Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-assi finanzjarji li l-Air Malta għandha ffriżati fil-Libya? Jista' jgħid jekk hemmx xi pjan biex jiġu irkuprati dawn l-assi? Jista' jgħid jekk din l-issue tqajmitx mal-Unjoni Ewropea? Jekk fl-affermattiv, x’reazzjoni ngħatat mill-Unjoni Ewropea? Jekk le, għaliex ma nħassx il-bżonn li titqajjem mal-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata għaliex hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva.
Awtorità tad-Djar — Skema R - Taxxi fuq dħul ta' kera
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26464 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta mistenni li l-Gvern ineħħi t-taxxi fuq id-dħul mill-kera li jirċievu s-sidien tal-postijiet li jibbenefikaw taħt Skema R tal-Awtorità tad-Djar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-gvern qatt ma ħabbar tali miżura.
B’referenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari 26550 fejn intalab igħid kemm kumpaniji li kienu domiċiljati barra minn Malta ttrasferew id-domiċilju tagħhom għal Malta u għażlu lil Għawdex bħala residenza tagħhom kull sena mill-1999 sal-2010, fejn kienu domiċiljati qabel u x’inhi l-attività kummerċjali tagħhom, jista’ l-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija u jgħid x’inhi l-attività kummerċjali tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fir-Reġistru tal-Kumpaniji ma jinżamx record għal skop ta’ statistika dwar l-attivitajiet kummerċjali ta’ kumpaniji reġistrati f’Malta. L-attivitajiet kummerċjali ta’ kumpanija jirriżultaw mill-files individwali tal-kumpaniji reġistrati Malta u jkunu spjegati f’dik l-imsejħa objects clause. Din il-klawsola normalment issemmi diversi attivitajiet mhux sempliċiment waħda, u għalhekk dan jagħmlu aktar diffiċli li jinżammu records ta’ dawn l-attivitajiet diversi għal skop ta’ statistika mir-Reġistratur. Apparti dan, l-Att dwar il-Kumpaniji imkien ma jirrikjedi li jinżammu records jew statistika ta’ din ix-xorta.
Gozo Channel — Free travel pass u priority boarding pass
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ min għandu free travel pass u min għandu priority boarding pass biex jintużaw fuq is-servizzi tal-Gozo Channel? Min japprova l-ħruġ ta’ dawn il-passes? Xi kriterji jintużaw għall-ħruġ ta’ dawn il-passes?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gozo Channel tinforma illi Free Travel Passes jinħarġu a bażi tal-liġi u tal-ftehim kollettiv u għalhekk jingħataw lill-President ta’ Malta, l-Membri Parlamentari, l-Ispeaker tal-Kamra, l-ambaxxaturi, l-Arċisqof u l-Isqof kif ukoll lill-ħaddiema tal-kumpanija u l-ispouses tagħhom. Free Travel Passes oħra jingħataw a diskrezzjoni tal-kumpanija bħalma huma is-Sindki Għawdxin u membri għolja tal-Korp tal-Pulizija.
B’referenza għal
priority passes
, dawn jingħataw lill-President ta’ Malta, l-Membri Parlamentari, l-Ispeaker tal-Kamra, l-Ambaxxaturi, l-Arċisqof u l-Isqof kif ukoll f’każijiet ta’ mard, każijiet ta’ sigurtà u każijiet oħra speċifiċi skont in-neċessità.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26469 u jgħid sal-lum kemm għandu jiġbor il-gvern minn kirjiet ta' postijiet mikrija lill-inkwilini privati li għadhom ma nġabrux?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sal-l-aħħar t’April 2011, il-gvern għandu jiġbor is-somma ta’ €1,546,799 minn kirjiet ta’ postijiet residenzjali u s-somma ta’ €5,760.030 minn kirjiet ta’ postijiet kummerċjali.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26382, jista' l-Ministru jwieġeb l-ewwel parti tal-mistoqsija u dan b'referenza għal-lista ta' soċjetajiet li qed tingħata separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 26382.
