Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #7589 Sitting 161 2018-11-05 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

National Oil Corporation — struttura

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kif inhi magħmula l-istruttura tan-National Oil Corporation? Min huma l-membri tal-bord tan-National Oil Corporation? X'inhi l-funzjoni tan-National Oil Corporation? X'inhu x-xogħol li qed twettaq din il-Korporazzjoni bħalissa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li l-istruttura ppjanata hi ta’ kumpanija – National Oil Company, iżda din għadha ma ġietx iffurmata minhabba li qed tigi studjata l-aħjar struttura tagħha. Il-funzjoni tal-kumpanija tkun li tħares l-interessi ta’ l-Istat fil-qasam taż-żejt u gass naturali.
Leg 13 PQ #7590 Sitting 161 2018-11-05 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Liċenzji għat-tħaffir taż-żejt

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid f'liema żoni u lil min inħarġu liċenzji mill-Gvern Malti għat-tħaffir taż-żejt, sena b'sena, mill-2008 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? X'area tkopri kull liċenzja u min għandu dawn il-liċenzji? Jista’ jgħid x'tip ta' kuntratt kien hemm/hemm bejn dawk li ħaffru/se jħaffru għaż-żejt u l-Gvern Malti? Min se jħallas għat-tħaffir għaż-żejt?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif mitlub rigward liċenzji għat-tħaffir huwa fit-tabella hawn taht: Sena Kumpanija Area/Blokki Tip ta' Kuntratt Min hallas Terminat Area (sq km) 2008 Malta Oil Pty Ltd Area 4, Blocks 4,5,6,7 Production Sharing Contract Malta Oil Pty Ltd Iva 5715
Leg 13 PQ #7591 Sitting 161 2018-11-05 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumpaniji taż-żejt – tħaffir taż-żejt

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kumpaniji taż-żejt li bħalissa qed juru interess fit-tħaffir taż-żejt fl-areas li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni Maltija u fiex waslu d-diskussjonijiet mal-Gvern Malti? F'kull każ, jista’ jgħid meta bdew id-diskussjonijiet mal-Gvern Malti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Waqt li ninsab informat li hemm kumpaniji li qegħdin juru interess għat-tiftix għaż-żejt, ma jaghmilx sens kummercjali li jingħata tagħrif dwar dawn il-kumpaniji qabel ma jintlaħaq ftehim.
Leg 13 PQ #7656 Sitting 161 2018-11-05 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023 – strategic objective 4

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7475 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'qed jagħmel il-Gvern sabiex f'pajjiżna jinħoloq bilanċ bejn in-nisa u l-irġiel fil-politika u fit-teħid ta' deċiżjonijiet pubbliċi hekk kif identifikat fl-istrategic objective 4 tal-Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Wieħed mill-impenji tal-gvern f’din il-leġislatura huwa li jindirizza deficit sinifikanti fil-hajja demokratika tal-pajjiz u jilħaq l-obbligi elettorali u fl-istess ħin jimmira li jilħaq dak li impenja ruhu għalih internazzjonalment. Fix-xhur li għaddew is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi l-Onor Julia Farrugia ħatret Kumitat Tekniku biex iressaq proposti dwar mi¿uri pozittivi li għandhom iwasslu biex in-nisa jipparteċipaw aħjar fil-ħajja parlamentari u l-Parlament isir mudell fejn tidhol l-ugwaljanza bejn is-sessi. Il-Kumitat Tekniku ħejja Green Paper li se sservi biex tiffacilita d-diskussjoni bejn l-istakeholders kollha la darba jiskatta l-proċess ta’ konsultazzjoni.
Leg 13 PQ #4514 Sitting 158 2018-11-02 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Third Country Nationals — permess ta' residenza

