Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' awtiżmu ġie diagnostikat mill-2000 sal-2009? X'kienet l-età tad-diagnożi f'kull każ? Kemm-il siegħa ta' terapija qiegħda tingħata bħalissa kull ġimgħa f'kull każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li mill-2000 sal-2009, fis-CDAU ġew dijanjostikati 254 tifel u tifla bl-Autistic Spectrum Disorder jew Pervasive Developmental Disorder.
Id-dijanjosi saret skont meta it-tfal ġew riferuti fis-C.D.A.U. L-aktar età komuni kienet minn sentejn sa 3 snin (111 każ) u bejn 3 u 4 snin (88 każ).
In-numru ta’ siegħat tat-terapija li tingħata kull ġimgħa tvarja skont il-problemi individwali tat-tifel jew tifla. Din it-terapija tinkludi
speech and language pathology
,
occupational therapy
, fiżjoterapija u servizz ta’ psikologu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilna mingħajr provvista ta' Amiodarone f'pajjiżna? Għaliex sew is-settur pubbliku kif ukoll dak privat inqabad mingħajr din il-mediċina essenzjali għall-persuni b'rata mgħaġġla li biha tħabbat il-qalb? Minn dakinhar 'il hawn kemm iddaħħlu pazjenti fl-Isptar Mater Dei ibatu b':
a) Atrial Flutter;
b) Atrial Fibrillation;
ċ) Ventricular Fibrillation; u
d) Tachy Arrythmias oħra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li t-tender għall-provvista tal-mediċina Amiodarone għalqet f’Settembru 2009 u l-aħħar provvista koperta b’din it-tender waslet Malta f’Awwissu 2009. Il-kuntrattur ma aċċettax li din it-tender tiġi estiża. Għalhekk fi Frar 2010 id-Dipartiment tal-Procurements xtara ammont limitat ta’ din il-mediċina mingħand agent lokali. Wara li d-Dipartiment tal-Procurements ħareġ Proforma Invoice biex jixtri stokk ieħor ta’ Amiodarone, l-aġent magħżul ma onorax il-ftehim. Id-Dipartiment bħalissa qieghed jixtri dirett mill-Ingliterra a spejjeż ta’ dan l-aġent.
Il-Ministeru m’għandux ġurisdizzjoni fuq volumi u konsenji ta’ mediċini fis-settur privat.
Fl-istess waqt għaddej proċess għal tender ġdida mad-Dipartiment tal-Kuntratti, liema proċess inbeda mid-Dipartiment tal-Procurements f’April 2009. Din it-tender bħalissa qegħda fl-istadju ta’ aġġudikazzjoni. Sakemm tiġi allokata din it-tender, id-Dipartiment ser jibqa’ jixtri il-mediċina Amiodarone permezz ta’ Proforma Invoices. Huwa mistenni li konsenja ta’ Amiodarone tasal Malta sa l-aħħar ta’ din il-ġimgħa.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sabiex jitnaqqas l-impatt fuq il-pazjenti, sar eżerċizzju ta’ ridistribuzzjoni ta’ din il-mediċina bejn l-ispiżeriji tal-Gvern u tnaqqas l-ammont li jiġi dispensat lil kull pazjent sabiex nippruvaw naqdu lil kulħadd.