MFSA — każ tal-BOV La Vallette Multi Manager Property Fund
Question
Peress li l-Gvern huwa l-akbar azzjonist tal-Bank of Valletta (BoV) u peress li huwa l-Ministru illi japponta kemm liċ-Chairman tal-BOV kif ukoll liċ-chairman tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta; u peress li fl-1 ta’ Ġunju 2011 esprimejt ruħi f’din il-Kamra illi jekk l-Awtorità ma tippubblikax it-tliet rapporti tal-investigazzjonijiet dwar il-La Vallette Multi Manager Property Fund (il-Fond) tkun qed tittradixxi il-missjoni fdata lilha mil-liġi kif ukoll il-fiducja tal-investituri, u allura dan jikkonferma illi tkun komplici ta’ network ta’ ċertu mażunerija u peress illi l-BOV fi stqarrija pubblika esprima ruħu bħala offiż b’dawn il-kummenti tiegħi, jista' l-Ministru:
a) jikkonferma li minkejja illi l-persuna, li dettalji dwarha qed ngħaddihom separatament , fit-22 ta’ Dicembru 2010 għarraf lil-Awtorità b’dettalji preċizi ta’ attività kriminali li tikkonsisti f’użu impropju ta’ informazzjoni
price-sensitive
li ma kenitx fid-dominju pubbliku (
insider trading
) minn diversi ufficjali tal-BOV, li dettalji tal-file qed jingħataw separatament , u avża lill-Awtorità li kien lest jikkonferma l-istess informazzjoni b’dikjarazzjoni ġuramentata, l-Awtorità baqgħet ma kkuntatjat qatt lill-istess persuna biex tinvestiga ulterjorament il-każ;
b) jikkonferma li minkejja diversi senjalazzjonijiet ta’ każijiet li tat is-soċjeta Finco Treasury Management Ltd lill-Awtorità fit-3 ta’ Novembru 2010 dwar suspettat attività ta’
insider dealing
, lanqas f’dawn il-każijiet l-Awtorità ma bagħtet għall-istess persuni indikati li kienu taw l-istess informazzjoni lil Finco Treasury Management Ltd;
ċ) jikkonferma li direttur tal-La Valette Sicav plc, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, kellu ishma fil-La Valette Multi Manager Property Fund fl-aħħar tas-sena finanzjarja tal-Fond li tagħlaq fit-30 ta’ Settembru 2007 iżda li biegħ l-istess ishma bi prezz ferm 'il fuq minn €1.07 kull sehem qabel ma l-fidi fl-istess ishma kien sospiż fis-7 t’Awwissu 2008, u li dan id-direttur baqa’ ma ta qatt ġustifikazzjoni tal-aġir tiegħu; u
d) jidhirlu li l-fatt li s'issa l-Awtorità għadha ma ppublikatx l-ebda rapport tal-investigazzjoni u minkejja dan ma ġegħletx (kif għandha awtorità legali li tagħmel) lil BOV jirtira l-offerta li għamel lill-investituri biex il-Bank iħallas biss €0.75 kull sehem, tikkostitwix din prattika mill-aktar oxxena mill-Awtorità biex fi ftehim taċitu mal-BOV jġiegħlu lill-investituri iċedu d-drittijiet legali tagħhom għal rimbors tal-kapital investit u l-imgħax legali qabel mal-Awtorità tippubblika r-riżultati tal-investigazzjoniet kollha tagħha;
e) jidhirlu li l-fatt li minkejja li l-maġġoranza kbira, kważi sħiħa, tal-investituri m'humiex ta’ esperjenza finanzjarja jew professjonisti fl-investimenti, u l-biċċa l-kbira tagħhom huma nies anzjani saħansitra uħud minnhom fid-disgħinijiet u oħrajn huma illiterati, u li mingħand l-istess investituri l-Bank ħa dikjarazzjoni ta’ Experienced Investors, dan il-prattika tikkostitwixxix
investment fraud
minn naħa tal-BOV u jagħmilx lill-Awtorità kompliċi għal dan l-aġir meta għadha ma ppubblikatx l-investigazzjonijiet tagħha ta’
mis-selling
waqt li tħalli lil Bank ikompli għaddej bl-offerta qarrieqa tiegħu tas-26 ta’ Mejju 2011;
f) jikkonferma illi minkejja illi l-Finco Treasury Management Ltd għamlet tmien protesti ġudizzjarji, kollha notifikati ukoll lill-Awtorità, kif ukoll 60 komunikazzjoni sostantiva bil-miktub lill-Awtorità fil-perjodu bejn Awwissu 2010 s'issa, l-Awtorità ma tat qatt l-ebda risposta sostantiva ħlief okkazjoni waħda biss fejn esprimiet opinjoni, kif ukoll l-Awtorità ma talbet qatt lill-uffiċjali tal-istess Finco Treasury Management biex jiltaqgħu magħha b’mod formali biex jiddiskutu l-każ;
g) jikkonferma illi l-maġġoranza tal-ishma fil-Fond huma miżmuma fiduċjarjament mill-BOV jew kumpaniji oħra assoċjati miegħu, u li l-istess ishma jirrappreżentaw depożiti fil-BOV Multi Asset Deposit Account u BOV Property Linked Deposit Account kif ukoll poloz ta’ assigurazzjoni tal-Middle Sea Life, u allura l-azzjonisti effettivi ta’ dawn l-ishma jiddeċedi u jivvota għalihom l-istess BOV bi konflitt ta’ interess flagranti kif għamel l-istess Bank fil-Laqgħa Annwali Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2011? Jekk dan huwa veru x’għamlet l-Awtorità biex tiżgura li l-Bank ma jaċċettax f’isimhom l-offerta tiegħu stess għal kumpens ta’ €0.75 cents a skapitu tal-istess klijenti tal-Bank; u
h) fil-kontest ta’ dan kollu, jidhirlu l-Ministru li l-allegazzjonijiet illi jiena għamilt fil-Kamra fl-1 ta’ Ġunju 2011 fil-konfront tal-ogħla uffiċjali tal-BOV u tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji huma veritjieri?
