Legislature:
Category:
Reset
Active:

Benefiċċju tal-Mard

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li qed jirċievu l-benefiċċju tal-mard? Minn liema lokalitajiet ġejjin?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċumnija ta' l-Isptar San Luqa

Question

Jista' l-Ministru jivverifika jekk tul dawn l-aħħar xahrejn ċ-ċumnija ta' St Lukes kellhiex xi ġranet fejn bdiet titfa' in-nugrufun? Din kienet okkażjoni waħda jew se tibda ssir kull tant żmien?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li f’dawn l-aħħar xagħrejn iċ- ċumnija tal-Isptar San Luqa daħnet darba waħda. Ninsab informat ukoll li dan ġara meta ġew mixgħula il- boilers , minħabba ħsara fil-mekkanizmu li jaffetwa l-ħruq tal- fuel ta’ dawn il- boilers . Minn dakinhar l-hawn qegħdin isiru testijiet regolari, li jiġu rreġistrati, biex episodji oħra jiġu evitati. Madankollu, jista’ jiġri li ċ-ċumnija terġa’ ddaħħan kaġun ta’ xi ħsarat.

Interventi kirurġiċi posposti

Question

Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar kemm ġew posposti interventi kirurġiċi fl-Isptar Mater Dei bejn Diċembru 2007 u l-aħħar ta' Marzu 2008?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li n-numru ta’ ‘Elective’ operation episodes posposti/kanċellati fi Sptar Mater Dei kienu hekk : Diċembru 2007 – 110 Jannar 2008 – 155 Frar 2008 – 147 Marzu 2008 – 169 Informat ukoll li fi kważi 95% ta’ dawn l-episodes, kien il-pazjent li ‘naqas li jattendi’.
Leg 11 PQ #223 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Tobba barranin — Kwalifiki

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma l-kwalifiki ta' tobba barranin li huma meħtieġa biex ikunu jistgħu jiġu mpjegati fl-isptarijiet Maltin? Minn liema pajjiżi hu possibli li joriġinaw dawn it-tobba biex ikunu jistgħu jipprattikaw fl-isptarijiet tagħna?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li tabib jista jiġi impjegat mad-Diviżjoni tas-Saħħa kemm jekk ikun ġej mill-Unjoni Ewropeja (UE) jew le fuq dawn il-kriterji: Ċittadini ta’ l-UE Il-kwalifiċi mediċi ta’ tobba li ġejjin minn pajjiżi ta’ l-UE huma regolati mill-Att Dwar ir-Rikonoxximent Reciproku tal-Kwalifiki (Mutual Recognition of Qualifications Act). Il-Kunsill Mediku jivverifika dawn il-kwalifiki skond l-Att Dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa (Health Care Professions Act), it-Tieni Skeda, u jirreġistra t-tabib skond il-każ. Licenzja sabiex tabib ikun jista’ jipprattika tinħareg mill-President ta’ Malta. Reġistrazzjoni bħala speċjalista trid tiġi akkwistata wara verifikazzjoni mill-Kumitat għall-Approvazzjoni ta’ Speċjalisti (Specialist Accreditation Committee). Il-Kunsill Mediku jinsisti fuq ċertifikat aggornat ta’ “good standing”. Ċittadini mhux ta’ UE Fil-każ ta’ dawk l-applikanti li ġejjin minn pajjiżi terzi, li l-kwalifiki tagħhom ma’ ġewx rikonoxxuti fi Stat Membru, il-Kunsill Mediku jista’, fid-dawl ta’ dawn il-kwalifiki: 1. Jitlob lill-applikant sabiex jogqgħod għal eżami statutorju u/jew jagħmel perjodu ta’ sentejn bħala “Houseman” 2. Il-Kunsill Mediku jista’ jirrikonoxxi l-kwalifiki oriġinali tat-tabib applikant 3. Il-Kunsill Mediku jinsisti fuq ċertifikat aġġornat ta’ good standing u profiċjenza fil-lingwa Maltija jew Ingliża 4. Reġistrazzjoni bħala speċjalista hija meħtiega wara verifika mill-Kumitat għall-Approvazzjoni ta’ Speċjalisti ( Specialist Accreditation Committee ) Informat ukoll li fi kwalunkwe każ, it-tabib ikun irid jattendi għal intervista mal-Kap tad-Dipartiment relevanti sabiex tkun tista’ tingħata r-rakkomandazzjoni jekk jiġix impjegat jew le.

