Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #4059 Sitting 84 2018-02-20 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Direct orders bejn l-2008 u l-2013

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tad-direct orders mogħtija mid-dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha (inkluż fejn japplika dawk li jaqgħu taħt is-Segretarji Parlamentari fid-dekasteru tagħha) sena b’sena, bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Tista’ tagħti d-data meta ngħatat kull direct order, l-ispiża ta’ kull direct order u lil min ingħatat kull direct order?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #3686 Sitting 83 2018-02-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – allegazzjonijiet ta’ rimi llegali ta’ demel likwidu

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3168, tista’ l-Ministru tgħid kemm-il rapport irċieva l-Ministeru tagħha u li ġie mgħoddi lill-Pulizija dwar rimi llegali ta' demel likwidu f'diversi żoni f'Għawdex? Tista' tagħti d-dati meta l-Ministeru għadda dawn ir-rapporti lill-Pulizija?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li s-sena l-oħra saru tlett rapporti dwar żbroff ta' demel. Dawn ġew irrappurtati fit-2 ta' Settembru 2017, fis-7 ta' Settembru 2017 u fit-22 ta' Settembru 2017 fl-Għassa tal-Pulizija tar- Rabat, Għawdex.
Leg 13 PQ #3687 Sitting 83 2018-02-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Post ċentrali fejn jinġabar demel likwidu tal-baqar

Question

Tista' l-Ministru tgħid li peress li f'Għawdex mhemmx post ċentrali fejn jinġabar demel likwidu tal-baqar: a) x'qed isir bħalissa minn dan id-demel likwidu; u b) jekk hemmx pjani mill-Ministeru għal Għawdex li jindirizzaw din il-problema?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex qed jieħu sehem f’diskussjonijiet għal soluzzjonijiet fit-tul fuq bażi nazzjonali.
Leg 13 PQ #3516 Sitting 82 2018-02-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – kumitat jew bord — membri

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ membri ta’ kull kumitat jew bord li nħatru minn Marzu tal-2013 ‘l hawn fil-Ministeru għal Għawdex jew xi entità li taqa' taħt l-istess Ministeru? Tista' tindika kemm kienet ir-remunerazzjoni ta' kull membru fis-sena f'kull kumitat jew bord fejn dawn ma kenux bla ħlas?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #537 Sitting 81 2018-02-08 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — direct orders

Question

Tista' l-Ministru tagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat minn kwalsiasi entità li taqa' taħtha, inkluż id-data u l-valur, mill-1 ta' Diċembru 2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub. Nirrimarka li kull direct order ingħata skont l-Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.
Leg 13 PQ #3399 Sitting 81 2018-02-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – senior management — allowances

Question

B’referenza għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 2729 u 2930, peress li ma ngħatawx tweġibiet għall-mistoqsijiet kollha, tista’ l-Ministru tgħid jekk tafx li tali tweġibiet jistgħu jiġu interpretati li uffiċjali mis-senior management tal-Ministeru għal Għawdex setgħu ngħataw xi allowance apparti dawk li huma nklużi fil-kuntratti rispettivi tagħhom? Jekk dan huwa minnu, ma taħsibx li f’ġieħ it-trasparenza, din il-Kamra għandha tkun taf x’kienu dawn l-allowances jew inkella jkun hemm risposta kategorika li dawn ma ngħataw l-ebda allowance apparti dak elenkat fil-kuntratt rispettiv tagħhom?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li l-ebda uffiċċjal mis-senior management ma ngħata xi allowance li ma hijiex inkluża fil-kuntratt rispettiv tagħhom.
Leg 13 PQ #3404 Sitting 81 2018-02-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Dipartiment u entitajiet – oġġetti mħassra mill-inventarji rispettivi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid, f’kull Uffiċċju/sezzjoni ta’ kull dipartiment jew entità fid-dekasteru tagħha, kemm kien hemm oġġetti li ġew maqtugħa jew imħassra mill-inventarji rispettivi mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ x’kien l-oġġett u l-valur tiegħu u x’kienet ir-raġuni li għalih inqata’ jew ġie mħassar mill-inventarju rispettiv? F’kull każ, min kien l-uffiċjal li ta l-approvazzjoni biex l-oġġett jitħassar jew jinqata’?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #3405 Sitting 81 2018-02-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – overtime maħdum

