B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 132, tista’ l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta’ ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex li qegħdin jeżerċitaw xogħol madwar iċ-Ċittadella? Kemm minn dawn il-ħaddiema bdew jaħdmu fiċ-Ċittadella bejn it-2 ta’ Ġunju 2017 sal-ġurnata meta ġiet magħmula din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Copy of PQ 3157 - Ċittadella - Ħaddiema_Tabella (002).pdf
Ministeru għal Għawdex – skemi ta’ xogħol — ħaddiema
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 1645, tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema li jaħdmu taħt dawn l-iskemi? F’kull każ meta jispiċċa l-perjodu tal-iskema? Tista’ l-Ministru tgħid ukoll jekk kienx hemm xi tibdil fin-numru ta’ ħaddiema assenjati fid-diversi postijiet tax-xogħol mill-10 ta’ Ottubru 2017 sal-ġurnata meta ġiet magħmula din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tindika jekk saritx xi forma ta’ manutenzjoni, speċjalment fil-garden furniture stallata fil-ġnien pubbliku Villa Rundle fil-Belt Victoria, Għawdex, minn meta ġie inawgurat il-ġnien imsemmi sal-ġurnata meta ġiet magħmula din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li qed issir il-manutenzjoni meħtieġa fuq il-garden furniture tal-ġnien Villa Rundle b’mod regolari. Il-Gazebo, l-kannizzati u l-bankijiet jiġu trattati biż-żejt (teak oil). Ta’ min jgħid ukoll li saret il-manutenzjoni neċessarja fuq il-qiegħ tal-ġiebja tal-funtana li hemm fl-istess ġnien. Il-Villa Rundle wkoll qed tiġi mżejjna meta jkun hemm festi partikolari.
Għawdex — Construction and Maintenance Unit u Directorate for Projects and Development – concrete mesh u rods
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm intużaw concrete mesh u rods mill-Construction and Maintenance Unit u mid-Directorate for Projects and Development mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data ta’ meta ġiet intavolata din il-mistoqsija parlamentari? Fuq liema proġetti ntużaw u kemm intuża fuq kull proġett? Tista' tgħid fuq kull proġett min kienet il-persuna li ordnat il-concrete mesh u rods u min kienet il-persuna li ċċertifikat li ntuża dan l-ammont?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm nies b’kollox mad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha li jaħdmu fuq it-tindif u żamma fi stat tajjeb tal-bajjiet ta’ Għawdex? Tista’ tgħid x’inhu l-grad ta’ dawn il-persuni u kif inhuma mqassmin f’kull bajja li hemm f’Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li hemm 57 impjegat li qegħdin jaħdmu fuq it-tindif u żamma fi stat tajjeb tal-bajjiet ta’ Għawdex matul is-sena kollha. Uħud minn dawn u numru ta’ impjegati f’sezzjonijiet oħra jiġu msejħa biex jaqdu dmirijiethom f’Kemmuna fis-sajf skont l-esigenzi tal-Ministeru. F’dan ir-rigward nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 1895. Id-dettalji qed jiġu ppreżentati fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex – Dipartimenti u entitajiet – sejħiet għall-postijiet/pożizzjonijiet vakanti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum kemm inħarġu sejħiet biex jimtlew postijiet/pożizzjonijiet vakanti fid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha? Tista’ tgħid f kull każ kif dawn inħarġu u ċjoè jekk inħarġux l-ewwel bħala sejħa interna jew inkella nħarġux għall-applikazzjonijiet minn barra mill-ewwel? Liema minn dawn il-postijiet kienu vakanti u liema le? Għal kull applikazzjoni, kemm kien hemm applikazzjonijiet, kemm minnhom kienu ineleġibbli u għaliex? Liema kienu dawk il-postijiet li mtlew s’issa u meta ġew mimlija?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra. L-Onor. Interpellant japprezza wkoll li din it-tweġiba tirrikjedi ammont sostanzjali ta’ ħin u riżorsi.
