Legislature:
Category:
Reset
Active:

NQTs ingaġġati bħala Supply Teachers fil-livell primarju

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11719 jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx Newly Qualified Teachers (NQTs) ingaġġati bħala Supply mal-Istat fil-livell primarju?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx NQTs ingaġġati bħala Supply mal-Istat fil-livell primarju, dan għaliex huma kollha ingaġġati bħala għalliema regolari.

NQTs ingaġġati bħala Supply Teachers fil-livell medju u sekondarju

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11720 jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx Newly Qualified Teachers (NQTs) ingaġġati bħala Supply mal-Istat fil-livell medju u sekondarju?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx Newly Qualified Teachers li huma ingaġġati bħala Supply mal-Istat fil-livell medju u sekondarju.

National Curriculum Framework Board — Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min hu kompost in-National Curriculum Framework (NCF) Board u l-ġerarkija tagħhom? Jista’ jgħid ukoll kull meta jiltaqa' u jekk hemmx aċċess għall-minuti tal-laqgħat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bord jintaqa’ b’mod regolari, iżda minħabba raġunijiet ta’ natura sensittiva il-minuti ma jkunux aċċessibbli. L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Isem u Kunjom Rwol Mr. Matthew Vella Chairperson Fr. Jimmy Bartolo Member Fr. Charles Mallia Member Dr. Glorianne Borg Axisa Member Dr. Michelle Attard Tonna Member Ms. Bernardette Stivala Member Prof. Glen Farrugia Member Dr. Odette Vassallo Member Mr. Ramon Mangion Member Mr. Marco Bonnici Member Mr. David Muscat Member Mr. Clayton Cutajar Member Mr. Emile Vassallo Member Mr. Jude Zammit Member Ms. Josephine Magro Secretary Fr. Mark Ellul Substitute Member Dr. Ian Mifsud Substitute Member Prof. Sandro Caruana Substitute Member Prof. Colin Calleja Substitute Member Ms. Anne Marie Carabot Substitute Member Ms. Ruth Azzopardi Substitute Member Mr. Dario Pirotta Substitute Member Ms. Jacqueline Micallef Grimaud Substitute Member Mr. Bernard Carabott Substitute Member Ms. Elaine Germani Substitute Member Ms. Ruth Debrincat Substitute Member Mr. David Polidano Substitute Member

Ħaddiema mhux tal-UE – Livell edukattiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema mhux tal-Unjoni Ewropea li għandhom: - Edukazzjoni Primarja; - Edukazzjoni Sekondarja; - Edukazzjoni Postsekondarja; u - Edukazzjoni Terzjarja?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Skejjel tal-Istat – kiri ta’ swali lil għaqdiet volontarji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11521 u 11811 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10625, jista’ l-Ministru jispjega x’għandu jinftiehem bil-kelma "donazzjoni" meta fil-mistoqsija parlamentari 7593 il-Ministru kkonferma illi l-iskejjel tal-Istat qed jiċċarġjaw għall-kiri tas-swali u dan huwa rregolat "mill-Kunsilli tal-Iskejjel u r-rati jvarjaw skont iċ-ċirkostanzi"?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont tad-donazzjoni jiġi maqbul bejn il-partijiet..

Skejjel tal-Istat u tal-Knisja – LSEs

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10622 u 11814 u jgħid kemm kien hemm studenti fl-iskejjel tal-Istat u tal-Knisja li f’April tas-sena 2023 kienu jeħtieġu LSE fuq bażi one-to-one iżda ġew provduti LSE shared? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-bidu tas-sena skolastika 2023/2024?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sad-data tat-tweġiba, filwaqt li fl-iskejjel tal-knisja l-Ministeru ma jkollux informazzjoni ta’ dan it-tip, fl-iskejjel tal-Istat ma kien hemm l-ebda każ ta’ dan it-tip.

Xewkija — Kampus Universitarju – Pjan biex jiżdiedu l-korsijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11833, jista’ l-Ministru jgħid x'korsijiet hemm ippjanati li jibdew ġewwa Għawdex fis-snin li ġejjin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Ħaddiema ingaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11164 u jgħid kemm ġew ingaġġati persuni mal-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti (definit jew indefinit) u anke bl-irwol li ġew ingaġġati fih?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Skejjel statali — Sena skolastika 2023-2024 –Skema 9

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal xiex huma intitolati t-tfal tal-iskejjel statali li japplikaw għal Skema 9 għal din is-sena skolastika 2023-2024?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk it-tfal li huma eligibbli għal Skema 9 matul din is-sena skolastika huma intitolati għall-vawċer għall-uniformi (studenti li jattendu skola tal-Istat biss), pakett ta’ stationery u għażla t’attività extrakurrikulari li jinkludu FES Skolasajf, FES Klabb 3-16, Sportmalta programm tas-sajf jew programm tax-xitwa. Korrezzjoni: Ara Dokument PL 2430 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 161 nhar it-Tnejn, 30 ta Ottubru 2023)

Trasport għal tfal door-to-door

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għadux ikun offrut it-trasport door-to-door għal tfal partikolari, tfal b'diżabilità jew tfal li joħorġu out-of-locality minħabba li jkunu taħt care order?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan it-tip ta’ trasport jiġi offrut f’każijiet fejn hemm problemi ta’ mobbiltà u kif ukoll skont ħtieġa soċjali ġustifikata.

