Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern hux se jkun qed joħroġ bi strateġija ġdida fil-qasam tal-ICT għas-snin 2011 - 2013?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li matul din is-sena l-Gvern ser jippublika Strateġija Nazzjonali ta' l-ICT li tgħaqqad il-viżjoni 2015 tal-Gvern, mal-Agenda Diġitali 2020 ta' l-Unjoni Ewropeja. Ix-xogħol fuq din l-istrateġija inbeda u l-għan hu li l-istrateġija tkun pubblikata sal-aħħar tal-2011.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 36
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21388 u 20972 li saru lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u issa qed jiġu riferuti lilu u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 36 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li b’riżultat dirett tal-privatizzazzjoni fl-operat fil-Port il-Kbir u l-Freeport, żdied l-investiment fil-faċilitajiet tal-port minfejn tiġi mmaniġjata il-merkanzija. Dan l-investiment kkontribwixxa f’żidiet fl-ammont ta’ servizzi marittimi minn u lejn Malta u fl-ammont ta’ merkanzija kemm lokali kif ukoll ta’ trasbord. Barra minn hekk, il-Gvern, flimkien ma’ Transport Malta, ħa diversi inizjattivi sabiex tissaħħaħ l-infrastruttura eżistenti bħal breakwaters li jipproteġu l-portijiet tagħna u qiegħed ukoll jistudja l-possibilita’ ta’ aktar investiment sabiex ikomplu jiżdiedu l-faċilitajiet portwali.
Il-Gvern ħadem bis-sħiħ mal-operaturi tat-terminals kemm fil-Port il-Kbir u fil-Freeport sabiex issir ir-riforma meħtieġa fid-diversi oqsma tal-port bħalma huma l-ħaddiema tax-xatt, l-
foremen
tal-ħaddiema tax-xatt, il-piloti u s-servizz tal-irmonk. B’dan ir-ristrutturar tas-servizzi, l-portijiet tagħna saru aktar effiċjenti u l-operaturi setgħu jattiraw klijenti ġodda. Dan kollu wassal sabiex Malta isservi ta’
hub
għal
networks
marittimi ġodda. Fil-Port il-Kbir erġajna qegħdin naraw vapuri li jġorru l-karozzi u sar
hub
għall-vapuri RORO bejn l-Ewropa u n-naħa ta’ fuq tal-Afrika, partikularment l-Libja u Tuneż. L-istess ġara fil-Malta Freeport Terminals fejn l-investiment li sar, u li hu ppjanat li jsir, għamilha possibli li jattiraw aktar operaturi ta’ linji tal-vapuri. Dan kollu kien ta’ benefiċċju għall-industrija Maltija għaliex tista’ tgawdi minn żieda fis-serivizzi marittima li għamluha aktar faċli biex jimportaw u jesportaw il-prodotti tagħhom.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 42
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21411 u 20978 li saru lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u issa saret lilu u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 42 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2009, il-MITA ħadmet mad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni biex ikkrejat sezzjoni apposta għan-negozji fil portal uffiċjali tal-Gvern GOV.MT. Dan il-portal jiġbor fi ħdanu informazzjoni, formoli elettronici u links għal siti elettroniċi tal-Gvern biex minn post wieħed in-negozjant jaċċcessa il-potenzjal ta’ l-eGovernment ta’ Malta. Fl-aħħar sena tkompla jinġabar u jiġi arrikkit il-kontenut online b’manwal elettroniku għal min irid jiftaħ negozju. Dan inħadem bi sħab mal-Malta Enterprise li tramite` Avviż Legali 495/2010 huma responsabli għall-amministrazzjoni u t-twaqqif operattiv tal-Punt ta’ Kuntatt Waħdieni. Bis-saħħa ta’ dan l-Avviż Legali, l-Malta Enterprise se tkun f’pożizzjoni li timplimenta soffitikazzjoni akbar ta’ eGovernmnet minn dak eżistenti fis-sezzjoni għan-negozji fil-GOV.MT u b’hekk tipprovdi assistenza akbar lil dawk li jmexxu jew beħsibhom jiftħu negozju f’Malta.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 37
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21389 u 20973 li oriġinarjament saru lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġew riferuti lilu u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 37 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Gvern kien evalwa l-possibilta', li bħalma għamel fil-każ tas-servizz lejn l-Italja, jidħol f’kuntratt ta’ servizz pubbliku sabiex jiggarantixxi servizzi marittimi lejn aktar pajjiżi Ewropej. Irriżulta li dan ma kienx fattibbli minħabba li r-regoli Ewropej li jisħqu fuq settur marittimu kompettittiv ma jippermettux li stat membru jagħti għajnuna lill-operaturi tal-linji tal-vapuri. Il-kuntratt ta’ servizz pubbliku lejn l-Italja kien sar minħabba li Malta, sabiex tissalvagwardja s-sigurta’ tagħha u koeżjoni mal-Ewropa riedet li jkollha servizz garantit ma’ l-eqreb stat membru, li hu l-Italja. Madanakollu, kif ġie spjegat fir-risposta għal PQ 22095, l-isforzi tal-Gvern fil-portijiet f’dawn l-aħħar snin wassal sabiex jiżdiedu n-numru ta’ vjaġġi u żieda fin-networks li jinkludi lill-Malta fl-itinerarju tagħhom.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — kuntratti lill-kumpaniji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21341 u 21026 u jagħti lista ta' kuntratti mogħtija bejn is-sena 2000 u llum, sena b'sena, lill-kumpaniji Where's Everybody?, WE Events u WE Marketing & PR Services? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull kuntratt, minn min ingħata u jekk ingħatax wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Jista' jgħid x'kien il-ħlas mogħti għal kull kuntratt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mill-kumpaniji msemmija mill-Onor. Interpellant, ingħata biss kuntratt wieħed lill-Where's Everybody? mill-G.H.R.C. b'direct order li kien jikkonsisti fi produzzjoni ta' dokumentarju fuq Bieb il-Belt. Il-ħlas kien ta' €1,357.49.