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm inħadem overtime fil-Ministeru tagħha u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Tista’ tipprovdi din iċ-ċifra globali separatament għal kull entità/dipartiment?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #3452 Sitting 81 2018-02-08 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għal Għawdex

Studenti Għawdxin li qed jistudjaw f’Malta — akkomodazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid xi pjanijiet għandha sabiex ittaffi n-nuqqas ta’ akkomodazzjoni affordabli għall-istudenti Għawdxin li qed jistudjaw f’Malta?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex qed jesplora l-possibiltà li jkun hemm hostel li tilqa fiha l-istudenti Għawdxin.
Leg 13 PQ #3453 Sitting 81 2018-02-08 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija – inħawi tal-Barmil – xogħlijiet – kumpens lill-bdiewa

Question

Peress li x-xogħlijiet li qed isiru bħalissa fl-ispazju industrijali fl-inħawi tal-Barmil ix-Xewkija Għawdex minn Public Private Partnership qed isiru f’għelieqi li sa issa kienu maħdumin minn bdiewa Għawdxin, tista' l-Ministru għal Għawdex tgħid jekk hemmx finanzjament ippjanat min-naħa tal-Gvern biex jagħmel tajjeb għal ħsara u dannu li sofrew dawn l-istess bdiewa? Ma taħsibx il-Ministru li dawn il-bdiewa jixraqilhom kumpens peress li tħallew iħawlu jew jiżirgħu l-uċuh tar-raba’ mingħajr ma kienu avżati li ser jitilfu kollox din is-sena?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 13 PQ #3327 Sitting 80 2018-02-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Taqsima tal-Kultura

Question

Tista' l-Ministru tgħid min qed imexxi t-taqsima tal-Kultura f'Għawdex? Għaliex tneħħiet il-persuna li kienet qed tmexxi din it-taqsima sa ftit taż-żmien ilu? Kif intgħażlet il-persuna li ħadet dan il-post? Xi kwalifiki għandha din il-persuna biex tmexxi taqsima daqstant importanti għall-gżira ta' Għawdex? Tista' tgħid jekk kienx hemm persuni oħra li kienu għaddew mill-interview li kien sar għal head tal-Kultura f'Għawdex ftit tas-snin ilu u għaliex dawn ma ġewx avviċinati biex imexxu din it-taqsima?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li qed jirreferi għaliha ġiet temporanjament assenjata bħala Project Leader tal-Proġett tal-Mużew t’Għawdex li qed isir minn fondi Ewropej. Dan sar sabiex jiġi assigurat li l-proġett isir skont it-timeframes stabbiliti u minn meta ttieħdet din id-deċiżjoni li l-proġett ikollu Project Leader iffukat fuq il-proġett, il-progress kien notevoli. It-taqsima tal-Kultura, li llum taqa’ taħt id-Direttorat tat-Turiżmu, qed titmexxa mill-assistent tal-uffiċjal li kien qed imexxi din it-taqsima.
Leg 13 PQ #3372 Sitting 80 2018-02-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – Park and Ride

Question

Tista' l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li l-Park and Ride li kien qed jintuża għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex twaqqaf? Kemm kien ġie jiswa sakemm kien qed u baqa’ jiġi provdut is-servizz? Tista’ tgħid inħarġux tenders għal Park and Ride jew inkella ngħatawx permezz ta’ direct order?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 13 PQ #3398 Sitting 80 2018-02-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – għoti ta’ xogħol ta’ għamara lill-uffiċjali

Question

B’referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 2929, tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet kollha u tgħid, jekk il-Ministru tafx li l-għoti ta’ xogħol ta’ għamara lill-uffiċjali li mhumiex impjegati fis-sezzjoni tal-mastrudaxxi jmur kontra r-regolamenti, aktar u aktar meta dawn l-uffiċjali jkollhom xi grad fis-servizz ġenerali u għandhom paga ħafna aktar minn dik ta’ mastrudaxxa? F’każ li dawn l-uffiċjali jweġġgħu meta jkunu qegħdin jagħmlu tali xogħol ta’ għamara, dawn se jkunu koperti mill-Ministeru u jingħataw kumpens għad-danni li jkunu sofrew?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infrumata li dan ix-xogħol hu ta’ kwalità tajba u sar minn nies kompetenti fis-sena tax-xogħol tal-injam.
Leg 13 PQ #3820 Sitting 80 2018-02-07 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