Response (FENECH, TONIO)
B’risposta għad-domanda parlamentari numru PQ 26769, nirrispondi billi nagħmel referenza għal li-Standings Orders ta’ din il-Kamra li jirregolaw il-materja u li ma jippermettux ċerti domandi illi jsiru, per eżempju dawk li jesprimu opinjoni u dawk li jitolbu opinjoni. Għaldaqstant parti sostanzjali tad-domanda, anzi sensiela ta’ domandi, hija inammissibbli.
Apparti hekk, id-domanda qegħda tassumi u anzi titlob li jien nindaħal fl-operazzjonjiet u investigazzjonaijiet li wetqet u li qegħda twettaq l-Awtorità ta’ Malta dwar is-Servizzi Finanzjarji. Din il-liġi ma tippermmettiehx u għalhekk nappella lill-Onorevoli membru li ma jkomplix jipprova jinfluwenza l-andament ta’ dawn il-proċeduri, ma jħallix min jinqeda’ b’din il-Kamra sabiex jinfluwenza investigazzjonijiet li qed tmexxi awtorità regolatorja u biex ma jkomplix jagħmel insinwazzjonjiet u jitfa’ dubji spekulattivi u malafamanti, intiżi biss biex ifixklu il-verifiki li għadhom għaddejjin u li, skont kif ħabbret l-Awtorità, daqt ser jaslu fi tmiemhom.
Tajjeb li wieħed japprezza li bħala azzjonista minoritarju, iżda bid-dritt li jaħtar iċ-Chairman, kull intervent mill-gvern, indipendentement mil-Bord ta' Diretturi li jirrapprezenta l-azzjonisti kolla, jista' jesponi lill-Gvern Malti għal azzjoni legali mill-azzjonisti l-oħra tal-Bank of Valletta għal likwidazzjoni tad-danni jekk dawn iħossu li bl-intervent tal-Gvern l-Bank isofri telf finanzjarju għad-dettriment tal-azzjonisti individwali.
Nappella lil Onor Interpellant li juri ħafna aktar kawtela f'din il-kwistjoni, u li japprezza li investigazzjoni ta' dan it-tip trid bil-fors isegwi proċess li hu dettat mil-liġi, inkluż meta l-awtorità tippublika il-konkluzzjoijiet tagħha.
L-informazzjoni kollha li l-Onor Interpellant għadda ma' din d-domanda qed tintbagħat lill-awtorità għal attenzzjoni tagħha u investigazzjonijiet ulterjuri li hi tista' tħoss meħtieġa.
Refund dwar reġistrazzjoni ta' karozzi — taxxa tar-reġistrazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex dawk li rreġistraw il-karozza tagħhom fl-2008 kienu intitolati għal refund fuq it-taxxa tar-reġistrazzjoni? Jista jgħid għal liema tip ta’ vetturi kien japplika dan ir-refund u jekk dawn il-vetturi riedux ikun bilfors ġodda? Jista' jgħid minn meta sa meta setgħu jsiru l-applikazzjonijiet għal dan ir-refund? Jista' jgħid jekk dan ir-refund kienx japplika wkoll għas-snin 2009 u 2010? Jista' jgħid jekk il-gvern informax b’mod personali lil kulmin kien intitolat għal dan ir-refund b’dan id-dritt tiegħu/tagħha? Jista' jgħid kemm kienu dawk li potenzjalament setgħu bbenefikaw minn dan ir-refund u kemm fil-fatt ibbenefikaw? Jista' jgħid kemm hija s-somma ta’ flus mogħtija s'issa bħala refund ta’ dan it-tip u x’forma qed jieħu dan ir-refund?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk issa li beda jaħdem l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f'Ta' Barkat, l-impjant ta' Sant Antnin hux se jingħalaq? Jekk fl-affermattiv, meta ħa jsir dan u x'se jsir minflokk l-impjant eżistenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-popolazzjoni Maltija, kemm minnhom huma irgiel u kemm minnhom huma nisa? Kemm minn din l-istatistika hemm persuni li l-post oriġinali tat-twelid tagħhom ma kienx Malta u li dawn ukoll għandhom xogħol f'Malta, kemm minn dawn huma irgiel u kemm minn dawn huma nisa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn anzjani li għandhom 'il fuq minn 60 sena? Kemm minnhom huma irgiel u kemm minnhom huma nisa? Kemm huwa kkalkolat dan bħala persentaġġ mill-popolazzjoni Maltija?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi matul l-2009, kien hemm 84,696 anzjani ‘l fuq minn 60 sena (jew 20.5 persentaġġ mill-popolazzjoni totali) li minnhom 37,550 kienu rġiel u 47,146 nisa. Il-persentaġġi ta’ rġiel u nisa anzjani mill-popolazzjoni totali huma 9.1 u 11.4 rispettivament.
