Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għajnuna lill-għaqdiet volontarji tal-festi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17951 u ċjoè: Peress li l-festi f'pajjiżna huma kkunsidrati li jsostnu l-identità Maltija u d-diversi għaqdiet li jorganizzaw dawn il-festi huma għaqdiet volontarji, u għalkemm f'Ġunju kienu ngħataw diġà xi forma ta' għajnuna mill-Gvern, peress li minħabba l-pandemija tal-COVID-19 l-attivitajiet kollha li kienu jiġu organizzati bħala 'fund raisers' kellhom jiġu kkanċellati barra l-fatt li l-bottegini ta' dawn l-għaqdiet kellhom jingħalqu għal diversi xhur, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn l-għaqdiet humiex ser jiġu kkumpensati għal dan it-telf ta' flus? Jekk fil-fatt il-Gvern ser jikkumpensa lil dawn l-għaqdiet, f'liema forma ser tkun din l-għajnuna u kemm ser ikun l-ammont?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi ghar-risposta ghal-Mistoqsija Parlamentari numru 18575. Madankolla nerġa nikkonferma li dawn il-fondi se jerġgħu jkunu disponibli matul din is-sena.

Kunsilli lokali – ħlasijiet lill-perit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru pagamenti mill-Kunsilli Lokali, wieħed b’wieħed, fuq xogħol ta’ konsulenza u servizzi lill-perit li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Ħal Għaxaq – għaqdiet volontarji – faċilitajiet finanzjarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-possibbilità ta' faċilitajiet finanzjarji li għaqdiet volontarji bħal Għaqda Mużikali San Ġużepp Ħal Għaxaq u Għaqda Mużikali Santa Marija Ħal Għaxaq AD 1873 huma intitolati u jistgħu jigwadanjaw minnhom fl-2021?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20469.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — proġetti tal-ESF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu proġetti tal-ESF taħt id-dekasteru tiegħu u kemm-il persuna ġiet imħarrġa bejn l-2013-2020?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Orkestra Nazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni bħalissa fl-Orkestra Nazzjonali peress li l-kuntratt tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala person of trust ilu li skada mit-28 ta’ Frar?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li llum l-Orkestra Nazzjonali qiegħda taħt it-tmexxija ta’ Chief Executive Officer.

Orkestra Nazzjonali – sejħa pubblika għat-tmexxija

Question

Peress li skont sezzjoni 7 tal-Manual on Resourcing Policies and Procedures tal-Gvern, persuni ngaġġati bħala Persons of Trust (bħal fil-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament), ma jistgħux jokkupaw karigi eżekuttivi f’entitajiet pubbliċi, f’dan ir-rigward jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk hux ser tinħareġ sejħa pubblika għat-tmexxija tal-Orkestra?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-manwal li qed jiffereri għalih jeskludi CEOs, u għaldaqstant il-proviżjonijiet tiegħu ma japplikawx. Nikkwota minn paġna mija erbgħa u għoxrin (124): “ It is to be noted that persons occupying the roles of Chief Executive Officers and one management level below to the latter, Chairpersons and board members as well as personnel representing Malta abroad and Ambassadors, and other positions which go through the Parliamentary Committee for Public Appointments are not to be considered as Person/Position of Trust.” In vece, persuni li jokkupaw il-kariga ta’ Kap Uffiċjali Eżekuttiv, livell wieħed inqas, Sede u membri ta’ bord, kif ukoll rapreżentanti u ambaxxaturi ta’ Malta barra minn xtutna, u pożizzjonijiet oħra li l-mili tagħhom jgħaddi mill-Kumitat Parlamentari għal ħatriet pubbliċi m’għandhomx jitqiesu bħala Person/Position of Trust.

Xewkija – Triq tal-Loġġa – tender

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'WORKS TENDER FOR THE RE-INSTATEMENT OF RUBBLE WALLS AT TRIQ TAL-LOGGA, XEWKIJA (CfT CA Unique ID: XLC/10/2020)' u jgħid fiex wasal il-proċess biex din l-imsemmija tender tiġi awarded?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xewkija li għadhom kemm ingħalqu l-evalwazzjonijiet tal-offerti mitfugħa. L-evalwazzjoni tgħaddi għall-approvazzjoni fil-laqgħa li jmiss tal-Kunsill.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tingħata f’seduta oħra.

Bormla – Peppi Delceppo Ground – tindif u rranġar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu sabiex Peppi Delceppo Ground f’Bormla jiġi rranġat biex jiġi wżat mill-ġdid u jistax fil-frattemp jara li jittieħdu l-passi sabiex il-post jiġi mnaddaf sew?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li it-tender in konnessjoni ma’ dan il-ground ġie aġġudikat. Ix-xogħol mistenni jibda aktar il-quddiem dan ix-xahar.

Raħal Ġdid – Triq it-Tarzna u Triq Santa Monika – irranġar ta’ bankini

Question

Jista’ l-Ministru jara li ż-żona f’Raħal Ġdid bejn Triq it-Tarzna u Triq Santa Monika tiġi rranġata u li l-bankini li hemm isiru mill-ġdid, sabiex jippermettu li persuni anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali jkunu jistgħu jużawhom?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li x-xogħlijiet imsemmijja ma jaqgħux taħt ir-responabiilta tal-Kunsill Lokali. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lil Ministru konċernat.