Kuntratturi / Kumpaniji tal-kostruzzjoni — ċifra ta' flus globali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20550 li saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huwa kalkulat illum f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi/kumpaniji tal-kostruzzjoni/tal-kostruzzjoni tat-toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ċ-ċifra ta' flus globali fi ħlasijiet għal certified works li Transport Malta trid tgħaddi lill-kuntratturi/kumpaniji tal-kostruzzjoni tat-toroq hija ta’ € 289,432.33.
Jista’ l-Ministru jara li l-problema li ilha għaddejja minn Frar tiġi solvuta darba għal dejjem, fejn bejjiegħ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, minkejja li għandu l-permess kollu li hu mitlub skont il-ligi, dan spiċċa bla kaxxa safra u dan meta hemm post fejn issir, però jidher li hemm xi disgwid u issa anke l-armonija u l-ħbiberija li kien hemm bejn il-bejjiegħa qed tonqos?
Jista’ l-Ministru jibgħat lil min hu konċernat biex iġib kollox għan-normal u tiġi miżbugħa din il-kaxxa għax kulħadd qed jgħid li din ma taqax taħt ir-responsabbiltà tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma' nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens ta’ l-individwu konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-ex ħaddiema tal-Maltacom li kienu ħadu l-early retirement fl-1999 u li bħala parti mill-pakkett ingħataw shares f'fond apposta? Meta se jiġu likwidati l-ħlasijiet dovuti lilhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-aħħar parti tat-tweġiba li kienet ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 16771.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22231, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex għat-tieni pelican light ta' Burmarrad kif ukoll għal pelican light ta' Triq il-Wileġ fil-fatt isiru biex ikunu jistgħu jibdew jiffunzjonaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dawn il-pelican lights għandhom jinxtegħlu fil-ġimgħat li ġejjin.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21265, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-permessi tal-awtoritajiet kkonċernati għax minn informazzjoni li għandi dawn is-safeguards ma sarux bil-permessi jew ma sarux skont il-permessi?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permess li kien meħtieġ.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ tal-anzjana li rrapportat xi xahar ilu peress li t-telephone tagħha (li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament) huwa bil-ħsara?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-materja in kwistjoni ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Ministeru għall-Infrastruttra, Trasport u Komunikazzjoni — dipartimenti/uffiċċji - lifts
Question
Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm-il uffiċċju/dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu għandu żewġ sulari jew iktar u jgħid f'liema hemm lift funzjonabbli?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Fid-dawl tat-tweġiba li l-Kummissjoni Ewropea tat lill-Membru Parlamentari Ewropew Edward Scicluna u li fiha ngħad li l-gvern ma talab l-ebda għajnuna finanzjarja biex jiffinanzja l-proġett tat-tiġdid tal-karti tal-identità, u peress li s’issa dejjem intqal f’din il-Kamra li din l-għajnuna ntalbet, se tingħata u li l-proċess se jibda f’nofs is-sena d-dieħla, jista’ l-Ministru jgħid eżattament x’ġara s’issa? Jista’ jgħid jekk hux se jkun hemm fondi mill-Unjoni Ewropea? Jista' jagħti data sa meta se jibda t-tiġdid u d-data sa meta għandu jkun lest dan il-proċess?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għal diversi tweġibiet (14273, 16978, 17405, 19442, 19777 u 20745) li jiena tajt f’dan il-parlament fuq dan is-suġġett bejn Marzu u Novembru ta’ din is-sena minn fejn hu ċarissimu li hu l-MEP Edward Scicluna li staqsa domanda rrilevanti.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21876, filwaqt li l-pont tal-Bidnija huwa strutturalment validu, jista' l-Ministru jara permezz tat-Transport Malta li jsir il-manutenzjoni meħtieġa għaliex jidher li hemm ħsara li qed tidher fil-kwalità ħażina tat-triq li għaddejja fuq l-istess pont?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li wara spezzjonijiet li saru minn Transport Malta, ġie deċiż li t-tiswijiet meħtieġa se jkunu nklużi fil-programm ta’ manutenzjoni li Transport Malta qiegħda tħejji.