Legislature:
Category:
Reset
Active:

statistika dwar tfal b'unknown father

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi raġuni partikolari għaliex statistikament qed jindika li l-figura tat-tfal reġistrati bħala tfal b'unknown father naqset matul l-aħħar figura miġbura?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

impatt fuq is-socjetà minħabba żieda fuq ċerti prodotti

Question

Jista' l-Minstru jgħid jekk sarx xi studju matul Jannar, Frar, Marzu u April 2011 biex jindika l-impatt fuq is-soċjetà Maltija taż-żidiet li kien hawn tal-fuels essenzjali li jużaw il-karozzi ta' kuljum, tal-ħalib, l-irkotta, il-gas u l-affarijiet l-oħrajn kollha li għolew?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-impatt fiċ-ċaqlieq fil-prezzijiet ta’ firxa wiesa’ ta’ prodotti u servizzi jitkejjel kull xahar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Minbarra dan, il-gvern ippubblika l-Inflation Report tiegħu ftit tal-ġimgħat ilu. Dan ir-rapport huwa ntiż sabiex janalizza dak li qiegħed isemmi l-Onorevoli Interpellant. Ir-rapport ġie diskuss ukoll fl-MCESD.

WSC — xogħol ta' security guards

Question

Jista' l-Ministru jindika kif ġew reklutati ċerti nies għax-xogħol ta' security guards fost affarijiet oħra mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, billi huwa mifhum li la saru talbiet formali lill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ u lanqas tramite l-MIMCOL biex jagħmlu dan? Kemm hemm ħaddiema mal-Korporazzjoni li ġew ingaġġati b'dan il-mod peress li ħadd minnhom m'huwa qed jagħmel xogħol f'isem xi security firm privata?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma ngaġġatx nies għax-xogħol ta’ security guards.

Diesel u Fuel bil-kuntrabandu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx jew sarux xi rapporti mill-awtoritajiet kompetenti dwar jekk kienx hemm każjiet fejn fl-aħħar erba' snin Falzon Group inqabdux b'diesel u fuel tal-kuntrabandu? X'passi ttieħdu?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 26090.

Avukati impjegati mal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati impjegati mal-gvern ċioe dawk li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu u entitajiet governattivi, kemm jekk b'kuntratt, kemm jekk fuq bażi indefinita, kif ukoll bħala konsulenti, li jitħallew jeżerċitaw il-professjoni tagħhom privatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26443.

Flus minn kirjiet tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid sal-lum kemm għandu jiġbor il-gvern minn kirjiet ta' postijiet mikrija lill-inkwilini privati li għadhom ma nġabrux?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26762.

proġett ta’ Bieb il-Belt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiswa l-proġett ta’ Bieb il-Belt wara li issa x-xogħlijiet daħlu f'fażi avvanzata? Jista' jikkonferma jekk dan il-proġett huwiex co-funded mill-Unjoni Ewropea u jekk le, jagħti r-raġuni għaliex?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni.

Ħal Qormi — Triq Pawlu Farrugia - ħsarat tal-għargħar fuq ħwienet tax-xogħol, mħażen u djar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern iddiskutiex il-possibilità li jagħti kumpens lil dawk li ġarrbu ħsarat estensivi, fil-ħwienet tax-xogħol, mħażen u djar tagħhom fi Triq Pawlu Farrugia Ħal Qormi konsegwenza ta' għargħar li seħħ fil-25 ta' Ottubru 2010 u li seħħ minħabba nuqqasijiet amministrattivi fil-bini tal-pont li hemm fi Triq Correa, kif ukoll minħabba żbalji oħra ta' nuqqas ta' ippjanar tekniku? Jekk il-Gvern iddiskuta, x'kien l-eżitu ta' din id-diskussjoni? Jekk le, għaliex il-Gvern ma interessahx minn dak li ġara lin-nies b'mod inġust?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Gozo Channel — Ħalib provdut

Question

Peress li saru ilmenti minħabba ħalib qares fuq il-vapuri tal-Gozo Channel għaliex dan il-ħalib ikun fuq il-bank sabiex min ikun irid il-ħalib ikun jista' jaqbad u jferra u fis-sajf dan il-ħalib jeħżien mill-ewwel minħabba s-sħana, jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li minflok kartun tal-ħalib jiġi fornut trab tal-ħalib?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gozo Channel hija kommessa li tagħti l-aħjar servizz u dan kif rifless miċ-ċertifikati rilaxxati perjodikament mill-awtoritajiet tas-saħħa. L-Onorevoli Interpellant hija għalhekk invitata sabiex tindika d-data u l-ħin tal-allegazzjonijiet tagħha.

twaħħil ta' meter

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' koppja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u jitwaħħal il-meter?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-każ riferut ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni Enemalta li se tidħol fil-każ.

