Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta – uffiċjal Kap Eżekuttiv
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' impjieg tal-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta — Bord tad-Diretturi u s-Segretarju
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi u s-Segretarju tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta? Jista' l-Prim Ministru jagħti għal kull wieħed minnhom id-data ta' meta ġie maħtur?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li dawn huma d-dettalja mitluba minnu dwar l-Advisory Bord ta’ l-Agenzija dwar Visa u Residenza f’Malta.
Isem u Kunjom
Data ta’ meta gie mahtur
Mrs Nadette Azzopardi -
Chairperson
29/03/2018
Dr Ian Castaldi Paris -
Membru
29/03/2018
Mrs Diane Izzo –
Membru
29/03/2018
Mrs Roberta Argento –
Membru
29/03/2018
Mr Philip Vella -
Membru
29/03/2018
Mr Ruben Schembri –
Segretarju
29/03/2018
Id-dettalji dwar l-Approvals Bord ta’ l-Agenzija dwar Visa u Residenza f’Malta huma kif jidher hawn taht :
Isem u Kunjom
Data ta’ meta gie mahtur
Dr Charmaine Cherrett –
Chairperson
29/08/2017
Ms Ruth Micallef –
Membru
29/08/2017
Mr Roderick Spiteri –
Membru
29/08/217
Mr John Valencia -
Membru
29/08/2017
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Person of trust – bejgħ ta’ medical visas
Question
Peress li l-media kemm dik internazzjonali kif ukoll nazzjonali rraportaw li fil-qrati ntqal li persuna appuntata bħala person of trust fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, biegħet medical visas u li l-Ambaxxati ta’ Tripoli u tal-Alġerija kienu involuti wkoll, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’passi ttieħdu dwar dan?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-każ li qed isemmi kien investigat fl-ahhar xhur mill-pulizija Maltija fejn kif anki sar magħruf pubblikament, instab li ma kien hemm ebda evidenza ta’ xi reat kriminali. Fl-ahhar gimghat ukoll il-Kummissjoni Ewropea fi tweġiba pubblika mogħtija mill-Kummissarju Dimitris Avramopoulos intqal li l-istess Kummissjoni m’għandha ebda informazzjoni illi tikkonferma l-istess allegazzjonijiet li qed jerggħu jkunu ripetuti fil-mistoqsija tal-Onor. Farrugia.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il passaport Malti ntilef fis-sena 2015, 2016 u 2017 għal kull sena? Kemm huma dawk il-persuni li tilfu l-passaport darbtejn, tliet darbiet jew aktar drabi minn hekk, mis-sena 2012 sal-2017 (perjodu ta’ ħames snin)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li skont l-informazzjoni mogħtija lili, in-numru ta’ persuni li kellhom il-passaport tagħhom mitluf, misruq jew distrutt għal darba wahda kien jammonta għal 653 fl-2017, 513 fl-2016 u 555 fl-2015.
Bejn l-2012 u l-2017 kien hemm 26 persuna li kellhom il-passaport tagħhom mitluf, misruq jew distrutt f’aktar minn oka¿¿joni waħda, kif muri hawn taht :
2012 – 4
2013 – 8
2014 – 4
2015 – 6
2016 – 0
2017 – 4
Eżamijiet għall-postijiet ta’ Uffiċjali Eżekuttivi, Principals u Senior Principals
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7315, fejn saret talba biex jingħad kemm għaddew persuni mill-aħħar eżamijiet li saru għall-postijiet ta' Uffiċjali Eżekuttivi, Principals u Senior Principals kif ukoll kemm hu n-numru ta' dawk li ġew ingaġġati, meta kienet l-aħħar data li ġew ingaġġati u l-postijiet li għadhom vakanti f'kull post, u peress li fit-tweġiba ngħad biss kemm ġew ingaġġati f'kull post, jista' l-Prim Ministru jagħti tweġiba għall-informazzjoni l-oħra u ċjoè jgħid kemm kien in-numru ta' dawk li għaddew f'kull post, meta kienet l-aħħar data li ġew ingaġġati u l-postijiet li għadhom vakanti f'kull post?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar kemm kien in-numru ta' dawk li għaddew f'kull post, it-tagħrif ingħata fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7315.