Skema — Ministry for Gozo Non-Governmental Organisations Assistance Schemes
Question
B’referenza għall-aħbar illi ġew ippreżentati €70,000 lill-għaqdiet volontarji taħt l-iskema Ministry for Gozo Non-Governmental Organisations Assistance Schemes, tista’ l-Ministru tgħid min huma dawk l-għaqdiet illi applikaw imma ma kkwalifikawx?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li l-Organizazzjonijiet Volontarji li kienu applikaw iżda ma kkwalifikawx mill-Iskema ‘Ministry for Gozo Non-Governmental Organisations Assistance Scheme’ għas-sena 2017, huma indikati fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninforma wkoll li l-proċess sħiħ ta’ evalwazzjoni sar ukoll mal-evalwaturi esterni mill-Kunsill Malti tas-Settur Volontarju (Malta Council for the Voluntary Sector).
Tista’ l-Ministru tgħid kemm huma dawk l-iskejjel tal-Gvern f’Għawdex li matul il-vakanzi tas-sajf li għadda, saritilhom xi forma ta’ manutenzjoni? Jekk saret din il-manutenzjoni, tista’ tgħid liema kienu dawn l-iskejjel u kemm hi l-istima tas-somma li intefqet?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat, iżda kull meta l-Ministeru għal Għawdex jintalab l-assistenza, dejjem huwa dispost li jagħtiha. Eżempju ta’ każ bħal dan kien fis-Sajf 2017 fejn saru xi xogħlijiet ta’ white washing u plastering fl-iskola primarja tal-Għarb Għawdex.
Tista’ l-Ministru tgħid meta beda x-xogħol fuq l-aċċess li minn ħdejn il-Knisja ta’ San Franġisk fir-Rabat, Għawdex, jagħti għall-Victoria Bus Terminus? Tista’ tindika meta se jiġi fi tmiemu dan il-proġett u kemm huwa stmat li ser jiġi jiswa?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa jinsabu għaddejin ix-xogħolijiet fuq l-M&Es u qiegħda fil-proċess ta’ aġġudikazzjoni l-offerta tal-finishes liema offerta inħarġet f’Diċembru 2017. Ix-xogħol li fadal biex jitlesta l-proġett huwa dak ta’ finishing u M&Es liema xogħlijiet huma stmati li ser jiswew circa miljun ewro. Ix-xogħlijiet imsemmija huma stmati li jridu madwar ħames xhur minn meta jiġi aġġudikat it-tender sabiex jitlestew.
Qorti t’Għawdex – konsultazzjoni dwar is-sit il-ġdid
Question
Peress li l-proċess ta’ konsultazzjoni dwar is-sit il-ġdid tal-Qorti f'Għawdex spiċċa fis-17 ta’ Diċembru li għadda, tista’ l-Ministru tindika meta huwa ppjanat li jibda x-xogħol u meta hija l-mira li jitlesta? Tista’ tgħid ukoll kemm huwa stmat li ser jiġi jiswa dan il-proġett?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li x-xogħol hu ppjanat li jibda appena jiġu approvati t-tibdiliet fil-pjan lokali, tiġi pproċessata l-applikazzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar u jiġu aġġudikati t-tenders. Skont it-timeframes tal-Ministeru, il-proġett hu maħsub li jitlesta sas-sena 2022, hu stmat li jiswa €5.5 miljun (VAT eskluż).
Peress li l-maġġoranza tal-Għawdxin li jaħdmu Malta qegħdin isibuha diffiċli biex jipparkjaw il-vetturi tagħhom fil-Port tal-Imġarr qabel jitilgħu abbord il-vapur, tista’ l-Ministru tgħid jekk, apparti il-Park and Ride ppjanat, il-Gvern preżenti għandux il-ħsieb, u mhux fi żmien ‘il bogħod, li jibda xogħol fuq parkeġġ ġdid fl-imsemmi port?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed isir eżerċizzju ta’ Cost Benefit Analysis fuq il-park and ride u hemm ukoll survey onlajn. It-terminu konċess għall-finalizzazzjoni tas-CBA huwa fil-5 ta’ Marzu 2018.