Arms Ltd — ilmenti bit-telefon jew bl-email

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ilmenti li rċeviet Arms Ltd mill-bidu tas-sena 2011 sal-lum, xahar b’xahar permezz tat-telefon, bl-email u b'messaġġi li tħallew rekordjati fuq l-answering machine b’mod separat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ARMS ma żżommx statistika li tirreferi limitatament għal ilmenti iżda żżomm statistika li tiġbor kull kuntatt li jsir magħha mill-klijenti għal kwalunkwe servizz u nformazzjoni li jkollhom bżonn. Dawn il-kuntatti jinkludu talbiet għal informazzjoni ġenerali dwar il-kont li jirċievu l-klijenti, talbiet għal servizzi ġodda jew addizzjonali, ilmenti dwar ħsarat, u affarijiet oħra relatati mas-servizz tad-dawl u ta’ l-ilma. L-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.

Enemalta — xiri ta' żejt

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26737 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26590, jikkonferma l-Ministru li l-Enemalta sal-lum m'għamlet l-ebda arranġament fuq ix-xiri ta' żejt u għalhekk it-tariffi jistgħu jogħlew mal-andament ta' suq internazzjonali? Jekk dan huwa l-każ, ma jaħsibx li dan joħloq instabbilità speċjalment fost l-operaturi ekonomiċi li ma jkunux jistgħu jippjanaw l-ispejjeż tagħhom? Għandu xi pjan il-gvern għal din is-sitwazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Bhal ma konvint li l-Onor. Interpellant jaf, ix-xiri taz-zejt bil-quddiem huwa ghodda importanti biex naghtu stabilita lill-ekonomija, lill-konsumatur u lill-operaturi ekonomici. Madanakollu, din l-ghodda tista’ tintuza biss jekk l-prezzijiet li s-swieq internazzjonali joffru, jkunu fuq l-istess livell jew anqas minn dak li fuqu nhaddmu t-tariffi prezenti. It-tariffi prezenti huma mahduma fuq il- ‘hedging’ li sar ghas sena 2010, fejn l-Enemalta ikkristallizat 100% ta’ l-ispiza taggha fuq ix-xiri ta’ zejt ghall prezz medju ta' $81.80 il-barmil, u bir-rata ta' xiri tad-dollaru ta' $1.49. Ghas sena 2011 il – Korporazzjoni Enemalta hadet pozizzjoni ta' xiri bil-quddiem taz-zejt ghal 63% tal-htigijiet taghha, fuq prezz medju ta’ $79 il-barmil. Fil-kaz tad-dollaru, ghas sena 2011 irnexxielna nixtru 100% tal-htigijiet tal-Korporazzjoni bir-rata medja ta' $1.3632. Dan fisser li ghandna madwar 37% tax-xiri taz-zejt li qed jinxtara ‘spot’ matul is sena 2011, bil-konsegwenza li l-Korporazzjoni qed tipprevedi li taghmel telf ta' madwar € 35 miljun mil-elettriku sakemm fix-xhur li gejjin il-prezz taz-zejt ma jinzilx sostanzjalment. Il prezzijiet taz - zejt matul is sena 2011 irregistraw l-ghola livelli ta’ $126.66 il-barmil, u l-inqas livell ta’ $93.50 il barmil. Dawn il livelli ma ppermettux lill-Korporazzjoni biex tiehu pozizzjoni meta din ma ridietx tikkristalizza zieda fit-tariffi ghall-2012 bejn 25% u 30%, meta r-realtajiet internazzjonali ghad jistghu joffru opportunitá ta’ prezzijiet aktar ragonevoli. Kien ghalhekk li ir-Risk Management Committee tal-Korporazzjoni Enemalta qed ikun prudenti u qed jaghti widen lill-esperti internazzjonali li f'dawn l-ahhar gimghat kienu qed jaghtu ndikazzjoni li l-prezz taz-zejt jista’ jibda niezel l-isfel minhabba l-krizi prolungata fl-Ewropa u l-ekonomija kajmana fl-Istati Uniti, u minbarra sitwazzjonijiet internazzjonali ohrajn. Meta wiehed jikkunsidra li x-xiri taz-zejt huwa madwar 70% ta’ l-ispiza totali ghall-generazzjoni ta’ l-elettriku, li teccedi €350 miljun, wiehed jista’ japprezza kemm it-tariffi huma dipendenti fuq dak li qed jigri hemm barra. Jekk is-swieq jibqghu persistentement ghola, il-Korporazzjoni tibda tiehu pozizzjonijiet l-aktar vicini ta’ dak li ghandha llum. Izda hadd ma jista’ jaghti garanzija li dan ikun possibbli, u ghaldaqstant l-uniku alternattiva li tibqa’ tkun dik li wiehed jixtri z-zejt spot. Il-Gvern ghaldaqstant jistieden lill-Oppozizzjoni biex taghmel pubbliku x’ikun il-pjan alternattiv taghha f'dawn ic-cirkustanzi u meta skont hi kien ikun opportun li nixtru z-zejt ghall-2012.

