Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — xiri ta' computers
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw computers inkluż laptops u/jew notebook computers fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji ta’ kompjuters/laptops li nxtraw mid-dekasteru tiegħi fil-perjodu ndikat. Dan ix-xiri sar skont ir-regoli tax-xiri pubbliku u ġie awtoriżżat mill-management ta’ l-entità/Fondazzjoni rispettiva.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal bħalissa li qed jingħataw xi servizz mis-Child Development Assessment Unit u fiex jikkonsisti l-personnel kollu tas-Child Development Assessment Unit biex jagħtu dan is-servizz?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li bħalissa fis-CDAU qed jingħataw servizzi lil:
Mill-aspett mediku
1344 tfal
Mill-aspett ta’
Speech-Language Pathologist
64 tfal
Mill-aspett ta’ O
ccupational Therapy
908 tfal
Mill-aspett ta’ Fiżjoterapija
400 tfal
Mill-aspett ta Psikoloġija
646 tfal
Il-
personnel
tas-CDAU kollu jikonsisti kif jidher hawn taħt:
Personnel
Mediku
Konsulenta tal-Pedjatrija speċjaliżżata fl-iżvilupp tat-tfal u
Resident Specialist.
Infermiera
Infermiera: 4 full time, 2
Nursing Aides
, waħda minnhom fuq
reduced hours
(20 siegħa).
Speech-Language Pathologist
Hemm
Speech-Language Pathologist
waħda fis-CDAU. Madankollu dan is-servizz huwa sapportjat mill-i
Speech-Language Pathologists
fil-komunita’.
Fiżjoterapisti
10 ħaddiema (jinkludu is-
Senior Principal Physiotherapist
)
· Ħamsa minnhom huma fuq
reduced hours
.
· L-istess ħaddiema jipprovdu servizzi darbtejn fil-ġimgħa fl-iskola San Miguel u darbtejn oħra fl-iskola Helen Keller.
· Barra minn hekk, joffru wkoll servizzi ta’ żjajjar fid-djar u fl-iskejjel
mainstream
, fejn jipprovdu rapporti u jattendu għall-
IEP
u l-
MAP sessions
.
O
ccupational Therapists:
Numru ta’ terapisti li bħalissa qegħdin jaħdmu fis-CDAU: 6
Full time
, 4
Reduced Hours
(20 siegħa)
1
Paramedic Aide
full time.
Psikologi
Is–servizz huwa provdut minn erba’ psikologi li bejniethom joffru 40 siegħa xogħol fil-ġimgħa lil dan il–Unit. Dawn il-psikologi kollha jaħdmu f’
areas
oħrajn ta’ servizz psikoloġiku fi ħdan id-Diviżjoni tas-Saħħa.
tfal jistennew biex jibdew jingħataw servizz mis-CDAU
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li qed jistennew biex jibdew jingħataw servizz miċ-Child Development Assessment Unit? Kemm ilhom jistennew u meta se jibdew jingħataw dan is-servizz ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li d-dettalji dwar is-servizzi li jingħataw mis-CDAU huma kif jidher hawn taħt:
Servizz Mediku
Mill-aspett mediku hemm 1344 tfal li kollha qegħdin jingħataw servizz.
Speech-Language Pathologist
Bħalissa ma hemmx tfal li qegħdin jistennew għal dan is-servizz. It-tfal kollha li ġew riferuti lill-i
Speech-Language Pathologist
kollha għandhom appuntament. It-tfal kollha li ġew riferuti sal-lum għandhom appuntament sa qabel l-aħħar ta’ Mejju 2010.
Psikoloġija
Hemm numru sostanzjali ta’ każijiet li qed jistennew bieix jingħataw servizz psikoloġiku ta’
assessment
mis-sezzjoni tal-Psikoloġija fi ħdan is-CDAU. Dan għaliex it-talba għal dan is-servizz tisboq sew l-
input
psikoloġiku f’dan il-Unit. Tlabt lid-Dipartiment tas-Saħħa sabiex jimpjega numru ta’ psikologi klinici sabiex ikunu jistgħu jghinu f’dan is-servizz. Ninsab infurmat li hemm talba għall-ingaġġ ta’ 12-il psikologu fil-Capacity Building Exercise li bħalissa qed jiġi evalwat bejn il-Ministeru tiegħi, il-Ministeru tal-Finanzi u l-Ufficcju tal-Prim Minisitru.