In-numru ta’ pazjenti li ddaħħlu bil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Isptar Mater Dei mis-16 ta’ Frar 2010 sal-aħħar ta’ Marzu 2010 huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Recorded Discharge Diagnosis
ICD-10 Code
Number of Admissions from 17/02/2010 till 31/03/2010
Atrial Fibrillation/Atrial Flutter
I48
84
Ventricualr Fibrillation/Flutter
I49.0
0
Paroxysmal Tachycardia
I47
12
Other Cardiac Arrhythmias
I49.1 to I49.9
4
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15917 u jgħid kemm daħlu anzjani f'
a) Zammit Clapp
b) Karen Grech
ċ) Djar tal-Anzjani
d) Residenza San Vinċenz de Paule
matul l-2009? X'kienet il-lokalità tar-residenza tagħhom f'kull każ? Kemm minnhom iddaħħlu mill-Isptar Mater Dei f'kull każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li d-dettalji dwar in-numru ta’ anzjani li daħlu fi djar/residenzi matul l-2009 qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Din it-tweġiba ġiet ikkoreġuta bid-dokument Nru. 4803 li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta 229 tal-31 ta' Mejju 2010.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi konkreti ttieħdu bejn Jannar u Marzu 2010 biex jitjieb is-servizz taċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) billi jitrangaw l-ispazji ta’ parkeġġjar għall-użu minn familji li jużaw is-servizz tas-CDAU; jinxtara iżjed apparat għall-użu tat-tfal; ikun hemm privatezza meta jsiru sessjonijiet fil-fiżjoterapija; isiru rapporti iżjed regolari dwar il-progress tat-tfal; isiru sessjonijiet ta’ fiżjoterapija fl-iskejjel biex it-tfal ma jitilfux l-iskola; u li jerġgħu jsiru sessjonijiet nhar ta’ Sibt?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li bejn Jannar u Marzu 2010, ittieħdu dawn il-passi biex jitjieb is-servizz tas-CDAU:
1. Diġà inbeda proċess biex jinbidlu l-ispazji ta’ parkeġġ għall-użu minn familji li jużaw is-servizz tas-CDAU minħabba li bħalissa huwa diffiċli għall-persuni li jagħmlu użu mill-vetturi tagħhom biex jidħlu u joħorġu mill-vettura. Diġà ħarġet sejħa għall-offerti biex dan ix-xogħol ikun jista’ jsir.
2. Saret rikjesta għax-xiri ta’ 2
pacers
(
gait trainers
) u
Hoist
għall-użu tat-tfal u qed nistennew il-konsenja tagħhom.
3. Hemm tlett ikmamar li b’sodda waħda li ilhom jintużaw għal aktar minn sentejn biex ikun hemm privatezza meta jsiru sessjonijiet tal-fiżjoterapija.
4. It-tfal li jattendu id-Dipartiment tal-Fiżjoterapija tas-CDAU jiġu assessjati regolarment kemm waqt l-istess
sessions
u anke waqt żjajjar li jsiru fid-djar jew fl-iskejjel. Il-kura proposta dejjem tiġi diskussa mal-ġenituri li jattendu mat-tfal. Jinżammu noti ta’ kull
assessment
jew kura proposta u jsiru rapporti skond il-bżonn.
5. Sessjonijiet ta’ fiżjoterapija jeħtieġu faċilitajiet specjaliżżati li normalment ma ssibhomx fl-iskejjel.
6. Diġà hemm sessjonijiet mediċi u tal-fiżjoterapija nhar ta’ Sibt, għall-konvenjenza tal-ġenituri u biex it-tfal ma jitilfux l-iskola biex jiġu s-CDAU.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-gvern ma jipprovdix pilloli Omnic 04 għall-pazjenti li jbatu bil-prostata?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-pilloli Tamsulosin (Omnic) jintużaw għal kundizzjoni li ma tagħmilx parti mill-lista ta’ mard kroniku fuq Skeda V ta’ l-Att tas-Sigurtà Soċjali, għalhekk ma jingħatawx mill-Gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni rikoverati bħalissa fid-Dar tal-Anzjani fil-Mellieħa? Minn liema lokalitajiet ġejjin? Kemm hemm jistennew biex jidħlu f’din id-dar u minn liema lokalitajiet ġejjin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni rikoverati bħalissa fid-Dar tal-Anzjani fil-Mellieħa huwa ta’ 130. Dawn ġejjin min dawn il-lokalitajiet:
Lokalità
Residenti
B’Buġia
1
B'Kara
7
Burmarrad
1
Dingli
1
Fgura
2
Għargħur
5
Għaxaq
1
Gudja
2
Gżira
3
Ħamrun
6
Kappara
2
Manikata
1
Marsa
3
Mellieħa
49
Mġarr
3
Mosta
10
Naxxar
1
Paola
3
Qawra
2
Qormi
2
Sliema
1
St. Julians
2
St. Paul's Bay
9
Sta. Luċija
1
Sta. Venera
5
Valletta
3
Żabbar
2
Żebbuġ
2
Total
130
In-numru ta’ anzjani li qegħdin jistennew biex jidħlu f’din id-dar huwa 152. Huma ġejjin minn dawn il-lokalitajiet:
Lokalità
Numru
Lokalità
Numru
Attard
3
Mosta
10
Balzan
3
Msida
6
B’Buġia
1
Naxxar
9
B’Kara
9
Paola
5
Buġibba
4
Pieta’
2
Burmarrad
1
Qormi
3
Fgura
2
Rabat
8
Floriana
1
San Ġwann
2
Għargħur
3
Sliema
6
Gżira
4
St. Luċija
3
Ħamrun
2
St. Paul’s Bay
11
Ħaż-Żebbuġ
2
St. Venera
3
Ibraġġ
1
St Julians
1
Iklin
1
Swieqi
2
Luqa
2
Ta’ Xbiex
2
Marfa
1
Valletta
2
Marsa
5
Żabbar
2
Mellieħa
24
Żurrieq
1
Mġarr
5
TOTAL
152
kriterji biex persuna tiddaħħal fid-Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji biex persuna tiddaħħal fid-Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa? Min huma l-persuni li qed jipproċessaw l-applikazzjonijiet u qed jiddeċiedu dwarhom għad-dħul f’din id-dar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-kriterji biex persuna tiddaħħal fid-Dar tal-Madonna tal-Mellieħa huma il-bżonnijiet mediċi, il-bżonnijiet ta’ kura infermeristika u fatturi soċjali.
L-applikazzjonijiet jiġu processati mill-Membri tal-Admissions Board Nazzjonali li huwa kostitwit kif ġej:
Chairman: Sur Salvu Sciberras
Membri: Dr Frank Bartolo
Dr Anthony Fiorini
Dr Ronald Fiorentino
Ms Bernardette Psaila
Ms Marika Spagnol
Ms Antonia Micallef
Segretarja: Ms Jessica Calleja
Il-Bord jassessja u jagħti l-livell ta’ prijoritajiet għall-bżonn tad-dħul fir-residenzi tal-anzjani.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tobba privati li qed jagħtu servizz lill-anzjani fid-Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa? Kif jintgħażlu dawn it-tobba?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li fil-preżent hemm 7 tobba privati (
General Practitioners
) li jagħtu s-servizzi tagħhom lid-Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa. Dawn it-tobba jintagħżlu mir-residenti stess.
Dar tal-Anzjani fil-Mellieħa — struttura amministrattiva
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi l-istruttura amministrattiva tad-dar tal-Anzjani fil-Mellieħa? Min qed imexxi u x’jiġri meta l-persuna li qed tmexxi jkollha tassenta ruħha mix-xogħol?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma l-Onor Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — każijiet ta' korruzzjoni tal-VAT
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16057 u jgħid jekk matul l-2009 u 2010, persuni u/jew kumpaniji li nstabu ħatja fil-każ ta’ korruzzjoni tal-VAT ingħatawx kuntratti u/jew direct orders mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu? Jekk iva, liema huma dawn il-kumpaniji, liema kienu l-kuntratti u għal kemm jammontaw?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi d-dettalji ta’ kuntratti u/jew direct orders li ngħataw direttament mid-Diviżjoni tas-Saħħa u entitajiet li jaqgħu taħta u li nstabu ħatja fil-każ ta’ korruzzjoni tal-VAT.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — persuni li laħqu l-età tal-irtirar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-persuni li laħqu l-età ta' rtirar iżda reġa' ġie mġedded it-terminu tal-impjieg tagħhom f'din l-aħħar sena? Jista' jindika ukoll f'liema dipartiment u f'liema gradi sar dan it-tiġdid?