Raħal Ġdid – Triq Ħaż-Żabbar u Triq Bormla – irranġar ta’ bankini

Question

Jista’ l-Ministru jara li ż-żona f’Raħal Ġdid bejn Triq Ħaż-Żabbar u Triq Bormla tiġi rranġata u li l-bankini li hemm isiru mill-ġdid, sabiex jippermettu li persuni anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali jkunu jistgħu jużawhom?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li x-xogħlijiet imsemmijja ma jaqgħux taħt ir-responabiilta tal-Kunsill Lokali. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lil Ministru konċernat.

Ħal Qormi — Triq San Bastjan - pavimentar

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsijiet parlamentari 15097, 15391, 15392, 15702, jista’ l-Ministru jgħid meta sar ix-xogħol ta’ pavimentar imsemmi quddiem il-Knisja ż-żgħira ta’ San Bastjan? Jista’ jgħid jekk l-Awtorità aċċettatx ir-rapport ta’ konformità mitlub minnha stess mingħajr verifikazzjonijiet ulterjuri jew jekk għamlitx spezzjonijiet qabel iċċertifikat dan ix-xogħol? X’irriżulta minn dawk l-ispezzjonjiet? Jista’ jqiegħed ir-rapport taċ-ċertifikazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid x’nuqqasijiet kellu dan il-pavimentar li kienu qed iwasslu għal tant inċidenti ta’ skiddjar f’din it-triq? Jista’ jgħid kif qed jiġu rrimedjati dawk in-nuqqasijiet? X’inhu x-xogħol li qed isir u x’garanziji qed jingħataw li l-iskiddjar jieqaf?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba l-azzjoni industrijali tas-Segretarji Eżekuttivi, din l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Tal-Pietà – Pjazza San Luqa – xogħlijiet fuq proġett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-proġett ta’ Pjazza San Luqa f’Tal-Pietà, liema xogħol beda sena ilu, għadu ma tlestiex? Kemm intefqu flus s’issa fuq dan il-proġett u kemm hu ppjanat li jkunu ntefqu flus la jkun lest?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba l-azzjoni industrijali tas-Segretarji Eżekuttivi, din l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Kunsilli Lokali f’Għawdex – allokazzjoni finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-aħħar allokazzjoni finanzjarja għal kull Kunsill Lokali f'Għawdex? Jista' jippreżenta wkoll il-break down dwar kif l-aħħar allokazzjoni finanzjarja ta' kull wieħed mill-Kunsilli msemmija għandha tintefaq?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

Kunsilli Lokali — Korsijiet ta' Taħriġ lill-kunsilliera

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux korsijiet ta' taħriġ lill-kunsilliera lokali f'dawn l-aħħar tliet snin? Jekk iva, x'kienu t-temi ta' kull kors? X'kienet l-attendenza ta' kull kors ta' taħriġ?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minkejja li mhux ir-remit tad-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li tagħti taħriġ lill-Kunsilliera, f’Settembru 2019 ġie organizzat seminar ta’ ġurnata għall-Kunsillieri Lokali mid-Diviżjoni, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u Reġjonali, u l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali dwar ‘Good Governance and Finance’. Għal dan is-seminar kien hemm ukoll kelliema miċ-Chartered Institute of Public Finance and Accountancy (CIPFA) mir-Renju Unit. Għal dan is-seminar kien hemm 169 parteċipant.

Raħal il-Ġdid – Ġnien fil-Mediterran

Question

Jista’ l-Ministru jieħu ħsieb li Ġnien il-Mediterran f’Raħal Ġdid jiġi kkurat, is-siġar jiġu miżbura u jkun imnaddaf u jkun hemm sorveljanza fl-istess post?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Itnerpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li ser ikun qed isaħħaħ l-ħidma tiegħu f'dan il-ġnien.

Paola Hub – soluzzjoni għar-residenti minħabba l-parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jara li tinstab soluzzjoni għar-residenti li jgħixu ħdejn il-Paola Hub li qed isibu diffikultajiet kbar sabiex jipparkjaw il-vetturi tagħhom u dan b’inkonvenjent kbir għalihom?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-istakeholders għaddejjin bid-diskussjonijiet sabiex dan l-inkonvenjent jiġi mtaffi.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — direct orders lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kull kuntratt, inkluż direct orders jew simili, mogħtija minn kull entità fi ħdanu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2019 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Jista’ għal kull każ, jagħti l-ammont, data u minn min kien approvat?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-kumpanija in kwistjoni ma ngħatat l-ebda tip ta’ kuntratt mill-Ministeru jew kwalunkwe entitá fi ħdanu.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – miżuri minħabba l-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri li ttieħdu fl-uffiċini kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu sabiex jiġi assigurat li l-periklu ta' infezzjoni tal-COVID-19 jitnaqqas eżempju b'użu ta' screens bejn l-iskrivaniji u l-obbligu tal-ilbies tal-maskri inkluż f'dawk l-uffiċċji li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji, skont id-direzzjoni maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa biex jiġi assigurat li l-periklu ta’ infezzjoni jitnaqqas.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – sanitizzazzjoni ta’ uffiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’prekawzjonijiet qed jittieħdu sabiex l-uffiċini jiġu sanatizzati? Ingħataw xi direct orders biex dan isir?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċini jigu sanatizzati kull darba li jkun hemm il-ħtieġa. Interventi ta’ sanatizazzjoni li kellhom isiru b’urġenza saru b’approvazzjoni skont il-Public Procurement Regulations li jagħtu l-facilità ta’ direct order minħabba li f’dan il-każ qed nirreferu għal emerġenza tal-pandemija.