Żgumbrament mill-Kummissarju ta' l-Artijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jispjega għaliex l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ġiet żgumbrata mill-Kummissarju ta' l-Artijiet mill-fond li qed tgħix fih? Japprezza l-Ministru li dan kien ilu jgħix fih 'l fuq minn disa' snin man-nanniet tiegħu. Nanntu fil-fatt mietet fil-15 ta' April, 2000 u ilu għal dawn l-aħħar snin jikkomunika mad-dipartiment biex jiġi rikonoxxut. Japprezza l-Ministru li l-mod kif mexa l-Kummissarju ta' l-Artijiet kien wieħed diskriminatorju għall-aħħar?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li mill-investigazzjonijiet li għamlet l-Awtorita' tad-Djar fuq diversi snin, ma rriżultax li l-persuna ndikata kienet tgħix fil-fond imsemmi u għalhekk it-talba għar-rikonoxximent ma setgħetx tiġi kkunsidrata.
Leg 11 PQ #1086 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Għajnuna medika/soċjali

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 489, jista' l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet ta' għajnuna medika u għajnuna soċjali fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007/2008 kien hemm każijiet li din l-għajnuna ġiet mwaqqfa u wara reġgħet ġiet mogħtija?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #1245 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Overdoses

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu każijiet ta' drug overdoses xahar b'xahar matul dawn l-aħħar 24 xahar fl-isptarijiet San Luqa u Mater Dei? X'kienu l-etajiet medji ta' dawn il-pazjenti? Kemm kien hemm overdoses minn drogi illeċiti u kemm kien hemm overdoses b'tehid ta' mediċini li jkunu qed jintużaw għall-kura?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li skond tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis in-numru ta’ każijiet ta’ overdose li ddaħħlu fl-isptarijiet San Luqa u Mater Dei bħala pazjenti bejn Jannar tas-sena 2006 u Lulju ta’ din is-sena huwa kif jidher fit-tabelli li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #1311 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar San Luqa — Maintenance Personnel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-maintenance personnel li kienu jaħdmu fl-Isptar San Luqa?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-maġġoranza tal-ħaddiema li kienu jaħdmu fuq xogħol relatat mal-maintenance ta’ l-iSptar San Luqa ġew trasferiti lejn l-iSptar Mater Dei. Uħud ġew trasferiti qabel il-migrazzjoni u oħrajn mal-kumplament ta’ l-istaff. Dawn qed jagħmlu xogħol f’diversi oqsma, fosthom ta’ l-Inġinerija, Maniġġjar tal-Materjal u Loġistika, Apparat Mediku u bħala parti mir-Risponse Team f’kas ta’ ħruq u xogħol ieħor relatat mal-Fire Safety. Għadd żgħir ta’ ħaddiema li baqgħu jaħdmu fl-iSptar San Luqa qed jagħmlu xogħol ta’ manutenzjoni f’dan l-iSptar u Sptar Karen Grech f’dawk l-areas li għadhom joperaw.

Koppji Miżżewġa — Children's Allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' koppji miżżewġa li rċivew iċ-children's allowance għall-ewwel darba bejn Jannar u Marzu 2008 u n-numru ta' koppji li rċivew l-istess benefiċċju għall-ewwel darba wara Marzu 2008?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni fuq ir-Relief

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni fuq ir-relief illum? Kemm ilhom, x'età għandhom u fejn joqogħdu?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni li Twaqqfilhom ir-Relief

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li twaqqfilhom ir-relief din is-sena u għaliex?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni Barranin Fuq ir-Relief

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni barranin fuq ir-relief illum? Minn liema pajjiż huma?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li numru ta’ barranin li qed jirċievu xi tip ta’ Għajnuna Soċjali, mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, hu ta’ 79. Ninsab infurmat ukoll li l-kumplament tal-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tfal taħt Care Order

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn tfal taħt care order illum u għaliex?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li bħalissa hawn 243 tifel u tifla taħt Ordni għall-Ħarsien. Ir-raġunijiet għaliex joħorġu dawn l-Ordnijiet jinkludu traskuraġni, abbuż sesswali, fiżiku jew psikoloġiku. Minuri mhux akkumpanjati li jidħlu Malta irregolarmanet ukoll jiġu koperti b’Ordni għall-Ħarsien.
Leg 11 PQ #1831 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Chronic Labyrintitis — Terapisti

Question

Peress li hawn ħafna pazjenti jbatu minn chronic labyrintitis, jista' l-Ministru jiżgura li jiddaħħal biżżejjed staff biex id-dipartiment ikun jista' jlaħħaq ma' din id-domanda? Kemm hemm terapisti joffru dan is-servizz u x'tul ta' żmien hemm f'din il-waiting list bħalissa?

Response (DALLI, JOHN)

Nassumi li l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għad-Dizziness Clinic. Ninsab informat li ż-żmien ta’ stennija għal din il- clinic huwa ta’ bejn 2 u 3 xhur, sakemm ma jkunx każ urġenti. Fid- Dizziness Clinic ma hemmx terapista imma hija mmexxija minn Senior Reġistrar .