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna tingħata lil madwar mitt ruħ f'pajjiżna li jbatu mill-marda terminali ta' lung fibrosis? Jista' jikkonferma li l-lung fibrosis mhijiex imniżżla fl-iskeda li tagħti d-dritt lil min ibati bil-marda li jieħu l-benefiċċju tal-mard? Se ssir reviżjoni biex dawn il-pazjenti jingħataw xi soljev finanzjarju? Jaf li min ibati bil-lung fibrosis ikollu, agħar minn hekk, jixtri prattikament il-pilloli u vitamini kollha li jeħtieġ (bħal Protolos, Pantogar, Daflon u Centrum 50) għaliex dawn il-pilloli ma jingħatawx mill-gvern? Se ssir reviżjoni għallinqas f'dan il-lat?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Il- Lung Fibrosis jew aħjar kif inhi magħrufha bħalha Pulmonery Fibrosis m’hijiex waħda mit-tmintax il-mard kroniku stipulat bil-liġi li għalihom il-Ministeru tas-Saħħa, L-Anzjani u l-Kura fil-Komunità joffri mediċini b’xejn. Bħalissa qed issir reviżjoni sħiħa ta’ dawn il-kundizzjonijiet, però ma jirriżultax li din il-marda hija waħda minn dawk in-numru ta’ mard kroniku li qed jiġu kkunsidrati biex jiddaħħlu f’din is-sistema.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ambulanzi humiex mgħammra b'xi apparat partikolari li jgħin sabiex wieħed isib id-destinazzjoni malajr kemm jista' jkun, bħal per eżempju, GPS?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li għalkemm sal-lum l-ebda ambulanza m'hija mgħammra bil-GPS, diġà ittieħdu passi biex dan isir. Id-Diviżjoni ħadet ħsieb li jiġu preparati l-ispecifications biex kemm l-ambulanzi tal-garaxx tal-Gwardamanġa u dawk ta’ l-Isptar Mater Dei jiġu mgħammra b’dan l-apparat.
Il-proċess tax-xiri u l-istallazzjoni ta’ dan l-apparat jinsab fi stadju avvanzat.
Rabat u Ħ'Attard — applikazzjonijiet pendenti għal oqbra
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' persuni li għandhom applikazzjonijiet pendenti għal qabar f'Malta? Dawn it-talbiet huma maqsuma għal ċimiterji differenti? Jekk fl-affermattiv, kif inhuma maqsumin? X'inhu l-ammont ta' talbiet mir-residenti tar-Rabat u ta' Ħ'Attard?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li n-numru t’applikazzjonijiet pendenti minn persuni għal qabar f’Malta huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Isem u Lokalita taċ-Ċimiterju
Numru ta’ Applikazzjonijiet
Ċimiterju Santa Margerita, Rabat
627
Ċimiterju Sultana Tal-Vittorji u Ċimiterju Omm il-Ħniena, Mellieħa
136
Ċimiterju tal-Imġarr
39
Ċimiterju tal-Ħniena Divina, San Pawl il-Baħar
355
Ċimiterju Santa Maria Addolorata, Paola
4029
Ċimiterju Ta' Braxia, Pieta’
150
Ċimiterju Sant’ Andrija u Ċimiterju Qalb ta’ Ġesu’, Ħaż-Żebbuġ
220
Ċimiterju Duramblat, Mosta.
524
Ċimiterju tar-Resurrezzjoni, Triq Valletta, Qormi
219
Total
6299
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat illi t-talba minn residenti tar-Rabat u Ħ’Attard huwa kif ġej:
Residenti tar-Rabat
697
Residenti ta’ Ħ’Attard
173
Peress li l-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni indika li m'hemmx ħsieb li Transport Malta jkollha xi forma ta' trasport mill-Isptar Boffa sal-venda ta' Putirjal, l-aktar għal dawk li jkunu marru l-Isptar Boffa għal kura, huwa possibbli li l-Ministeru tas-Saħħa jorganizza xi forma ta' trasport simili hu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhijiex proċedura normali li l-isptar jipprovdi trasport għall-pazjenti sakemm ma jkunx każ ta’ emerġenza. Iżda ta’ min jinnota li l-Hospice Movement jgħin f’każijiet fejn pazjenti jkollhom diffikulta fit-trasport sabiex jattendu fid-Dipartiment tal-Onkoloġija.