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 750 u 136 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid x’pożizzjoni jkollu persuna Third Country National li ilu ħames snin jirrisjedi u jaħdem legalment f'Malta? Dan għandu dritt li jingħata permess ta' residenza għall-ħames snin oħra, liema permess jinkorpora fih id-dritt li jaħdem? Kemm kien in-numru ta’ Third Country Nationals li kienu ilhom ħames snin jirrisjedu u jaħdmu f'Malta u li applikaw għall-permess ta' residenza ta' ħames snin xahar b'xahar fl-aħħar 24 xahar? Kemm minnhom ingħatalhom dan il-permess? Kemm minnhom ma ngħatalhomx permess? Minn liema pajjiż kienu ġejjin?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat minn Identity Malta li persuna ġejja minn pajjiż terz, u li ilha taħdem f’Malta minn talanqas ħames snin tista’ tagħżel li tapplika għall-istatus ta’ resident fit-tul skont il-kundizzjonijiet tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 217.05. Dawn il-persuni jinħarġilhom permess ta’ residenza validu għal ħames snin. Persuni li għandhom dan l-istatus, għandhom dritt awtomatiku li jidħlu fis-suq tax-xogħol. Il-permess ta’ residenza jiġġedded kull ħames snin sakemm l-applikant ma jkunx kiser waħda mill-kundizzjonijiet f’artiklu 9 tal-liġi msemmija aktar ‘il fuq. Identity Malta rċiviet 66 talba ta’ persuni minn pajjiżi terzi għal status ta’ residenza fit-tul fl-aħħar sentejn. 32 kienu approvati. Kien hemm 3 talbiet rrifjutati minn Identity Malta li iżda ġew milqugħa mill-Bord tal-Appell dwar l-Immigrazzjoni. 3 talbiet ġew miċħuda waqt li 27 għadhom pendenti. Il-pajjiżi li minnhom kienu ġejjin il-persuni kollha li applikaw huma: l-Amerika, il-Ġappun, il-Pakistan, l-Azerbaijan, ir-Russja, is-Serbja, il-Gordan, il-Filippini, il-Maċedonja, iċ-Ċina, l-Eġittu, l-Indja, il-Libja, l-Albanija, il-Bosnja, l-Iran, il-Bangladesh
Leg 13 PQ #4515 Sitting 158 2018-11-02 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — appointment ta' konsulenza

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 751 u 137 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta’ konsulenza mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu, permezz ta’ direct order? X’kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza? X’inhu l-valur ta’ kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġibiet tal-Mistqosijiet Parlamentari numri 1997, 2334, 4380, 4590, 4627, 4628, 7454, 11539, 12058, 17496, 17739, 21783, 25618, 25621, 25624 tal-Leġiżlatura 12 u 516, 1115, 3845, 4301 u 5265 tal-Leġiżlatura 13.
Leg 13 PQ #4524 Sitting 158 2018-11-02 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid, wara li f’Jum ir-Repubblika tal-2014, il-Gvern għoġbu jonora lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala Kumpann Onorarju tar-Repubblika ta’ Malta, x’għamel għal ġid ta’ Malta l-imsemmi individwu minn dakinhar lil hawn?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 4100.
Leg 13 PQ #4525 Sitting 158 2018-11-02 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Malta Gaming Authority – impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il impjegat ġdid daħal jaħdem taħt kwalsiasi titolu jew kuntratt, mal-Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob fl-2016 u fl-2017, xahar b’xahar? F’liema grad daħlu dawn l-impjegati u f’liema lokalità jirrisjedu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li fl-2016 daħlu jaħdmu 33 persuna u fl-2017 daħlu jaħdmu 20 persuna. Dawn jgħixu fi 30 lokalita differenti f’Malta. Il-gradi li daħlu jaħdmu dawn l-persuni huma dawn: Head of HR Accounts Officer Administrative Assistant - Facilities Administrator - Authorisations Anti- Money Laundering Officer Authorisations - Administrator Business Manager Chief Officer - Finance Chief Officer - Internal Audit Chief Officer Business and Program Development Compliance & Systems Auditor Compliance Administrator Corporate Affairs Manager Corporate Affairs Officer CRM Developer Database Specialist Due Diligence Administrator Game Specialist Analyst Gaming Inspector HR Administrator HR Officer ICT Executive IT Administrator Junior Auditor Junior Systems Auditor Licensing Officer Management Accountant Manager Enforcement Office Attendant/Cleaner Officer Supervisory Regulatory Supervision Manager Senior Executive Senior Executive - Internal Audit Senior Executive Quality Assurance Senior Legal Advisor
Leg 13 PQ #4526 Sitting 158 2018-11-02 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Malta Gaming Authority – kwalifiki ta’ individwu li jmexxi unit kontra l-ħasil ta’ flus

