Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kwestjoni dwar kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-individwu li għal xi żmien kien jgħix fil-fond, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li fiż-żmien li kien jgħix f'dan il-fond lanqas qatt ma kien hemm provvista tal-elettriku u lanqas tal-ilma, u ilu bosta snin joġġezzjona għall-kontijiet li qed jirċievi mingħand l-awtoritajiet, illum l-Arms Ltd u anke ħa affidavit, u qed jitlob biex jittieħdu l-passi neċessarji biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata għax dawn il-kontijiet hu m'għandux x'jaqsam magħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.

abbonamenti ta' internet u mobile phones

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm abbonamenti (subscriptions) f’Għawdex ta’ internet u mobile phones rispettivament kull sena mis-sena 2000 sas-sena 2010? Jista’ jgħid dawn l-abbonamenti kemm kienu kull sena għal kull 1000 ruħ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Malta Communications Authority m’għandhiex informazzjoni dwar in-numru ta’ abbonamenti ta’ internet u mobile phones li tiddistingwi bejn numri f’Malta u numri f’Għawdex. L-informazzjoni li tinġabar mill-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni tinġabar għall-fini ta’ monitoraġġ tas-suq tal-komunikazzjoni elettronika f’Malta kollha u għalhekk għal dan l-iskop s’issa ma kienx hemm il-ħtiega li din l-informazzjoni tiddistingwi bejn numri Malta u numri Għawdex.

Linji fissi tat-telephone

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm linji fissi tat-telephone f’Għawdex kull sena mis-sena 2000 sas-sena 2010? Jista’ jgħid dawn l-linji kemm kienu kull sena għal kull 1000 ruħ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Malta Communications Authority m’għandhiex informazzjoni dwar in-numru ta’ linji fissi tat-telefon li tiddistingwi bejn numri f’Malta u numri f’Għawdex. L-informazzjoni li tinġabar mill-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni tinġabar għall-fini ta’ monitoraġġ tas-suq tat-telefonija f’Malta kollha u għalhekk għal dan l-iskop s’issa ma kienx hemm il-ħtieġa li din l-informazzjoni tiddistingwi bejn numri f'Malta u numri f'Għawdex.

Burmarrad — Triq li għandha bżonn wiċċ ġdid

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk preżentement hemmx pjan li t-triq principali, minn ħdejn il-Knisja ta' Burmarrad sa ħdejn ir-roundabout ta' Erba' Mwieżeb (fejn tibda l-bypass ta' San Pawl il-Baħar) tinqala' u tingħata wiċċ ġdid ta' tarmac? Jekk le, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex din il-parti tat-triq tiddaħħal fil-programm tax-xogħol tax-xhur li ġejjin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta qed tippjana xogħol ta' major patching fejn hemm bżonn fl-imsemmija triq.

Kwestjoni dwar reserved parking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni persuna b'diżabilità li tgħix ma’ oħtha, u li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, il-linji s-sofor ta' quddiem ir-residenza tagħha ġew imneħħija wara li kollox kien għadda mill-proċeduri kollha biex ingħatat il-permess biex sarulha dawn il-linji? Jista’ jgħid meta se jerġgħu jsiru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt il-każ imsemmi lil Transport Malta biex tieħu azzjoni skont il-proċeduri stabbiliti.

vetturi b'mutur liċenzjat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-istokk ta’ vetturi bil-mutur liċenzjati f’Malta u Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-2008 sal-lum? Jista' jikklassifikahom taħt vetturi privati, motor-cycles, vetturi kummerċjali, karozzi self-drive, coaches u xarabanks, taxis, eċċ?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Transport Malta — policy dwar speed cameras

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Tranpsort Malta waslitx għall-konklużjoni dwar l-istudju li kienet qed tagħmel għal dak li jikkonċerna policy dwar l-istallazzjoni ta' speed cameras madwar Malta u Għawdex? Jekk iva, meta hu mistenni li din il-policy tiġi mħabbra u tibda taħdem?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s-iSpeed Management Policy tinsab fil-fazi finali. Sussegwentament id-dokument jigi ppubblikat u mplimentat.