Jista' l-Ministeru jgħid jekk il-gvern jgħinx lil nies li għandhom il-multiple sclerosis? B'kemm qiegħed jgħinhom fil-ġimgħa u kemm hemm nies li jibbenifikaw minn dan is-servizz u għajnuna?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Il-Multiple Sclerosis hija waħda mill-kundizzjonijiet kroniċi imniżżlin fuq l-Iskeda Ħamsa taħt il-liġi tas-Sigurtà Soċjali (Kap 318). Min-naħa tad-Dipartiment tas-Saħħa, il-pazjenti li jbatu mill-Multiple Sclerosis ma jingħatawx kumpens finanzjarju iżda jingħataw b’xejn il-mediċini rilevanti għal kundizzjoni tagħhom minn dawk approvati mid-Dipartiment. Skont l-aħħar informazzjoni li għandu d-Dipartiment hawn madwar 376 pazjent f’Malta u Għawdex li jibbenefikaw minn dan is-servizz.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — każijiet ta' korruzzjoni tal-VAT
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008, persuni u/jew kumpaniji li nstabu ħatja fil-każ ta’ korruzzjoni tal-VAT ingħatawx kuntratti u/jew direct orders mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu? Jekk iva, liema huma dawn il-kumpaniji, liema kienu l-kuntratti u għal kemm jammontaw?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi d-dettalji ta’ kuntratti u/jew direct orders mid-Diviżjoni tas-Saħħa u entitajiet li jaqgħu taħtu.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li r-residenti ta' San Gwann mhux dejjem isibu l-pilloli Lescol tal-cholestorol available fil-Pharmacy of Your Own Choice u ġieli jkollhom imorru saħansitra Birkirkara biex jixtruhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li għalkemm id-Dipartiment tal-POYC jagħmel minn kollox sabiex jkun jista’ jaqdi lill-pazjenti bl-aħjar mod possibbli, jista’ jkun li xi drabi dan ma jkunx possibbli minħabba skarsezza ta’ xi tip ta’ mediċina partikolari. F’dan il-każ il-pazjenti jiġu mitluba jmorru jew fiċ-Ċentri tas-Saħħa jew l-Isptar Mater Dei.
Rigward il-kumment li l-pazjent qed ikollu jixtri l-mediċini minn Birkirkara, il-mediċini li jitqassmu mid-Dipartiment tal-POYC huma kollha b’xejn.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paule minbarra li jħallsu 80% tal-pensjoni, issa qed iħallsu €14.85 għall-Welfare Deptartment? Jekk fl-affermattiv, kemm ilha li ġiet introdotta din il-miżura? X'attivitajiet jorganizzaw tal-welfare?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li ma kien hemm ebda bdil fir-rati ta’ kontribuzzjoni għall-Welfare Committee li jħallsu residenti li qegħdin fir-Residenza San Vincenz de Paule. Kif jaf l-Onorevoli Interpellant, dawn il-kontribuzzjonijiet imorru kollha fil-fondi tal-Welfare Committee li jisponsorja diversi inizjattivi u attivitajiet li jsiru b’risq l-anzjani.
Skont il-provvedimenti tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, residenti fir-Residenza San Vincenz de Paule iħallsu kontribuzzjoni tal-Welfare Committee kif ġej:
· 80% (net mit-taxxa) tal-pensjonijiet u
bonus
kurrenti; flimkien ma’
· 60% (net mit-taxxa) ta’ kull dħul ieħor li resident ikollu.
Filwaqt li l-kontribuzzjoni ta’ 80% mill-pensjoni tinqata’ direttament, l-anzjani jagħżlu kif iħallsu is-60% dovuti fuq dħul ieħor. Hemm anzjani li jħallsu is-somma dovuta f’daqqa u oħrajn li jħallsu kontribuzzjoni fix-xahar.
Is-somma ta’ €14.85 fix-xahar li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant tirreferi propju għall-kontribuzzjoni fix-xahar li xi resident partikolari hu dovut li jħallas fuq dħul ieħor li dan ir-resident għandu.