Dawn iċ-ċifri għall-2010 għadhom qed jiġu ikumpilati u jkunu jistgħu jingħataw aktar tard.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Korporazzjoni Enemalta lestietx ir-reorganizational plan b’rabta mal-għeluq tal-Power Station tal-Marsa? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk il-unions kenux informati bih u x’tip ta’ reazzjonijiet daħlu s'issa? Jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk għadu mhux lest, jista' jgħid sa meta se jkun lest dan ir-reorganizational plan, min qed jaħdem fuq it-tħejjija tiegħu u min kien ikkonsultat s'issa ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant illi ir-reorganisational plan għadu qiegħed isir. Fil-proċess, kull stakeholder jiġi inkluż fid-diskussjoni relevanti. L-għan tal-Korporazzjoni huwa li tkompli taġġorna lilha nfisha għall-ħtiġijiet tal-lum, biex topera b’mod aktar effiċjenti u li tilħaq l-aspetattivi tal-konsumatur. Dan l-istudju jirrikjedi informazzjoni u pjan li jinvolvi kull dipartiment fil-korporazzjoni u aktar dettalji ma jkunx prudenti li jingħataw f’dan l-istadju.
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar sentejn kemm-il darba l-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji żammet infurmati lil dawk li qajmu l-ilment wara li ngidmu mill-Global Capital (Patf No 2 Fund)?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26669.
MFSA — informazzjoni dwar persuni li ngidmu mill-Global Capital
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'informazzjoni għandha l-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji dwar kemm hemm persuni li ngidmu mill-Global Capital (Patf No 2 Fund)?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Awtorita’ Maltija għas-Servizzi Finanzjarji sa llum irċeviet 41 ilment uffiċċjali minn investituri fir-rigward ta’ kif inbiegħ il-Fond imsemmi fid–Domanda. Nifhem ukoll però illi in-numru totali ta’ investituri f’dan il-Fond huwa konsiderevolment akbar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li l-uffiċjal tal-Global Capital li litteralment serqet lil dawk li ngidmu mill-Patf No 2 Fund spiċċaw impjegawha l-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji stess?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-MFSA m’hemm l-ebda impjegat li jew instab ħati ta’ xi serq jew qed jiġi investigat.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-gvern li għandu l-maggoranza tal-ishma fil-Bank of Valletta u l-MFSA, bħala regolatur se jieħdu l-passi serji meħtieġa biex jara li dawk li ntlaqtu ħażin jingħataw kumpens xieraq u ma jitilfu xejn mill-flus tagħhom li ġew investiti fil-Multi Manager Property Fund tal-Bank of Valletta?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsijan Parlamentari numru 25694.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu jagħti l-Gvern lill-kuntratturi li ħadmulu? Kemm ilhom pendenti l-ammonti, kemm huma l-ammonti u liema huma l-kuntratturi? Kemm għandu jagħti l-Gvern f'arretrati ta' taxxi lit-taxpayers f'Malta u Għawdex u kemm ilhom dawn il-flus dovuti lit-taxpayers? Jista' jgħid kemm għandu jieħu l-Gvern mingħand it-taxpayers fi flus u ta' liema sena huma?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku għal-liema tip ta’ kuntratturi qed jirreferi u għal-liema perjodu qed jirreferi.
Kumpaniji/Lukandi/Fabbriki — qtugħ tas-servizz tad-dawl u l-ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji, lukandi, u fabbriki li l-gvern qatgħalhom is-servizz tad-dawl u l-ilma minħabba li ma ħallsux l-kontijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Arms Ltd — nies li ma ħallsux il-kontijiet tad-dawl
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm l-Arms Ltd għandha tieħu mingħand familji, lukandi, fabbriki u kumpaniji separatament li ma ħallsux il-kontijiet tad-dawl?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.