Aġġudikazzjoni ta' tenders fuq toroq arterjali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma t-toroq arterjali li għalihom diġà ħarġu t-tenders u li jinsabu fi stat ta' aġġudikazzjoni? Liema tenders huma diġà aġġudikati u li hu mistenni jinbeda x-xogħol fuqhom fil-futur qarib?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-proġetti ewlenin f'toroq arterjali li diġa ħargu t-tenders għalihom u li bħalissa jinsabu fi stat t'aġudikazzjoni huma: L-underpass li minn Triq Diċembru 13 tagħti għall-Menqa fil-Marsa It-Triq ta' Pennellu fil-Mellieħa Il-proġetti ewlenin f'toroq arterjali, li bħalissa qegħdin fil-proċess li jiġu ffirmati il-kuntratti tax-xogħlijiet tagħhom u li hu mistenni jinbeda xogħol fuqhom fil-futur qarib huma: Triq il- Kunsill tal-Ewropa f'Ħal-Luqa u Triq Garibaldi fil-Marsa It-triq li mill-Menqa tagħti għas-Sea Passenger Terminal fil-Marsa Triq il-Marfa fiċ-Ċirkewwa Triq L-Imġarr Għawdex minn tal-Ħniena sar-Rabat Għawdex

ID card

Question

Jista' l-Ministru jara li impjegati tal-ID Card iċemplu lill-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li tilfet l-ID Card u tixtieq li xi ħadd immur id-dar u jagħmilha ID Card oħra peress li hija ma toħroġx mid-dar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.

spiża tal-operat tar-Reġistru Pubbliku

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21,908, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li sar fis-sena 1999 bejn il-Gvern ta’ Malta u Eureka Services Limited in konnessjoni mal-prestazzjoni ta’ servizzi ta’ riċerka minn Eureka Services Limited lill-Gvern ta’ Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ftehim kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fis-7 ta' Diċembru 2000, Seduta 453.

Wied il-Għajn — Triq Gidwet u Triq Patri Wistin Borne

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru Triq Gidwet u Triq Patri Wistin Borne f'Wied il-Għajn għaliex ilhom ħafna jiġu mwiegħda li se jsiru, anke f'dan il-Parlament stess?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19277.

Żejtun — Triq il-Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jara li triq żgħira ħafna, Triq il-Ħaddiema (kantuniera ma' Labour Road) fiż-Zejtun bis-servizzi kollha mgħoddijin u li tinsab f'qagħda mill-iktar diżastruża issir għall-ewwel darba? Tenut kont li madwar sena u nofs ilu attendew anke żewġ ħaddiema tad-dipartiment relattiv għal spezzjoni imma t-triq baqgħet ma saritx u tenut kont li mal-ewwel xita timtela' bit-tajn u bit-trab kullimkien u saħħet in-nies li jgħixu hemmhekk tmur lura, jista' l-Ministru jara li l-Gvern jagħmel din it-triq malajr kemm jista' jkun?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19277.

Thesmartisland Island — Inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-185 inizjattiva mniżżla f’thesmartisland strategy 2008 – 2010, ġew konklużi jew għadhom ma bdewx jitwettqu? Jista' jgħid f’dawk l-inizjattivi fejn il-miri mhux jintlaħqu, għaliex qed jiġri dan għal kull inizjattiva? X’kienu r-riżultati f’dan il-perjodu għal kull inizjattiva (2008-2010) u x’miżuri qed jittieħdu biex tiġi ndirizzata din is-sitwazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella bl-informazzjoni mitluba. Ta' min ifakkar li peress li l-istrateġija The Smart Island kienet twassal sal-2010, bħalissa qed tkun imfassla strateġija ġdida li ovvjament ser tieħu inkunsiderazzjoni xi twettaq s'issa fil-waqt li l-miri jkunu aġġornati fid-dawl taċ-ċirkustanzi preżenti. Din l-istrateġija l-ġdida għandha tkun lesta sal-aħħar tal-2011.

popolazzjoni li tuża l-internet regolarment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija bħalissa r-rata tal-popolazzjoni li tuża l-internet regolarment u li hija ICT-literate?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-istatistika rraportata mill-Eurostat fir-rapport intitolat "Internet Usage in 2010 - Households and End-Users", tindika li 60% tal-popolazzjoni tuża l-internet tal-inqas darba kull ġimgħa. Statistika dwar l-ICT literacy per se ma' teżistix. Madanakollu, 62% tal-popolazzjoni użat l-internet fit-tlett xhur ta' qabel ma' sar dan l-istudju. Din il-figura tista' tagħti indikazzjoni tal-livell ta' ICT literacy fil-pajjiż.