MVPA — Ħsarat fis-sala

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-sala ta’ The Malta Visual and Performing Arts School (MVPA) mhix f'kundizzjoni li tintuża? Xi ħsarat għandha u kemm se ddum biex tkun kompluta u tibda tintuża mill-istudenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sala msemmijja tintuża b’mod regolari iżda teħtieġ li jkollha l-faċilitajiet aġġornati u b’hekk bħalissa għaddejin diskussjonijiet mal-istakeholders neċessarji sabiex isir proġett ħolistiku f’dan ir-rigward. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li jekk għal xi raġuni din is-sala ma tistax tintuża, fl-istess kampus hemm swali oħrajn li jistgħu jgħamlu użu minnhom.

MVPA — Sena skolastika 2023-2024 - Fondi għal xiri ta’ kostumi tad-drama

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk The Malta Visual and Performing Arts School (MVPA) għandhiex fondi allokati speċifikament biex jinxtraw kostumi tad-drama biex jintużaw mill-istudenti? Jekk iva, kemm hemm allokati għal din is-sena skolastika 2023-2024?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollaborazzjoni kontinwa mal-Ministeru, l-iskola msemmija tingħata l-għajnuna finanzjarja skont il-bżonn akkademiku li jinkludi wkoll xiri ta’ kostumi.

MVPA – Studio għal-lezzjonijiet taż-żfin jew drama

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il studio speċifiku għandha l-iskola The Malta Visual and Performing Arts School (MVPA) li jista’ jintuża għal lezzjonijiet taż-żfin jew drama?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskola msemmija għandha żewġ studios, wiħed jintuża għaż-zfin u l-ieħor għad-drama.

Inspire — Servizzi terapewtiċi għat-tfal fil-ħin tal-iskola

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il siegħa qed imorru l-Inspire flimkien mal-LSEs fil-ħin tal-iskola t-tfal li jeħtieġu s-servizzi terapewtiċi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk l-istudenti li jeħtieġu servizz terapewtiku mill-Inspire, jattendu għal tmien sigħat u għoxrin minuta fil-ġimgħa.

Cottonera Sports Complex — Indoor pool - Dewmien

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-proġett tal-indoor pool fil-Cottonera Sports Complex li huwa stess qal li kien se jitlesta sa Diċembru tal-2020, tlesta kważi tliet snin tard?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel tender li ġie ppublikat kien ikkanċellat peress li l-ebda offerta ma kienet technically compliant. Saru wkoll xi diskussjonijiet interni li jikkonċernaw il-proċess ta’ xiri pubbliku għal dan il-proġett.

Cottonera Sports Complex — Indoor Pool - Baġit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-ispiża tal-indoor pool fil-Cottonera Sports Complex żdiedet għal €14-il miljun, mit-€8 miljun li kien ġie budgeted, kif kien intqal fl-istqarrija (PR190472) tas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat, tas-07 ta’ Marzu 2019, fiż-żmien fejn hu stess kien is-Segretarju Parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11335. Saru wkoll r-reviżjonijiet neċessarji skont il-prezzijiet tas-suq u għalkemm l-irħas offerta kienet għola mill-istima, din ġiet aċċettata mill-GCC wara li ngħatat ġustifikazzjoni mill-perit u kif ukoll għax ma nqabiżx il-persentaġġ aċċettabli mill-Public Procrurement Regulations.

Youth.inc offrut mill-Aġenzija Żgħażagħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ żgħażagħ li se jkunu qed jattendu l-programm Youth.inc offrut mill-Aġenzija Żgħażagħ f’din is-sena skolastika?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox ser ikun hemm 61 żgħażugħ/a jattendu għall-dan il-programm.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Segretjaru Parlamentari għall-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — defibrillator

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fejn hemm defibrillator?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9887.

Għalliema impjegati mal-Istat fil-livell sekondarju li ġew redundant matul is-sena skolastika li għaddiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema impjegati mal-Istat li ġew redundant mill-iskola li kienu qed jgħallmu fiha matul is-sena skolastika li għaddiet fil-livell sekondarju u jgħid liema suġġetti kienu jgħallmu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għalliema li jiġu redundant f’dawn l-iskejjel, jiġu assenjati fi skejjel oħrajn li jeħtieġ is-servizz tagħhom. L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Suġġett Numru ta’ Għalliema Ingliż 2 Etika 1 Franċiż 1 Ġografija 1 Graphical Communications 1 Storja 1 Home Economics 2 ICT 1 Xjenza 1 Taljan 1 Malti 3 Matematika 2 Fiżika 2 Spanjol 2 Woodwork 1

Skejjel primarji jew sekondarji tal-Istat, f'Malta jew f'Għawdex li ma għandhomx Assistent Kap

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hawnx skejjel primarji jew sekondarji tal-Istat, f'Malta jew f'Għawdex li ma għandhomx lanqas Assistent Kap wieħed jew waħda?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.