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid xi kwalifiki għandu l-individwu li jmexxi l-Unit kontra l-ħasil tal-flus fl-Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat li d-dipartiment responsabli mis-supervizjoni fuq ħasil ta’ flus fis-settur tal-logħob fi hdan l-Awtorita Maltija tal-Logħob jaqa’ taħt ir-responsabilta’ taċ-Chief Officer Enforcement, li huwa kwalifikat b’ Bachelors of Arts in Criminology, u Doctor of Laws u Magister Juris in EU and Comparative Law mill-Universita ta’ Malta.
Leg 13 PQ #4527 Sitting 158 2018-11-02 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1026 u 161 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija minn kull entità, Ministeru, dipartiment, Korporazzjoni u/jew Awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2015, l-2016 u l-2017 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta’ min, lil min, l-ammont involut u għala ma kienx hemm sejħa pubblika f’kull każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #7557 Sitting 158 2018-11-02 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kontribuzzjonijiet tal-IIP — nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7149 u jgħid fid-dettall kif intefqet is-somma ta’ €430 miljun li ġew mill-fondi għall-kontribuzzjonijiet tal-Individual Investor Programme (IIP)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif mitlub mill-Onor Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #7376 Sitting 155 2018-11-01 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – servizzi ta’ konsulenza minn individwu

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll kemm dan l-individwu tħallas għas-servizzi tiegħu, sena b'sena? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #7489 Sitting 155 2018-11-01 Oral · Final From: MARLENE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Jum Internazzjonali biex tintemm l-impunità għal reati mwettqa fuq ġurnalisti