Fiżjoterapija
Numru ta’ pazjenti li jircievu t-terapija: 400
Numru ta’ pazjenti fuq
waiting list
: 16
Data tal-iktar referral antika fuq il-
waiting list
: 5 ta’ April 2010
Occupational Therapists
Numru ta’ tfal li bħalissa qegħdin jistennew biex jircievu s-servizz u meta huwa ppjanat li jinghataw is-servizz:
Numru ta’ tfal
Meta ġew referuti għas-servizz
Eta’
Meta huwa ppjanat li jingħata s-servizz
32
2007
11-15
Dawn it-tfal diġa’ ntbagħtilhom l-ewwel appuntament u għal xi raguni m’attendewx. Issa qed jistennew li jircievu t-tieni appuntament. Huwa ppjanat li jingħataw is-servizz bejn Lulju-Settembru 2010
121
2008 – April 2009
3-10
Dawn huma tfal li jattendu 1-skejjel primarji tal-Gvern. Huwa ppjanat li jingħataw is-servizz sa Lulju 2010.
13
Jannar 2009
3-11
Dawn it-tfal jattendu skejjel tal-knisja jew
Indipendenti. Diġa’ ntbgħatilhom l-ewwel appuntament u għal xi raguni ma attendewx. Issa qed jistennew li jircievu t-tieni appuntament. Huwa ippjanat li jingħataw is-servizz sa 1-aħħar ta’ din is-sena 2010.
101
Lulju 2009 – April 2010
5-11
Dawn it-tfal jattendu skejjel tal-knisja jew
indipendenti. Huwa ppjanat li jingħataw is-servizz sa Ġunju 2011.
837
April 2009- 14 ta’ April 2010
0-16
Minn 0-3 snin diga' ingħatalhom appuntament.
Minn 4-16 snin - is-servizz jingħata skond l-iskejjel ji jattendu, id-djanjozi u l-eta'.
Huwa ppjanat li jingħataw is-servizz sa bejn sena u sena u nofs oħra.
Is-servizz jingħata skond il-prijorita' tal-każijiet specifici. Dawn jinkludu iddijanjozi u l-eta' tat-tfal, fost affarijiet oħra. Dawn il-pjanijiet jistgħu jinbidlu u jiddependi ħafna fuq caqlieq ta’ membri tal-istaff.
Billi jidher li hemm problemi li jmorru lura għadd ta’snin biex ikun hemm servizz ta’ lift fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira, jista' l-Ministru jikkunsidra li jiġi introdott chair lift għal persuna waħda li jista' jintuża kemm minn persuni anzjani u/jew b’diżabilità sabiex jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta’ lift konvenzjonali?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-pjanijiet tal-Ministeru huma li jsib sit alternattiv minn fejn jopera Ċentru tas-Saħħa għall-area ta’ Sliema, San Ġiljan, Gżira, San Ġwann, Msida u l-inħawi tal-madwar. Għal dan il-għan inħarġet sejħa għal expression of interest minn propjetarji interessati li joffru art jew propjetà għal dan il-għan.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk fl-Isptar Mater Dei, s-servizzi kollha, inkluż użu t'apparat, hux qed jingħataw liċ-ċittadini Maltin b'xejn? Jekk le, liema huma dawk is-servizzi, inkluż użu t'apparat, li mhux qed jingħataw liċ-ċittadini Maltin b'xejn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-Isptar Mater Dei is-servizzi kolllha jingħataw b’xejn liċ-ċittadini Maltin.
Meta pazjent ikollu bżonn mediċina jew apparat li mhumiex fuq il-formularju, il-pazjent iħallas minn butu għall dik il-mediċina jew apparat, liema kura tiġi amministrata b’xejn fl-isptar pubbliku.
Meta pazjent li jkun ġie liċenzjat ikollu bżonn juża xi apparat mil-lista ta’ hawn taħt, il-pazjent jintalab iħallas depożitu għall-kiri tal-apparat, liema depożitu jiġi rifuż meta l-apparat jiġi ritornat.
