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8923, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-livelli li kkompożizzjonaw il-kompost u dan fid-dawl li ma sarux verifiki fil-laboratorji?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Peress, li kif diġà nfurmajt l-Onor Membru fir-risposta tal-mistoqsija 8923, ma kienux meħtieġa verifiki fil-laboratorji, l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Mobile Phones
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' mobile phones li juża' l-ministeru tiegħu u d-dekasteri kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kemm tħallset minn din l-ispiża fil-mument?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li din il-mistoqsija tirrikjedi aktar xogħol u għalhekk għandna bżonn aktar żmien sabiex inkunu nistgħu niġbru l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol marbut mal-proġett li permezz tiegħu dawk li jrabbu l-annimali jkunu jistgħu jieħdu dawn l-annimali fiċ-ċentru li qed jinbena f'Ta'Qali? Jista' jgħid jekk dan iċ-ċentru hux ser jieħu post xi ċentri oħra mmexxija mill-privat li għandna f'pajjiżna?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9254 u 8473, jista' l-Ministru jinfurmani x'kienu raġunijiet/konsegwenzi li l-produzzjoni waqa' f'dawn il-livelli meta d-domanda għal laħam abjad żdiedet?