Drug Rehabilitation Programme

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm gradwaw żgħażagħ mill-Programm ta' Rehabilitation tad-Droga "TAMA" fis-sena 2007? Kemm minn dawn iż-żgħażagħ sabu xogħol wara li għamlu dan il-programm? Kemm damu sabiex sabu dan x-xogħol? Kemm minnhom għadhom jaħdmu sal-lum? Xi rwol għandu l-Gvern biex jgħin biex dawn jiġu ngaġġati f'xogħol wara li jlestu programm ta' rijabilitazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Il-Programm li rrefera għalih l-Onor. Interpellant mhux immexxi mill-Gvern jew xi entita’ li taqa’ taħt ir-responsabbilta’ tiegħu. Dwar l-aħħar Parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li fil-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħrig hemm it-taqsima ta’ Supported Employment li, fost klijenti oħra, tieħu ħsieb persuni li jlestu programmi ta’ riabilitazzjoni mill-vizzju tad-drogi.
Leg 11 PQ #2018 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Abbużi minn benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru investigazzjonijiet mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali matul is-sena 2007 fuq abbużi minn benefiċċji? Kemm-il każ ta' abbuż instab u x'kienet id-deċiżjoni fuq dawn il-każi?

Response (DALLI, JOHN)

L-entita` li tinvestiga abbużi minn benefiċċji maħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali hi d-Direttorat (Frodi ta’ Benefiċċji u Investigazzjoni). Ninsab infurmat li, matul is-sena 2007, dan id-Direttorat ikkonkluda l-investigazzjonijiet fuq 1,444 każ. Ninsab infurmat ukoll li minn dawn il-każijiet instab li 1,045 kienu qegħdin jitħallsu l-benefiċċji bi ksur tal-provvedimenti ta’ l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali u ttieħdu l-passi biex id-Diviżjoni tas-Sigurta` Soċjali twaqqaf il-pagament fejn dan kien għadu għaddej u kull ħlas żejjed li sar jinġabar.
Leg 11 PQ #2062 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni li għaddew bord

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li għaddew bord kull sena matul l-aħħar 5 snin f'kull wieħed mill-lokalitajiet tas-7,11 u 12-il distrett?

Response (DALLI, JOHN)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal persuni li bdew jirċievu Pensjoni għall-Invalidita’, mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #2063 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Għadd ta' Persuni li mietu

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li mietu kull sena mill-2003 sal-lum? Jista' jagħti din l-informazzjoni xahar b'xahar?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li bejn 1-ewwel ta’ Jannar tas-sena 2003 sa’ l-aħħar ta’ Ġunju tas-sena 2008, ġew irreġistrati li mietu 17,355 resident Malti u Għawdxi. Ser inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra li turi n-numru ta’ persuni li mietu xahar b’xahar.
Leg 11 PQ #2085 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Klinika f'Ħ'Attard

Question

Jista' l-Ministru jara li fil-klinika ta' Ħ'Attard ikun hemm sistema ta' arja kundizzjonata jew ta' l-inqas xi tip ta' fannijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li fil-Klinika ta' Ħat Attard ġew installati fannijiet.
Leg 11 PQ #2088 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sezzjoni dentali tal-kirurġija — Pażjenti li jitraqqdu bil-loppju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi twila l-waiting list tal-persuni b'diżabilita' fiżika li, minħabba d-diżabilita' tagħhom, ikollhom jitraqqdu bil-loppju fis-sezzjoni dentali tal-kirurġija biex isir filling jew tinqala' sinna? Jaħseb li l-ġenituri ta' dawn it-tfal m'għandhomx ikunu mġiegħla jmorru fi sptar privat bilfors, tenut kont li fil-kliniċi tad-dentisti mhux aċċettat li jitraqqdu l-pażjenti bil-loppju? Japprezza li kwestjonijiet bħal dawn ikunu urġenti u jeħtieġu azzjoni malajr?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat illi dan is-servizz jinvolvi grupp ta’ madwar 30 persuna b’diżabilità fiżika. Kull intervent dentali (inkluż filling jew qlugħ ta’ snien) li dawn ikollhom bżonn, irid isir bilfors taħt loppju ġenerali. Sabiex ma ssirilhomx ħsara billi jingħataw loppju ta’ spiss, ix-xogħol dentali ta’ rutina fuq dawn il-persuni b’diżabilità huwa programmat fuq firxa ta’ bejn 12 u 18-il xahar skond il-ħtieġa. Madankollu, każijiet urġenti jingħataw attenzjoni immedjata. Informat ukoll li sadanittant saru arranġamenti ġodda biex issir sessjoni kull 5 ġimgħat minflok kull 10 ġimgħat kif kien isir qabel.