Il-lista tal-apparat li fuqha jitħallas depożitu hija:
Lista ta’ apparat
Depozitu mħallas
(€)
C-pap machines
466
B-pap machines
466
Nippy machines
466
Oxygen Cylinders with flow meter
100
Home Ventilators
466
Oxygen Concentrators
200
Apnoea Alarm
46
Wheelchairs
47
Crutches
23
Zimmer frames
23
Gutter frames
23
Rollators
23
Walking Sticks
23
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn każi ta' suwiċidji f'Malta u Għawdex mill-ewwel tas-sena 2010 xahar b'xahar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni dwar in-numru ta’ każi ta’ suwiċidji f’Malta u Għawdex mill-ewwel tas-sena 2010 għadha qed tinġabar. Matul is-sena 2009 kien hemm 33 każ ta’ suwicidju f’Malta u Għawdex skond ir-Reġistru Nazzjonali ta’ l-imwiet.
Informazzjoni dwar ċentri ta' matul il-jum għal persuni b'saħħa mentali
Question
Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli taż-żewġ ċentri ta' matul il-jum li hemm f'Raħal Ġdid u ż-Żejtun għall-persuni li jieħdu kura għas-saħħa mentali? X'attivitajiet qed jiġu organizzati f'dawn iċ-ċentri? Se jinfetħu aktar ċentri bħal dawn? X'għandu wieħed jagħmel biex jattendi f'dawn iċ-ċentri?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Iċ-ċentri ta’ matul il-jum ta’ Raħal Ġdid u ż-Żejtun jaqghu taħt ir-responsabbiltà tal-management ta’ l-isptar Monte Karmeli.
F’dawn iċ-ċentri jiġu organizzati ħarġiet u għajnuna fi gruppi zgħar biex wieħed jitgħallem jaqra, jikteb, jgħodd, isajjar u
social skills
. Minn żmien għal żmien jiġu organizzati
Open Days
biex persuni li jgħixu fil-
catchment areas
ta’ dawn iċ-ċentri ikollhom l-opportunità li jagħmlu mistoqsijiet dwar is-saħħa mentali u jiġu esibiti
crafts
li jkunu għamlu il-persuni li jattendu l-istess ċentri.
Barra minn hekk isiru wkoll
sessions
individwali mas-
social worker
,
occupational therapist
u
trainee psychologist/counsellor
.
Biex wieħed jattendi jrid ikollu riferta mingħand il-psikjatra tiegħu.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15932 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jara l-każ tal-anzjana li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li kellha s-sussidju fuq it-telephone maqtugħ? Jista' jara x'ġara u jirakkmanda lil din il-persuna x'tagħmel?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li fil-każ ta’ din l-anzjana kien ir-raġel tagħha li kien qiegħed jibbenefika minn dan is-servizz. Wara li dan ġie nieqes f’Ġunju tal-2009, id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità kien staqsa lil din l-anzjana jekk kellhiex fil-pussess tagħha il-karta r-roża sabiex tkun tista’ tibqa’ tibbenefika mis-sussidju fuq il-linja tat-telefon. Minkejja diversi tentattivi minn naħa tad-Dipartiment, l-anzjana qatt ma tat tweġiba, la permezz tat-telefon u lanqas bil-miktub. Għaldaqstant id-Dipartiment kellu jwaqqaf s-sussidju fuq il-linja.
Jekk l-anzjana għandha fil-pussess tagħha il-karta r-roża dejjem tista’ terġa’ tapplika sabiex tibbenefika minn dan is-sussidju.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il anzjan/a ddaħħlu temporanjament biex jingħataw respite lill-familjari tiegħu/tagħha matul Jannar sa Marzu 2010? Kemm-il talba hi pendenti? Kemm-il sodda hi allokata għal respite f'kull dar tal-anzjani tal-gvern/privat (public-private partnership) u fir-Residenza San Vinċenz de Paule?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li bejn Jannar u Marzu 2010 kien hemm 53 persuna li għamlu użu mis-servizz ta’ Respite ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule.
Bħalissa hemm 5 applikazzjonijiet pendenti. Dawn jinkludu:
· persuna li għandha applikazzjoni għas-sena 2011,
· 2 persuni li għadhom kif daħlu għal
respite
u reġgħu tefgħu applikazzjoni għal perjodu ieħor ta’ respite, u
· 2 persuni li għandhom it-tieni booking pendenti.