Ta' Barkat — Impjant tat-trattament tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26780 u jgħid jekk issa li beda jaħdem l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f'Ta' Barkat, l-impjant ta' Sant Antnin hux se jingħalaq? Jekk fl-affermattiv, meta ħa jsir dan u x'se jsir minflok l-impjant eżistenti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Average weekly income — figuri

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25794, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-figura li ta, bħala average weekly income ta' persuni li għandhom aktar minn 60 sena u jgħid kemm hemm minn dawn il-persuni li f'figuri perċentwali daħħlu minn €0 'l fuq, f'kategoriji: €0 - €50, €51 - €100, €101 - 150, €151 - €200 eċċ.?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

statistika dwar anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn fl-aħħar 10 snin, jiġifieri mill-2001 sal-2011 sena b'sena, anzjani li għandhom bejn 60 u 74 sena? Kemm kien hawn anzjani minn 75 sena 'l fuq fl-istess perjodu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

average weekly income

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-average weekly income tal-persuni li għandhom iktar minn 60 sena u minn liema source qed jikkwota l-figura tiegħu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-‘average weekly income’ ta’ persuni li għandhom aktar minn 60 sena hija €202 fil-gimgħa. Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant illi din it-tweġiba tista’ tkun biss waħda parzjali minħabba l-fatt li l-informazzjoni disponibbli għad-dipartiment tat-Taxxi Interni hija wkoll parzjali. Fil-fatt din il-figura ġiet ikkalkolata wara li ġew ikkunsidrati dawn li ġejjin: a) l-informazzjoni hija bbażata fuq iċ- chargeable income għas-sena bażi 2009; b) id-dħul minn imgħaxijiet li minnhom tinżamm il- final withholding tax ta’ 15% mhumiex inklużi; c) it- taxpayers kollha ġew ikkunsidrati fuq bażi individwali skont il- marital status tagħhom; d) ġew ikkunsidrati biss dawk it- taxpayers li kellhom chargeable income akbar minn zero u li kellhom 61 fis-sena bażi 2009; e) ġew esklużi wkoll dawk it- taxpayers li baqgħu ma bagħtux formola tat-taxxa avolja kienu obbligati li jibagħtuha; f) l- average weekly wage hija riżultat tat-total globali taċ- chargeable income diviż bin-numru tat- taxpayers li jikkwalifikaw u jerġa’ diviż bi 52.

Dipartiment tal-VAT — performance bonus lid-direttur ġenerali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u kemm ħadu performance bonus id-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-VAT u d-diriġenti ewlenin tal-istess dipartiment minn mindu feġġ l-iskandlu tal-frodi fil-VAT sal-lum – sena b’sena? Jista' jikkonferma ukoll jekk ħadux performance bonuses ukoll – u kemm – minn kemm ilu li ġie ppubblikat ir-rapport tal-bord tal-inkjesta dwar l-operat tas-sistemi tal-VAT li jġib id-data tal-1 ta' Frar 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar, 2009 sal-31 ta’ Marzu, 2010, id-Direttur Ġeneral tal-VAT ingħata performance bonus ta’ 13% filwaqt li t-tliet Diretturi ngħataw 12% kull wieħed. Ma ngħata l-ebda performance bonus ieħor wara l-31 ta’ Marzu, 2010.

Dipartiment tal-VAT, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni u r-revenue generating arms — għaqda fl-operat tagħhom

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jingħaqdu fl-operat tagħhom id-Dipartiment tal-VAT, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni u r-revenue generating arms oħrajn tal-Ministeru tal-Finanzi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fil-ġranet li ġejjin se jitressaq abbozz ta’ Liġi fil-Parlament bl-iskop li jinbeda l-proċess sabiex it-tliet dipartimenti jiġu ntegrati amministrattivament f’entità waħda.