Sptar akut għas-saħħa mentali ġdid — Nefqa fi studji u applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus pubbliċi fi studji u applikazzjonijiet għal sptar ġdid li kellu jinbena għal kura tas-saħħa mentali fejn l-Isptar Mater Dei, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
Outpatients Block ġdid – Nefqa fi studji u applikazzjonijiet
Question
Fid-dawl li kien qed jiġi ppjanat li jinbena Outpatients Block ġdid fejn l-Isptar Mater Dei, jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus pubbliċi fi studji u applikazzjonijiet, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid għala hemm lift fil-Faċilità ta’ San Vinċenz de Paul li ilu 3 xhur ma jaħdimx?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li filwaqt li fl-istess blokka hemm lift ieħor li qiegħed jintuża b’mod kontinwu, qed isir dak li hu possibbli sabiex jinstabu l-parts meħtieġa biex il-lift li qed jirreferi għalih l-Interpellant jiġi msewwi.
Sptar Mater Dei u Ċentri tas-Saħħa – Użu ta’ servizzi minn persuni barranin
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13000, jista' l-Ministru jgħid kemm persuni barranin jużaw is-servizzi tal-Isptar Mater Dei u taċ-ċentri tas-saħħa mis-sena 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jgħid kemm huma minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u kemm minn pajjiżi terzi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
CYPS — Psychologists u Psychological officers - Sessjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru sessjonijiet fiċ-Child and Young People's Services (CYPS) minn psychologists jew psychological officers mat-tfal jew ġenituri matul is-sena 2023?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fis-sena 2023 saru 3132 sessjoni fiċ-Child and Young People’s Services (CYPS) minn psychologists u jew psyhological officers mat-tfal jew ġenituri.
Child and Young People's Services — CYPS - Sessjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jippreżenta tabella bin-numri tat-tfal (każijiet) u numru ta’ sessions fiċ-Child and Young People's Services (CYPS) għal kull professjonista msemmija fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13449?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il PGT testing sar fil-proċess tal-IVF f’pajjiżna? Kemm minn dawn saru fl-Art Clinic fl-Isptar Mater Dei u kemm saru fi kliniċi privati? Kemm minn dawn kienu ta' suċċess, fis-sens li wasslu għall-wild ta' tarbija/trabi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4016.
Jista’ l-Ministru jgħid, mill-proċeduri tal-IVF li saru matul is-sena 2023, kemm-il koppja kienet ta' nazzjonalità Maltija, kemm-il koppja kienet magħmula minn persuna waħda ta' nazzjonalità Maltija, u kemm-il koppja kienet ta' nazzjonalità barranija? Kemm minn dawn saru fl-Art Clinic fl-Isptar Mater Dei u kemm saru fi kliniċi privati? Kemm minn dawn kienu ta' suċċess, fis-sens li wasslu għall-wild ta' tarbija/trabi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid, mill-proċeduri tal-IVF li saru matul is-sena 2023, kemm-il koppja kienet tal-istess sess? Kemm minn dawn saru fl-Art Clinic fl-Isptar Mater Dei u kemm saru fi kliniċi privati? Kemm minn dawn kienu ta' suċċess, fis-sens li wasslu għall-wild ta' tarbija/trabi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministru jew is-Segretarju Permanenti ta’ dak iż-żmien kinux infurmati li s-sid tal-kumpanija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, irreġistra l-kumpanija eżattament kif beda l-involviment tiegħu fil-Ministeru għas-Saħħa, jiġifieri f’Mejju 2014?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sid tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kienx jirrapporta direttament lill-Eks Ministru li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament ukoll jew lill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sid tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, qatt talab għal, jew ġabar, jew ingħata dokumenti u materjal ieħor mill-uffiċċji tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS), liema materjal ittieħed mill-istess individwu lil hinn mill-uffiċċji msemmija?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għas-Saħħa u FMS – Relazzjoni ma’ kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar in-natura tar-relazzjoni bejn is-sid tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u uffiċjali oħra fil-Ministeru għas-Saħħa, fosthom is-Segretarji Permanenti, u l-Kapijiet Eżekuttivi tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) bejn Mejju 2014 u Frar 2024?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sid tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, intalabx għan-nom tal-Ministru għas-Saħħa, sabiex jitkellem jew jinnegozja ma’ kuntratturi jew negozjanti, jew ‘service providers’ Maltin u barranin, dwar il-proġett tal-Outpatients?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar ix-xogħol li s-sid tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kien qed jagħmel għall-Ministeru għas-Saħħa bejn l-2014 u 2024, u jekk dan ix-xogħol kienx jinkludi wkoll ix-xiri ta’ servizzi ta’ ‘body leasing’?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Deputati tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16000 u 16630 u jgħid min kien/kienu d-Deputati tal-Gvern li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu/huma jagħmlu parti min xi kumitati, panels u bordijiet fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qiegħdin iservu, il-kariga li kienu/li qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ngaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju/honoraria tagħhom?
Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol tagħhom, ta’ kemm-il darba attendew fil-kumitat/bord/panels u kemm tħallsu jekk jitħallsu per sitting u l-ammont li tħallsu annwali?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Għawdex — Ċentru tas-Saħħa - Chief Nursing Manager
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16430, jista' l-Ministru jgħid jekk iċ-Chief Nursing Manager ġewwa ċ-Ċentru tas-Saħħa f’Għawdex tpoġġiex fuq struzzjonijiet mill-Ministru konċernat?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġa ġie spjegat fit-tweġiba għal-Mistoqsija Parlamentari numru 16430, id-deployment sar skond l-esiġenzi tas-servizz.