Is-sistema ta’
respite
ġewwa San Vinċenz tinħadem fuq sistema ta’
booking
, jiġifieri persuni li jkunu applikaw jiġu eżaminati minn tabib u jingħataw dati għal perjodu specifiku sabiex ikunu jistgħu jagħmlu użu minn dan is-servizz. Matul il-perjodu msemmi kien hemm tlett każijiet fejn minkejja li anzjani kellhom
booking
għal
respite
, dawn l-anzjani ħassru l-
booking
tagħhom fl-istess ġurnata li dawn kellhom jidħlu.
Id-Dipartiment għandu 7 sodod dedikati speċifikament għas-servizz tar-
Respite
u dawn jinsabu ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule biss.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jistennew biex jingħata lilhom siġġu tar-roti fuq depożitu? Kemm ilu jistenna kull każ? Meta se jinxtraw il-wheelchairs meħtieġa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm 44 persuna jistennew biex jieħdu siġġu tar-roti fuq depożitu. L-aktar każ li jmur ’il bogħod hu mill-1 ta’ Ottubru 2009, għalkemm każijiet urġenti dejjem jingħataw prijoritá. Dan l-aħħar inxtraw ammont konsiderevoli ta’ siġġijiet tar-roti li ser jitqassmu fil-gimgħat li ġejjin. B’hekk il-pazjenti kollha li qed jistennew siġġu tar-roti se jkunu moqdija fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jara li tiġi riveduta l-proċedura li biha pazjent anzjan li jkun inpatient fl-Isptar Mater Dei u qed jistenna li jiddaħħal Zammit Clapp għal riabilitazzjoni, ma jibqax fuq il-waiting list ta' Żammit Clapp meta jiġi rilaxxat mill-Isptar Mater Dei? Kemm hemm persuni fuq il-waiting list biex jiddaħħlu fl-Isptar Zammit Clapp bħalissa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li f’każ ta’ persuna anzjana li tkun inpatient fl-Isptar Mater Dei u qed tistenna li tiddaħħal Żammit Clapp għal riabilitazzjoni, il-proċedura hija li meta din il-persuna tiġi lliċenzjata mill-Isptar Mater Dei, ma tibqax aktar fuq il-waiting list biex tiddaħħal Żammit Clapp.
Il-tabib tal-familja jista’ jerġa jirreferi lil din il-persuna mill-ġdid għad-dħul mill-komunità f’ każ li jkun hemm bżonn.
Sat-23 ta’ April 2010 kien hemm 41 persuna fuq il-
waiting list
biex jiddaħħlu fl-Isptar ta’ Żammit Clapp/Karen Grech.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm part-time social assistants li jaħdmu qrib l-40 siegħa fil-ġimgħa? Hemm xi ħsieb li dawn jiġu impjegati bħala full-time?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Fil-preżent id-Dipartiment tal-Anzjani u l-Kura fil-Komunita għandu 662 Part-Time Social Assistants. Dawn jaħdmu kif ġej:
Sigħat
Nru ta’ PTSAs
Inqas minn 20 siegħa fil-ġimgħa
54
Bejn 21 to 24 siegħa
78
Bejn 25 to 29 siegħa
122
Bejn 30 to 35 siegħa
408
Fid-19 ta’ Frar ta’ din is-sena l-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita ħareġ applikazzjoni għall-post ta Social Assistants fuq bażi
full-time.
Din is-sejħa kienet miftuħa għal kulħadd inkluż dawk kollha li bħalissa jaħdmu bħala
part-time social assistants
mad-dipartiment.
Child Developement Assesment Unit — tfal b'appuntament mal-psikologu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-perjodu ta' stennija sabiex tfal jiġu assessjati minn psikologi fiċ-Child Developement Assesment Unit? Kemm hemm psikologi bħalissa? Kemm hemm tfal li qed jistennew l-ewwel appuntament?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li hemm 650 każ pendenti ta’ tfal li qed jistennew biex jingħataw servizz psikoloġiku ta’ assessment mis-sezzjoni tal-Psikoloġija fi ħdan ic-Child Development Assessment Unit. Il-perjodu ta’ stennija ivarja bejn sitt xhur u sentejn skont l-eta, in-natura u l-urġenza tal-każ. Dan għaliex it-talba għal dan is-servizz tisboq sew l-input psikoloġiku f’dan il-Unit.
