Jista' l-Ministru jara li l-uffiċjali mid-Dipartiment tad-Djar jispezzjonaw il-gallarija ta' Flat 6, Block B, Triq il-Ġanfra, Mġarr peress li partijiet minnha huma f'periklu li jċedu?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
San Vincenz de Paule — Xogħol strutturali fis-swali tal-irġiel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu sejħiet għall-offerti matul l-2006 għal xogħlijiet strutturali bħala parti mill-manutenzjoni ġenerali għas-swali tal-irġiel fir-residenza San Vincenz de Paule? Min rebaħ dawn it-tenders u kemm tħallsu dawn il-kuntratturi?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Sptar San Vincenz de Paule — Xogħol strutturali fi swali Rużar Briffa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu sejħiet għall-offerti matul l-2006 għal xogħlijiet strutturali bħala parti mill-manutenzjoni ġenerali għas-swali ta' l-isptar Rużar Briffa fir-residenza San Vincenz de Paule? Min rebaħ dawn it-tenders u kemm tħallsu dawn il-kuntratturi?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
San Vincenz de Paule — Xogħol strutturali fis-swali tan-nisa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu sejħiet għall-offerti matul l-2006 għal xogħlijiet strutturali bħala parti mill-manutenzjoni ġenerali għas-swali tan-nisa ta' l-Isptar San Vincenz de Paule? Min rebaħ dawn it-tenders u kemm tħallsu dawn il-kuntratturi?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu sejħiet għall-offerti matul l-2006 għal xiri ta' purtieri għar-residenza San Vincenz de Paule? Min rebaħ dawn it-tenders u kemm tħallsu dawn il-kuntratturi?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu sejħiet għall-offerti matul l-2006 għal xiri ta' purtieri għal djar ta' l-anzjani? Liema djar inħarġu għalihom dawn is-sejħiet? Min rebaħ dawn it-tenders u kemm tħallsu dawn il-kuntratturi?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
In vista tal-fatt li Malta għandha l-aktar persentaġġ ta' tfal bejn il-11u 16-il sena li qed jgħixu ġo single parent families meta kkomparat mal-kumplament ta' l-Ewropa, jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu il-Gvern biex il-familja tradizzjonali Maltija tissaħħaħ?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika l-istatistika uffiċjali li fuqha qed jibbaża l-premessa tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn tfal li qed jgħixu ġo single parent families illum għaliex il-familja hija single parent? Jiġifieri kemm minn dawn huma single mothers, kemm ma' omm jew missier armel/armla, separat/separata jew divorzjat/divorzjata?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li, skond ir-rekords ta’ persuni li qed jirċievu xi tip ta’ Għajnuna Soċjali, it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi lil single mothers is-sena l-oħra u din is-sena u minn liema lokalita' kienu?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li bejn l-ewwel ta’ Jannar tas-sena 2007 u l-aħħar ta’ Marzu tas-sena 2008 ġew irreġistrati li twieldu total ta’ 1,116 tarbija minn ommijiet rapportati bħala “single”.
Ser inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra li turi l-lokalitajiet ta’ dawn it-trabi.
Peress li ċ-ċimiterju tar-Rabat sar żgħir għall-mod kif qed tikber il-popolazzjoni fir-Rabat Malta, jista' l-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li jibni ċimiterju ieħor li jkun jista' jaqdi l-bżonnijiet tar-Rabtin? Jekk iva, fejn se jkun dan is-sit il-ġdid u meta se jibda' x-xogħol fuqu?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 1795.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni, maqsuma bejn irġiel u nisa, li fil-fatt jingħataw is-sapport tal-gvern fil-forma ta' home help? Kif inhuma maqsuma dawn il-persuni skond il-lokalitajiet li jiġu minnhom?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara li s-Sinjuri li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament jieħdu l-arretrati dovuti lilhom? Jista' jgħid meta se jieħdu dan l-ammont dovut lilhom?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk skond l-aħħar budget (kopja ta' dan qed tidher separatament) iż-żieda ta' Lm3.85 (€8.97) ħaduhiex?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li, minbarra madwar 300 pensjonijiet li jridu jiġu riveduti manwalment b’mod individwali, l-miżura mħabbra fid-diskors tal-Budget 2008 dwar dawk il-pensjonanti li għandhom pensjoni tas-Sigurta’ Soċjali kif ukoll tas-servizz, ġiet attwata.
Ninsab infurmat ukoll li dawn il-pensjonijiet li għadhom pendenti reviżjoni, apparti l-miżura msemmija qabel, għandhom igawdu wkoll minn miżuri oħra, fosthom dawk li jkunu għalqu it-72 sena fejn, għal fini tal-pensjoni tas-Sigurta' Soċjali, tiġi njorata nofs il-parti ikkommutata tal-pensjoni tas-servizz, kif ukoll dawk li għandhom żewġ pensjonijiet tas-servizz.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tkun tista' tiġi megħjuna mill-Gvern biex tmur tieħu l-kura li tant teħtieġ fin-National Hospital ta' Londra, partikolarment tenut kont tal-ftehim bilaterali bejn Malta u l-Ingilterra fuq is-settur tas-saħħa u meta wieħed iqis ukoll li f'Malta m'għandniex ir-riżorsi fl-istess livelli bħal dawk tan-National Hospital?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li t-terapija li qegħda tingħata din il-pazjenta, illum hija l-istess fid-Dipartimenti tan-Newroloġija tad-dinja kollha. Din hija proċedura sempliċi li sabiex wieħed jeċċella fiha jsiru numru żgħir ta’ sessjonijiet taħt superviżjoni ta’ xi speċjalista li jkun kapaċi jagħmilha. Fl-iSptar Mater Dei għandna żewġ konsulenti li ilhom jamministraw din il-kura għal mill-anqas għaxar (10) snin.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li għalihom, l-appell tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu sepratament, ġie miċħud?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li, skond il-poteri mogħtija b’ sub-artikolu 3(11) tal-Att dwar is-Servizzi ta’ Impieg u Taħriġ (Kap.343), l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol tisma l-appelli in camera.
Ninsab infurmat ukoll li hi prattika kostanti tal-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol li ma tagħtix ir-raġunijiet li jwasslu għad-deċiżżjonijiet tagħha.