Ninsab informat li l-ahhar dati li gew ingaġġati kienu hekk : Uffiċjal Eżekuttiv - Gunju 2018, Prinċipal - Novembru 2017 u Prinċipal Anżjan - Marzu 2018
Ninsab informat ukoll illi l-postijiet vakanti jimtlew skont l-esiġenzi tas-servizz.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta ser tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern il-lista ta' persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija b'reġistrazzjoni, b'naturalizzazzjoni, inkluż dawk il-persuni illi jkunu ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija taħt il-Programm ta' Investitur Individwali tar-Repubblika ta' Malta, matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017 u dan skont dak li jipprovdi s-sub-regolament 14(2) tar-Regolamenti dwar il-Programm tal-Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta (Avviż Legali 47 tal-2014 - Leġislazzjoni Sussidjarja 188.03)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Infakkar l-Onor. Interpellant li huwa obbligu li din il-lista tkun ippubblikata kull sena. Hekk se jsir għall-perjodu li qed jirreferi għalih l-Onor Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat mill-Aġenzija Identità Malta, inkluż id-data, il-valur, l-isem tal-persuna u l-isem tal-kumpanija li lilha ngħatat, mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta – direct order
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat mill-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta, inkluż id-data, il-valur, l-isem tal-persuna u tal-kumpanija li lilha ngħatat, matul is-sena 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.
Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta — impjegati
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kellha jew għandha impjegati magħha l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta mit-twaqqif tagħha fis-sena 2018? Jista' jagħti l-kariga u d-data ta' meta beda l-impjieg tiegħu kull impjegat mal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat li fl-Aġenzija dwar Visa u Residenza hemm 24 impjegat fil-karigi kif ġej:
CEO
Clerk
Manager (Analyst)
Messenger / Driver
Advisor (Due Dilligence)
Senior Administrative Officer
Manager (Case processing / Client relationship) Administrative Officer ICT Professional Officer HR Professional Officer
Numru minn dawn il-ħaddiema bdew jaħdmu fl-MRVA fl-2016 meta bdiet tiffunzjona taħt il-kappa ta' Identity Malta.
Permezz tal-Avviż Legali 97 tal-2018 dawn l-impjegati ta' Identity Malta ġew kollha fuq il-kotba tal-MRVA.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol - nefqa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f’kull entità li għaliha hu responsabbli f’festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol u simili mill-2013, sena b’sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5788, 1796, 2497 u 4259 u ċjoè, jista' jgħid sal-aħħar ta’ Frar 2013, kemm kien hemm nies impjegati mas-settur pubbliku (inklużi intrapriżi pubbliċi)? Kemm minn dawn kienu impjegati full-time? Kemm minn dawn kienu impjegati fuq bażi part-time? Kemm minn dawn kienu impjegati f’position of trust u persons of trust? U kemm minn dawn kienu impjegati b’kuntratt definit?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inizjattivi u attivitajiet beħsiebu jieħu u jorganizza l-Gvern sabiex ifakkar l-ewwel sena mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
.Il-familja Caruana Galizia urew il-fehma tagħhom kemm-il darba li m’għandhomx fiduċja fl-Istat Malti. L-Istat għalhekk se jirrispetta din il-pożizzjoni.
Eżamijiet għall-postijiet ta’ Uffiċjali Eżekuttivi, Principals u Senior Principals
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għaddew persuni mill-aħħar eżamijiet li saru għall-postijiet ta' Uffiċjali Eżekuttivi, Principals u Senior Principals mas-Servizz Pubbliku (separatament)? Jista' jgħid ukoll:
a. kemm hu n-numru ta' dawk li ġew impjegati f'kull post;
b. meta kienet l-aħħar data li ġew impjegati; u
c. il-postijiet li għadhom vakanti f'kull post?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt nfurmat li mill-aħħar eżamijiet li saru ġew ingaġġati 151 Uffiċjal Ezekuttiv, 179 Prinċipal u 80 Prinċipal Anżjan. L-ingaġġ sar skont l-ordni tal-mertu tar-riżultat.