Tista’ l-Ministru tgħid xi pjanijiet hemm għal korsa taż-żwiemel ġewwa Ta' Xħajma f'Għawdex? Tista’ tgħid fiex waslu l-pjanijiet u kemm hu ppjanat li jiġi jiswa dan ix-xogħol, u tgħid kif dan ix-xogħol hu ppjanat li jkun iffinanzjat?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru qed jistudja options differenti għal iżvilupp li jista jsir fil-korsa taż-żwiemel u ovvjament irid ikun kompattibbli ma’ dan l-isport.
Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess dwar il-proġett imħabbar permezz ta' konferenza stampa f'Settembru li għadda ta' Park and Ride ġewwa Għawdex minn u lejn l-Imġarr? Tista' tgħid meta hu ppjanat li jibda jiffunzjona dan il-Park and Ride?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lil Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 3156
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont ta' fuel li nxtara mill-kumpanija Gozo Channel kull sena, sena b' sena, fis-snin 2012, 2013, 2014, 2015, 2016 u 2017? Tista' tgħid kemm kien l-ammont totali li tħallas kull sena għal dan il-fuel f'dawn is-snin indikati?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li minħabba n-natura kummerċjali u sensittiva tal-informazzjoni mitluba l-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd hi prekluża milli tagħti tali informazzjoni.
Tista' l-Ministru tgħid meta hu mistenni li jibda x-xogħol ta' restawr fuq il-proġetti indikati, min ser jagħmel dan ix-xogħol, kif intgħażel min se jagħmel dan ix-xogħol u kemm se jiswa kull wieħed minn dawn il-proġetti:
- restawr taċ-Ċimiterju tal-Pesta fix-Xagħra;
- restawr tan-niċċa fi Triq is-Sellum fix-Xagħra; u
- restawr tal-istatwa ta' San Pawl f'Marsalforn?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ma hux involut fix-xogħol ta’ restawr fuq il-proġetti msemmija.
Ministeru għal Għawdex – trasferimenti/pagamenti f’kontijiet ta’ bank
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, tista' tgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li ma sarux trasferimenti jew pagamenti f'kontijiet li jinsabu f’dan il-bank.
Vjaġġi tal-merkanzija bejn il-Port tal-Imparr u l-Port il-Kbir
Question
Tista’ l-Ministru tgħid għaliex mhux qed isiru vjaġġi tal-merkanzija bejn il-Port tal-Imġarr u l-Port il-Kbir? B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 26091 tat-12-il leġiżlatura, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-imsemmija kumpanija waslitx f’xi ftehim?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li l-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd qiegħda tipprovdi servizz alternattiv għall-ġarr tal-merkanzija lejn iċ-Cirkewwa. Il-kumpanija introduċiet inċentiv għall-operaturi tal-ġarr ta’ merkanzija fejn qiegħda tissussidja n-nol għall-ġarr ta’ din il-merkanzija meta din tinġarr fuq il-vjaġġi illi jsiru matul il-lejl. Fil-fatt matul is sena 2017, dan is-sussidju laħħaq is-somma ta’ €157,491.
Għawdex – skala tas-salarju ta’ mastrudaxxi ingaġġati biex jaħdmu fiż-żona tal-Kejselli
Question
Tista’ l-Ministru tgħid għaliex l-aħħar erba’ mastrudaxxi ingaġġati mill-Ministeru u assenjati sabiex jaħdmu fiż-żona tal-Kejselli, iddaħħlu fuq skala 14 tas-salarji meta sħabhom li daħlu żmien ilu għadhom fuq skala ferm inqas, fil-fatt kienu daħlu fuq skala 20?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjegati fil-grad ta‘ Senior Tradesman (Carpentry) li huma ingaġġati mal-Ministeru huma kollha fuq skala 14.
Xlendi – tender għall-baga akbar għall-cruise liners
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk it-tender għal baga akbar għall-cruise liners fix-Xlendi, li skont risposta li ngħatat fil-Parlament kien qed jiġi abbozzat f'Ottubru 2016, issa wara aktar minn sena ġiex ippubblikat u jekk intgħażilx min se jagħmel dan ix-xogħol? Meta hu maħsub li din il-baga tkun lesta u meta hu ppjanat li jorbtu magħha l-ewwel cruise liners? Kemm hu ppjanat li jidħlu cruise liners ġewwa x-Xlendi matul l-2018?