Question

Issa li Malta sfat waħda mill-pajjiżi fid-dinja fejn il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia nqatlet minħabba t-twettiq ta’ xogħolha, u r-ranking ta’ Malta fejn jidħol ħelsien tal-istampa niżel 18-il-post, biex issa ninsabu fil-65 post minflok fis-47 post, skont l-indiċi tal-ħelsien tal-istampa tal-RSF, nistaqsi kif beħsiebu l-Gvern jimmarka l-Jum tat-2 ta’ Novembru, li huwa l-Jum Internazzjonali dedikat biex tintemm l-impunità għal reati mwettqa fuq ġurnalisti? Jista’ jgħid x’qed jagħmel il-Gvern biex il-ġurnalisti jkunu aktar protetti u biex ma terġax tintilef il-ħajja ta’ ġurnalisti li qegħdin f’riskju?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Gvern ma joqgħodx jistenna jiem partikolari biex jaħdem favur iktar libertà tal-espressjoni, imma jmexxi 'l quddiem il-libertajiet ċivili – inkluż il-libertà tal-espressjoni - bis–saħħa ta' liġijiet ġodda li jgħaddi. Dan il-Gvern wettaq riformi li kienu ilhom li tħallew fuq l-ixkaffa ghal ġenerazzjonijiet sħaħ biex illum għandna qafas legali fost l-iktar progressiv fl-Ewropa u 'l hinn fejn tidħol il-libertà l-espressjoni – kemm artistika u kif ukoll ġurnalistika. Infakkar kif dan il-Gvern wettaq riforma li biha neħħa ċ-ċensura artistika u rriforma mill-qiegħ il-liġijiet kriminali tagħna li kienu qed iservu sarima ma' ħalq l-artist. Infakkar li bċejjeċ artistiċi li sa ftit ilu kienu jiġu ċċensurati, illum jittellgħu għall-pubbliku bl-iktar libertà. Infakkar ukoll li waqt li sa ftit snin ilu kittieba kienu tressqu l-Qorti akkuzati b'reati kriminali talli kitbu storja, llum wettaqna riformi legali li ġew imfahhra minn wiehed minn dawn iż-żewġ kittieba/pubblikaturi stess. Bl-istess mod dan il-Gvern dahhal fis-sehh pakkett ta' emendi li taw libertajiet ġurnalistiċi ġodda. Tneħħa l-libell kriminali, iddaħħal il-kuncett ta' medjazzjoni f'kawzi ta' libell ċivili, tħassru għadd ta' reati kriminali taħt diversi forom fejn jidħlu stejjer ġurnalistiċi, iddaħħal il-kuncett ta' citizen-journalism, tneħħa l-obbligu tar-registrazzjoni fejn jidħlu l-ġurnalisti, issaħħet il-protezzjoni għas-sorsi, tneħħiet il-possibbiltà li wieħed jiftaħ diversi libelli fuq l-istess storja, tneħħew il-mandati kontra l-ġurnalisti u tħalla mhux mimsus il-capping fejn jidħlu danni. Dan kollu sar b'diskussjonijiet twal u importanti mal-istakeholders kollha.
Leg 13 PQ #7274 Sitting 150 2018-10-30 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta – laqgħat tal-Bord tad-Diretturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret tal-Bord tad-Diretturi tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dati ta' meta saret kull laqgħa u jindika l-membri tal-Bord tad-Diretturi li kienu preżenti u/jew assenti għal kull waħda mil-laqgħat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li l-Advisory Board kellu ħames laqgħat (April, Mejju, Ġunju, Lulju u Settembru 2018). Kien hemm assenti is-sinjura Roberta Argento f’ laqgħa li saret f’Lulju u Dr. Ian Castaldi Paris u s-sinjura Diane Izzo f’ laqgħa li saret f’Settembru. Rigward l-Approvals Board saru ħames laqgħat fl-2017 minn Awwissu sa Diċembru u disa' laqgħat fl-2018 (Jannar sa Settembru ). Is-Sur Roderick Spiteri kien assenti fil-laqgħat ta’ Jannar, Marzu u Ġunju 2018 u s-sinjura Ruth Micallef kienet assenti għal laqgħat ta’ Mejju, Awwissu u Settembru 2018.
Leg 13 PQ #7275 Sitting 150 2018-10-30 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta –Bord tad-Diretturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema mill-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta huma nvoluti fit-tmexxija tal-istess Aġenzija? Jista' jgħid x'inhu l-involviment tagħhom fit-tmexxija tal-istess Aġenzija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat li l-ebda membru miż-żewġ Bords tad-Diretturi tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta mhuma involuti fit-tmexxija tal-istess Aġenzija.
Leg 13 PQ #7276 Sitting 150 2018-10-30 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta – Bord tad-Diretturi — rimunerazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'rimunerazzjoni jirċievu l-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li c-chairperson tal-Advisory Bord tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta tirċievi rimunerazzjoni ta’ €4,000 fis-sena waqt li kull membru jirċievi rimunerazzjoni ta’ €2,000 fis-sena.
Leg 13 PQ #7268 Sitting 149 2018-10-29 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta – person of trust

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il person of trust hemm jew kien hemm fl-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta mis-sena 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti l-kariga ta' kull person of trust u d-data ta' meta bdiet taħdem mal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat li l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta qatt ma kellha jew għandha person of trust.
Leg 13 PQ #7269 Sitting 149 2018-10-29 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta – position of trust

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il position of trust hemm jew kien hemm fl-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta mis-sena 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti deskrizzjoni ta' kull position of trust u d-dati ta' meta l-persuni li jokkupawhom bdew jaħdmu mal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat li l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta qatt ma kellha jew għandha position of trust.
Leg 13 PQ #7270 Sitting 149 2018-10-29 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta — ftehim

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim tal-Aġenzija li abbażi tiegħu jitwettaq l-operat tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta skont dak li jipprovdi l-artikolu 40 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kap. 497 tal-Liġijiet ta' Malta)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Din l-informazzjoni tinsab fl- Legal Notice 97 of 2018 li qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #7271 Sitting 149 2018-10-29 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta – struttura organizzattiva

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-tabella organizzattiva li turi l-istruttura organizzattiva tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.