Institute for the Public Services – kors għal Principal
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-kors li huwa rikjest biex wieħed ikun eleġibbli għall-post ta' Principal fiċ-Ċivil bit-titlu “What is Expected of a Principal” offrut mill-Institute for the Public Services u ppjanat li jsir f'Ottubru li ġej u mhux se jsir ukoll f'Għawdex għall-parteċipanti Għawdxin u dan biex jiġi evitat skariġġ u inkonvenjent bla bżonn għall-ħaddiema taċ-Ċivil li ser japplikaw?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat li l-kors imsemmi mhux talli mhux ser isir f’Għawdex talli l-applikanti Għawdxin ingħataw l-għażla fejn jixtiequ jagħmlu l-kors permezz ta’ email datata l-1 ta'Awwissu 2018.
Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa – laqgħat ma’ Pieter Omtzigt
Question
Peress li r-rapporteur tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u l-istat tad-dritt f’Malta, huwa s-Sur Pieter Omtzigt u se jżur Malta fil-ġimgħa tat-22 ta' Ottubru u peress li l-Kunsill tal-Ewropa jinsab fi Strasburgu u huwa ddedikat fuq id-drittijiet tal-bniedem, demokrazija u stat tad-dritt u huwa d-dar tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem u peress li l-Prim Ministru kemm-il darba qal pubblikament li se jikkopera mal-Istituzzjonijiet Ewropej fuq dan il-qtil makabru, jista’ l-Prim Ministru jikkonferma li l-Gvern se jikkopera bis-sħiħ mas-Sur Omtzigt? Jista’ jikkonferma li hu se jagħmel minn kollox biex jiżgura li r-rapporteur ikun jista' jiltaqa’ ma' dawk l-uffiċjali u politiċi kollha li l-kontribut tagħhom huwa meħtieġ biex jitħejja dan ir-rapport?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li se jsiru laqgħat mas-Sur Omtzigt kif kien mitlub minnu, inkluż miegħi u Ministri ohra tal-Gvern. Irrid ngħid li se jsiru dawn il-laqgħat minkejja r-riżervi serji li għandu l-Gvern dwar l-integrità tas-Sur Omtzigt biex jespedixxi l-inkarigu tiegħu tenut kont tal-agir ċensurabbli tiegħu fir-rigward ta' tixrid ta' fake news relattiv għall-kraxx tal-Malaysia Airlines Flight 17.
Identity Malta – servizzi ta’ konsulenza minn individwu
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid fiex jikkonsistu s-servizzi ta’ konsulenza li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qed jagħti lil Identity Malta u x’xogħol sar minnu mid-data tal-bidu tal-kuntratt sad-data ta’ din il-mistoqsija?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol tal-persuna kkonċernata jikkonsisti f’konsulenza legali marbuta mal-Aġenzija Identity Malta. Flimkien ma’ uffiċjali oħra tal-Aġenzija, il-persuna kkonċernata kienet u għadha involuta, fost affarijiet oħra, f’diskussjonijiet u tħejjijiet ta’ numru ta’ riformi li għamlet u li ser twettaq din l-Aġenzija, kif ukoll emendi għall-abbozzi ta’ liġi [inkluż Legislazzjoni Sussidjarja] li tressqu jew li ser jitressqu quddiem din il-Kamra. Dan sabiex jiġu aġġornati l-liġijiet u policies li jirregolaw is-servizzi relatati mal-istess Aġenzija, inkluz entitajiet u materji li tagħhom hi responsabbli l-Aġenzija Identity Malta. Dan apparti xogħol relatat mat-twaqqif ta’ żewg Aġenziji ġodda, tfassil ta’ memos minn żmien għal żmien u pariri anċillari li jkunu meħtieġa.
Identity Malta – servizzi ta’ konsulenza minn individwu
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li bih Identity Malta ingaġġat is-servizzi ta’ konsulenza tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt pre¿enti tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament.
Identity Malta – servizzi ta’ konsulenza minn individwu — ħlas
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm tħallset minn Identity Malta l-persuna li isimha qed jingħata separatament mid-data meta ġiet ingaġġata sad-data ta’ din il-mistoqsija u jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-invoices u riċevuti relevanti?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Awwissu 2017 sal-lum, il-persuna kkonċernata tħallset €29,200 (excl. VAT) għax-xogħol li għamlet.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — avukati u ditti legali – Ħlas
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?