Is-servizz huwa provdut minn erba’ psikologi li bejniethom joffru sitt ijiem xogħol/servizz lil dan il-Unit. Dawn il-psikologi kollha jaħdmu f’
areas
oħrajn ta’ servizz psikoloġiku primarjament is-servizz tas-saħħa mentali fi ħdan id-Diviżjoni tas-Saħħa. Tlabt lid-Dipartiment tas-Saħħa sabiex jimpjega numru ta’ psikologi klinici sabiex ikunu jistgħu jghinu f’dan is-servizz. Ninsab infurmat li hemm talba għall-ingaġġ ta’ 12-il psikologu fil-Capacity Building Exercise li bħalissa qed jiġi evalwat bejn il-Ministeru tiegħi, il-Ministeru tal-Finanzi u l-Ufficcju tal-Prim Minisitru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni li jinsabu fuq il-waiting list sabiex jidħlu fil-home ta' Bormla u f'San Vincenz de Paule separatament? Jista' jgħid ukoll kemm ilha l-aktar applikazzjoni antika u li għadha pendenti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma l-Onor Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’ seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy viġenti dwar iż-żamma jew le ta' żwiemel f'dar residenzjali u f'żona residenzjali? Jista' jgħid jekk l-uniku inibizzjoni għaż-żamma ta' żwiemel hekk indikati humiex il-liġijiet sanitarji?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li fil-preżent ma hemm l-ebda policy jew liġi li tirregola ż-żamma jew le ta’ żwiemel f’dar residenzjali u f’żona residenzjali li taqa` taħt ir-responsabbilita` tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali. Hemm pero l-liġi sanitarja li tirregola li ħadd ma jista` jżomm ħmieġ ta’ bhejjem ġo dar li tinkludi mezzanin, kamra, maħżen jew bini ieħor li l-biċċa l-kbira tiegħu hija tal-ġebel jew ta’ materjal ieħor użat għall-bini.
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali taħt l-Att dwar is-Saħħa Pubblika jinvestiga wkoll ilmenti meta persuna tippreżenta ċertifikat mediku u li fih ikollu speċifikament li tali annimal jista’ jikkawza dannu għas-saħħa.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — xiri ta' mobile phones/iPhones
Question
Jista' l-Ministru jgħid inxtrawx mobile phones/iPhones fid-dikasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma l-Onor Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’ seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu anzjani ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule? Kemm daħlu anzjani ġewwa l-homes tal-Gvern matul is-sena 2009?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2009, fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul daħlu 426 anzjani li minnhom 291 kienu fuq bażi permanenti u 135 daħlu għas-servizz ta’ respite. Matul l-istess żmien kien hemm 109 anzjani li daħlu fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern.
Sptar Mater Dei — pazjenti li qed jistennew interventi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li ġew operati b'mod globali ġewwa l-Isptar Mater Dei matul is-sena 2009? Jista' jikkategorizza dawn l-interventi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li fl-Isptar Mater Dei kien hemm 38743 operazzjonijiet irreġistrati li saru fis-sena 2009, skont is-Surgical Operations Register. It-tabella hawn taħt tagħti n-numru irregistrati ikategorizzati skont it-tip tal-intervent.
Category (according to BUPA hospital Category) - Provisional
Sena 2009
Complex Major Op (CMO)
Major +
Major
Intermediate
Minor
Pending/ Unspec
Total
Total
1754
3241
5686
14325
13474
263
38743
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li għandhom problemi tal-irkoppa u li kienu għadhom jistennew li ssirilhom operazzjoni sa Diċembru 2009?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ pazjenti li għandhom problemi tal-irkoppa u li qegħdin jistennew li ssirilhom operazzjoni msemmija hawn taħt huma kif ġejjin:
Knee Replacement (includes unicondylar, bilateral): 2161
High Tibial Osteotomy: 118
Arthroscopy (Knee): 3148
Anterior Cruciate Ligament Surgery: 265
Huwa importanti li wieħed jkun mgħarraf li għadu qaddej proċess biex il-
waiting lists
tal-Ortopedija jiġu ċentralizzati u għalhekk jista’ jkun hemm xi varjazzjoni fil-figuri ikkwotati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru interventi tal-qalb matul is-sena 2009? Jista' jikkategorizza dawn l-interventi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Sena 2009
Category (according to BUPA hospital Category) - Provisional
Source: Surgical Operations Register, MDH
Complex Major Op (CMO)
Major
Intermediate
Minor
Total
Numru ta’ Interventi fuq il-qalb
1130
385
2308
20
3843