Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Deputati tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16000, 16630 u 17327 u jgħid min kien/kienu d-Deputati tal-Gvern li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu/huma jagħmlu parti min xi kumitati, panels u bordijiet fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qiegħdin iservu, il-kariga li kienu/li qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ngaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju/honoraria tagħhom?
Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol tagħhom, ta’ kemm-il darba attendew fil-kumitat/bord/panels u kemm tħallsu jekk jitħallsu per sitting u l-ammont li tħallsu annwali?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ deputati li servew fuq kumitati jew bordijiet fil-perjodu msemmi
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17287 u jgħid jekk il-Ministru jew is-Segretarju Permanenti ta’ dak iż-żmien kinux infurmati li s-sid tal-kumpanija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, irreġistra l-kumpanija eżattament kif beda l-involviment tiegħu fil-Ministeru għas-Saħħa, jiġifieri f’Mejju 2014?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux infurmat jekk il-Ministru jew is-Segretarju Permanenti ta’ dak iż-żmien kinux infurmati.
Djar tal-anzjani f'Malta u f’Għawdex — Allokazzjoni għal kull persuna
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-allokazzjoni għal kull persuna kull jum (fi flus) u dar dar għall-ikel fid-djar tal-anzjani f'Malta u f’Għawdex fejn hemm ftehim ta’ xiri ta’ sodod jew Public-Private Partnership (PPP)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li d-djar tal-anzjani fejn hemm ftehim ta’ xiri ta’ sodod jew Public-Private Partnership (PPP) huma mmexxija mill-privat, l-allokazzjoni għal kull persuna kuljum (fi flus) ma ssirx mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, għalhekk din l-informazzjoni mitluba mhix disponibbli.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17455 u jagħti kopja tal-permessi tal-bini tal-Outpatients Block ġdid li kellu jinbena qrib l-Isptar Mater Dei?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Outpatients Block ġdid – Nefqa fi studji u applikazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17454 u ċjoè: Fid-dawl li kien qed jiġi ppjanat li jinbena Outpatients Block ġdid fejn l-Isptar Mater Dei, jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus pubbliċi fi studji u applikazzjonijiet, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li saru ħlasijiet li jammontaw għal €10,958.26 għal studji u applikazzjonijiet.
Sptar akut għas-saħħa mentali ġdid — Nefqa fi studji u applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17453 u jgħid kemm intefqu flus pubbliċi fi studji u applikazzjonijiet għal sptar ġdid li kellu jinbena għal kura tas-saħħa mentali fejn l-Isptar Mater Dei, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
Sptar Mater Dei – Proġett ta’ parkeġġ ġdid għall-istaff
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proġett tal-parkeġġ ġdid għall-istaff biswit l-Isptar Mater Dei hux ser jitkompla? Jista’ jgħid fiex wasal u x'timeframe hemm għat-tkomplija? Jista’ jgħid ukoll kemm ser jakkomoda karozzi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17022.
Direct Order 'Negotiated Procedure for Project Management and Technical Supervisory Services for the Paola Primary Health Care Southern Regional Hub' CT5000/2023
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti d-Direct Order 'Negotiated Procedure for Project Management and Technical Supervisory Services for the Paola Primary Health Care Southern Regional Hub' CT5000/2023 ta’ valur ta' kważi miljun euro li ngħatat fil-11 ta' Jannar 2024 u għalfejn inħasset il-ħtieġa li tingħata minkejja li l-proġett taċ-Ċentru Vincent Moran Paola huwa kważi lest minn kollox u qed jingħad li kellu jinfetaħ jew imminenti li se jinfetaħ?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-Negotiated Procedure kienet meħtieġa minħabba li twalu x-xogħlijiet tal-kuntratt ewlieni tad-Design and Build, għaldaqstant kien neċessarju li s-servizz tal-Project Management ukoll jibqgħu fis-seħħ mhux biss waqt li għaddejjin ix-xogħlijiet fuq il-binja iżda anke għall-perjodu sussegwenti ta’ commissioning u handing over.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratti li ngħatat il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament kinux approvati mis-Segretarji Permanenti tal-Ministeru għas-Saħħa bejn l-2014 u 2024?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt ta’ xogħol mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u/jew mas-sid tagħha li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament ukoll, għadux għaddej? Jekk iva, jista’ jgħid sa meta huwa validu? Jekk le, meta ntemm u jekk intemmx għax skada jew għal xi raġuni oħra, u x’inhi dik ir-raġuni?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15165 u 16895 u jgħid, sena b’sena mill-2013 sal-2023, kemm kienet in-nefqa fuq major amputations f’pajjiżna u kemm kien in-numru totali ta’ major amputations kull sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu fuq persuni bid-Dijabete?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15164 u 16894 u jgħid, sena b’sena, mill-2013 sal-2023, kemm kienet in-nefqa fuq minor amputations f’pajjiżna u kemm kien in-numru totali ta’ minor amputations kull sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu fuq persuni bid-Dijabete?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Abbuż tal-kannabis sintetika — Persuni li ddaħħlu l-emerġenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ddaħħlu l-emerġenza fl-Isptar Mater Dei minħabba abbuż tal-kannabis sintetika minn Ġunju 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-15 ta' Frar 2024, kienx hemm argument bejn iċ-Chief Nursing Manager tal-Polyclinic tar-Rabat, Għawdex u pazjent, meta dan il-pazjent kien qed jitlob l-għajnuna? Jekk iva, x'passi ttieħdu fil-konfront taċ-Chief Nursing Manager?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Kura Primarja ma jirriżultalux li fid-data msemmija kien hemm xi argument jew ilment fiċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat Għawdex.