Il-Mitħna tax-Xewkija — restawr

Question

Tista’ l-Ministru tgħid f’liema stadju wasal il-proġett li se jwassal biex tiġi restawrata l-Mitħna tax-Xewkija? Tista’ tgħid meta huwa maħsub li dan ir-restawr jitlesta?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li bħalissa għaddej il-proċess tal-procurement fejn qed jkomplu jiġu ppubblikati u aġġudikati s-sejħiet għall-offerti u quotations għall-provvista ta' għodda, materjal u tagħmir għall-bini tal-mekkaniżmu tal-Mitħna. Ix-xogħol tar-riabilitazzjoni tal-Mitħna kollu hu mistenni li jitlesta sal-aħħar tas-sena 2019.
Leg 13 PQ #3821 Sitting 80 2018-02-07 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

EkoGħawdex – restawr ta’ postijiet storiċi Għawdxin

Question

Tista’ l-Ministru tispjega kif qed titħaddem l-inizjattiva ta’ restawr ta’ postijiet storiċi fil-lokalitajiet Għawdxin permezz tal-istrateġija EkoGħawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema Restoration Works Scheme for Gozitan Local Councils 2017 infetħet għall-Kunsilli Lokali kollha Għawdxin bejn it-30 ta’ Ottubru 2017 u l-1 ta’ Diċembru 2017. Bord maħtur apposta qed jevalwa s-sottommissjonijiet li tressqu quddiemu. Ir-riżultat tal-għażla ser ikun imħabbar lill-applikanti. Infakkar lill-Onor Interpellant li din hi l-ewwel darba li qed titnieda skema simili f’Ghawdex li minnha ser jibbenefikaw diversi lokalitajiet Għawdxin.
Leg 13 PQ #3278 Sitting 79 2018-02-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – użu tal-bini li kellu jkun iċ-Child Development Centre

Question

Tista' l-Ministru tgħid għal xiex qed jintuża llum il-bini li kien inbena mill-Ministeru għal Għawdex mill-flus ta' Eko-Għawdex u li kellu jkun iċ-Child Development Centre nbena f'Tal-Ibraġġ ħdejn l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Tista' tgħid jekk din il-binja kollha hiex amministrata mill-Ministeru għal Għawdex jew jekk ġietx mgħoddija lil xi Ministeru ieħor jew xi kumpanija privata?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lil Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija Paralmentari lill-Ministru kkonċernat, dan filwaqt li l-Ministeru għal Għawdex jibqa’ kommess li dawn is-servizzi ser jibqgħu jiġu offruti lill-Għawdxin mill-Ministeru għal Għawdex
Leg 13 PQ #3816 Sitting 79 2018-02-06 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

Ċittadella – spiża fil-manutenzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża li ntefqet fil-manutenzjoni taċ-Ċittadella matul l-2017?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li matul is-sena 2017 l-ispiża li ntefqet fuq il-manutenzjoni taċ-Ċittadella, inkluż dawk li saru mir-Restoration Unit kienet ta’ €196,542.97 (inkluża l-VAT).
Leg 13 PQ #3817 Sitting 79 2018-02-06 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

Fanal tal-Ġordan — restawr

Question

Tista’ l-Ministru tgħid f’liema stadju wasal ir-restawr tal-Fanal tal-Ġordan?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif ġie mħabbar il-ġimgħa li għaddiet, ix-xogħol fuq il-Fanal tal-Ġordan beda’.
Leg 13 PQ #3818 Sitting 79 2018-02-06 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

Akwedotti t’Għawdex — restawr

Question

Tista’ l-Ministru tgħid f’liema stadju wasal ir-restawr tal-Akwedotti t’Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lil Onor. Interpellant illi l-ewwel fażi tar-restawr tal-Akwedotti ġiet konkluża f’Awwissu 2017. Preżentament, il-Ministeru qed jippjana l-fażijiet l-oħra.
Leg 13 PQ #3819 Sitting 79 2018-02-06 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

Studji biex jiġi kkonsolidat l-Għar ta’ Kalipso

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex waslu l-istudji biex jiġi kkonsolidat l-Għar ta’ Kalipso? Tista’ tgħid meta huwa maħsub li jitlestew?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed isir studju preparatorju minn esperti fil-qasam, li minnu tittieħed deċiżjoni dwar l-intervent li għandu jsir f’dan is-sit. L-istudju mistenni jkun konkluż ix-xahar id-dieħel