Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – politika dwar is-saħħa mentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu għandux politika għas-saħħa mentali biex is-saħħa mentali tiġi integrata fit-tfassil ta’ kull politika mill-istess Ministeru? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx il-pjan li titfassal u tiġi adottata din il-politika (mental health policy)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan il-Ministeru, bħala parti mis-Servizz Pubbliku, huwa marbut mill-politika ċentrali fuq is-saħħa mentali. Minbarra hekk tajjeb li jingħad ukoll li fil-Ministeru tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċjali jistgħu jirrikorru f’każ ta’ diffikultà ulterjuri.

Ħal Għaxaq — Skola Primarja - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet fl-Iskola Primarja ta’ Ħal Għaxaq u meta mistenni li dawn ikunu lesti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskola msemmija sar ix-xogħol neċessarju kemm ta’ tisbiħ u kif ukoll ta’ estensjoni biex bħala skola apparti li tkun iżjed akkoljenti kemm għal edukaturi u kif ukoll għat-tfal, tkun tista’ tilqa’ wkoll iżjed tfal. L-iskola laqgħat l-istudenti tagħha b’mod normali.

Università – Sala Sir Temi Zammit – Sistema tal-arja kkundizzjonata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, issa li ser tibda sena akkademika oħra, meta ser issir mill-ġdid is-sistema tal-arja kkundizzjonata ġewwa s-sala Sir Temi Zammit fl-Università?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan hu parti mill-proġett ta’ refurbishment li jsir mill-Universita ta’ Malta nnifisha.

Skejjel primarji — Għarfien dwar is-saħħa mentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-għarfien dwar is-saħħa mentali hux inkluż fil-kurrikulu tal-iskejjel primarji?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għarfien dwar is-saħħa mentali u l-benesseri emozzjonali huma parti minn sillabu komprensiv tat-tagħlim tal-PSCD.

Università ta’ Malta — Kors ta’ Masters in Educational Psychology

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kors ta’ Masters in Educational Psychology fl-Università ta’ Malta jiftaħx kull sena? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma r-raġunijiet għaliex dan il-kors ma jiftaħx kull sena, jekk inhu l-każ?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kors imsemmi jiftaħ kull sentejn peress li ma jkunx hemm domanda mill-applikanti li hi biżżejjed biex il-kors jiftaħ b’mod aktar frekwenti. Dan jippermetti użu aħjar tar-riżorsi għal taqsimiet-studju oħra, bħal pereżempju, il-Metodi tar-Riċerka u l-Psikopatoloġija; uħud mill-fergħat, jew kollha, jistgħu jkollhom lectures flimkien. Il-kollokament joħloq sfida, jekk irridu niżguraw li jkun wieħed ta’ kwalità għall-istudenti tagħna.

Istituzzjonijiet post-sekondarji – Stipendju

Question

Jista' l-Ministru jelenka liema huma dawk l-istituzzjonijiet post-sekondarji kollha, li fihom l-istudenti huma intitolati għall-istipendju?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 605.06, l-istudenti li jinsabu f’istituzzjonijiet ta’ Edukazzjoni u Taħriġ Post-Sekondarju jew Vokazzjoni approvati, jibbenefikaw mill-Għotjiet ta’ Manteniment.

Awtorità għall-Integrità fl-Isport f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità għall-Integrità fl-Isport f'Malta (AIMS) bdietx topera, u jekk iva jgħid: a. minn fejn qiegħda topera; b. kemm hu l-budget tagħha; u ċ. kemm għandha impjegati magħha u f'liema skali u pożizzjonijiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

MCAST — Studenti li ma komplewx il-kors

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi d-data, sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin skolastiċi (minbarra 2023-2024) ta' kemm daħlu studenti fil-korsijiet tal-MCAST u ma komplewx telgħin għat-tieni sena tal-kors (jiġifieri kemm kien hemm drop-outs waqt l-ewwel sena)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Skola Primarja Ħal Għaxaq –– Air Conditioners bil-ħsara

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jkunu qed jissewwew l-Air Conditioners fl-Iskola Primarja ta' Ħal Għaxaq u xi pjan temporanju hemm sadanittant?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Rwol ta' individwu

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9815, peress li din it-tweġiba mhijiex ċara, jista' l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex membru ta' bord jew le?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ċentru tal-Università — Ix-Xewkija - xogħlijiet fuq l-estensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4372, 6381, 7410, 9266, 10032 u 10461 li issa ilhom pendenti diversi xhur, u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2543 dwar ix-xogħlijiet fuq l-estensjoni taċ-Ċentru tal-Università fix-Xewkija, Għawdex, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija kollha kemm hi (intiera) u jgħid din l-estensjoni meta hu maħsub li tkun lesta minn kollox u tibda tintuża? Jista’ jgħid ukoll meta nbeda x-xogħol fuqha?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2543.

Imtarfa – Skola Primarja – studji

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8405, peress illi l-ebda mit-tweġibiet li rreferieni għalihom il-Ministru ma jirrispondu l-mistoqsija li saritlu, għaliex fl-ebda minn dawn ma hemm il-publikazzjoni tal-istudji dwar l-Iskola Primarja tal-Imtarfa, jista’ l-Ministru allura jippublika l-istudji li saru dwar l-Iskola Primarja tal-Imtarfa li jispjegaw ir-raġunijiet għalfejn din l-iskola ngħalqet kif ukoll jagħtu informazzjoni dwar il-possibbiltà li ssir tiswija?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li nerġa' nirreferiha għall-istqarrija pubblika li saret nhar il-Ħamis 9 ta’ Frar 2023 numru PR230217. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-iskola ġarrbet ħsarat naturali u hi evidenti biżejjed li l-iskola msemmija mhijiex fi stat li tibqa’ topera.

MCAST — Institute of Applied Science - Problema bis-sistema ta' arja kkundizzjonata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx problema bis-sistema ta' arja kkundizzjonata fl-Institute of Applied Science (IAS) fl-MCAST?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament m’hemmx ħsara fl-arja kkundizzjonata tal-iskola msemmija.

MCAST — Institute of Community Services - Ħsarat fil-lift

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsarat fil-lift tal-Institute of Community Services fl-MCAST ta' Raħal Ġdid? Jekk iva, x'inhi u kemm hu stmat li se ddum din il-ħsara biex tissewwa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-problema relatata mal-lift qed tiġi indirizzata.

Qasam Edukattiv — Servizz minn għalliema u professjonisti oħra wara li jagħlqu l-età ta' 67 sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li għalliema u professjonisti oħra fil-qasam edukattiv li jkunu qabżu s-67 sena jibqgħu jagħtu s-servizz tagħhom mal-Istat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed tintuża s-sistema fejn tinħareġ sejħa għal dawk l-Edukaturi rtirati li jkunu jixtiequ jkomplu jwettqu d-dmirijiet t’għalliema. Bħalissa hemm 15-il edukatur li ġew ingaġġati minn din is-sejħa.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Remunerazzoni ta’ individwi

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-individwi fi ħdan il-Ministeru tiegħu, inkluż dawk f’awtoritajiet, entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, li għandhom pakkett finanzjarju ikbar mill-Ministru nnifsu? Jista’ jgħid ukoll min huma u kemm hu l-pakkett annwali, inkluż perkaċċi u bonuses?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12090.

Ħaż-Żebbuġ – Kulleġġ San Injazju — Kapijiet tal-Iskola

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fl-aħħar tliet snin kemm-il Kap tal-Iskola differenti kienu inkarigati mit-tmexxija tal-Kulleġġ San Injazju Ħaż-Żebbuġ Primary?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.