Skola Medika ta' Malta – Studenti barranin — Eżenzjoni mill-ħlas
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti barranin fl-iskola Medika ta' Malta li kienu eżentati mill-ħlas għall-edukazzjoni tagħhom u kemm kien l-ammont?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ ħaddiema li jaħdmu fir-Residenza Dar il-Madonna tal-Mellieħa u jagħti l-informazzjoni b’mod separat għall-ħaddiema kemm tal-Gvern, kif ukoll dawk tal-kuntrattur u jinkludi wkoll il-grad tagħhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li in-numru ta’ ħaddiema li jaħdmu fir-Residenza Dar il-Madonna tal-Mellieħa huma kif ġej:
Grad
Ħaddiema tal-Gvern
Ħaddiema tal-kuntrattur
Care Worker
0
70
Charge Nurse
7
0
Enrolled Nurse
1
0
Staff nurse
0
12
Health Carer II
1
0
Nursing Aide
1
0
Officer in Grade 11
1
0
Officer in Grade 8
1
0
Senior Health Carer
6
0
Senior Nursing Manager
1
0
Senior Staff Nurse
7
0
Staff Nurse
13
16
Receptionist
0
4
Security
0
8
Housekeeping
0
1
Laundry assistant
0
2
Domestics
0
10
Chef
0
1
Commis Chef
0
2
Kitchen Assistant
0
8
Technician
0
1
Handyman
0
2
Gardeners
0
2
Driver
0
2
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ikunx hemm gynaecologist dejjem, ġewwa l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex hemm tim ta’ tliet konsulenti OBGYN u żewġ speċjalisti residenti OBGYN li bejniethom ikopru s-servizz fuq bażi 24/7.
Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi jeżistu preżentement għal adulti li jbatu minn ADHD?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li adulti li jista’ jkollhom ADHD jistgħu jiġu riferuti lill-Community Mental Health Clinics . Wara li jsirilhom eżami inizjali, jiġu riferuti lil tim ta’ psikologi. Pazjenti li jiġu kkonfermati li għandhom ADHD jiġu riferuti lil tim ta’ psikologi għal terapija, li tinkludi strateġiji ta’ kif jistgħu ilaħħqu mal-kundizzjoni tagħhom. Jiġu diskussi wkoll mal-psikjatra x’tip ta’ mediċina hi adattata. Pazjenti li jattendu Community Mental Health Clinics jistgħu jiġu riferuti għal occupational therapy jew għal social worker skond il-każ.
Settur tas-saħħa mentali – Pjan għall-bini tal-isptar il-ġdid
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan fis-settur tas-saħħa mentali għall-bini tal-isptar il-ġdid jew sala fl-Isptar Mater Dei?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Il-viżjoni tagħna fis-settur tas-saħħa mentali tmur ferm lil hinn minn sempliċiment ‘sala fl-isptar Mater Dei’ kif qed jgħid l-Onor. Interpellant. Fl-Isptar Mater Dei se jkollna proġett ambizzjuż ta’ 110 sodod għall-kura ta’ saħħa mentali. Dan jikkumplimenta proġetti oħra fis-settur, b’mod partikolari dawk li jwasslu l-kura tas-saħħa mentali fil-qalba tal-komunità.
Id-diskussjoni mal-esperti wriet b’mod ċar li jkun aktar ta’ benefiċċju jekk immorru f’din id-direzzjoni. Jekk il-kura mentali tiġi trattata bħal kull marda oħra nnaqqsu l-istigma.