Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament, min qed jamministra l-Bajja tar-Ramla l-Ħamra fil-preżent? Kif qed jiġu protetti s-sand dunes u t-trunċiera li jinsabu f'din il-bajja?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għada qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Ingaġġ ta’ impjegati ġodda fis-settur pubbliku mill-entitajiet u awtoritajiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda fis-settur pubbliku, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b'sena, mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw f’din il-leġi¿latura għall-PQs 12908 u 18171.
Paola Hub – Soluzzjoni għar-residenti dwar parkeġġ
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20212, jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jkunu qed jitfasslu sabiex wara li jkun lest il-Paola Hub, il-ġirien ikollhom faċilitajiet biex jipparkjaw mingħajr spejjeż?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — position of trust – persuni mlaqqma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, sal-15 ta’ Marzu kemm ġew imlaqqma persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru tiegħu jew f’xi entità li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid x’inhi l-età ta’ dawn il-persuni?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minbarra li dak li qed jitlob hu jikkostitwixxi għal tagħrif personali, il-Ministeru m’għamilx rakkomandazzjonijiet biex jitlaqqmu xi ħaddiema minn tiegħu.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20489 u jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bordijiet, li jirregolaw l-entitajiet governattivi indikati fl-emendi fl-Att VII tal-2015, attwalment kollha għandhom membru li hu/i persuna b’diżabilità, għajr wieħed. F’dan il-każ, mhux isir użu mill-pożizzjoni ta’ membru li żdiedet bl-emendi fil-Liġi sakemm tinstab persuna idonea li tkun tista’ tokkupa r-rwol.
Inżid li l-Liġi msemmija ma tobbligax li l-membru b’diżabilità jkun fuq bord bħala “rappreżentant għall-persuni b’diżabilità”, kif qed jindika l-istess Interpellant.
Ma’ dan irid jingħad ukoll li hemm għadd ta’ bordijiet, kumitati, fora u forom oħrajn ta’ tmexxija li għandhom fi ħdanhom membri li huma persuni b’diżabilità, avolja ma jaqgħux taħt l-emendi fl-Att imsemmi aktar ’il fuq.
Il-Mellieħa – Triq Dun Manwel Grima – lampi/bozoz — manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jara li ssir l-manutenzjoni meħtieġa mill-Kunsill Lokali Mellieħa sabiex lampi/bozoz maqtugħa fi Triq Dun Manwel Grima kantuniera ma’ Triq l-Għasafar u f’żoni oħra fil-Manikata, limiti tal-Mellieħa, jerġgħu jinxtegħlu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tinagħta f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid f'kemm hemm dokumenti fil-kollezzjoni magħrufa bħala Ġuljana Letard-Ciantar? Jista’ jindika jekk sarx inventarju sħiħ tagħhom u jekk għandhomx restawr? Jista’ jindika wkoll jekk id-dokumenti humiex għad-dispożizzjoni tal-pubbliku?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-kollezzjoni Ġuljana Letard-Ciantar tikkonsisti f’1009 volum kif ukoll ammont ta’ dokumenti sfużi. Bħal f’kull każ ta’ kollezzjoni li tasal fl-Arkivji Nazzjonali, din il-wasla tiskatta diversi proċessi arkivistiċi. Dawn jikkonsistu f’tindif preliminari, katalogar, konservazzjoni professjonali jekk ikun hemm bżonn, diġitaliżazzjoni jekk ikun hemm bżonn u finalment ftuħ għal pubbliku. F’dan il-każ ġew assenjati żewġ arkivisti professjonali li ħadmu fuq din il-kollezzjoni. Tlesta l-katalgu preliminari u bħalissa qed tiddaħħal din l-informazzjoni f’katalgu elettroniku. Il-kollezzjoni għada mhux miftuħa għal pubbliku, iżda hu maħsub li dan isir sal-aħħar ta’ din is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx inventarju u elenku sħiħ tal-kollezzjoni tar-ritratti magħrufa bħala "Karmenu Fava Collection? Jista’ jinforma jekk din hiex aċċessibbli għall-pubbliku?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Arkivji Nazzjonali bħalissa għaddejjin bix-xogħol fuq il-katalgu tal-Kollezzjoni Ray Fava, li hi waħda estensiva u li tikkonsisti f’albums, ritratti, kif ukoll eluf ta’ ritratti fuq format ta’ negattivi f’rollijiet. Il-kollezzjoni ser tkun aċċessibbli għall-pubbliku hekk kif ikun lest il-katalgu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu fondi ewropej mill-Ministeru tiegħu sena b'sena mill-2013 'l hawn u f'kemm il-proġett? Kemm intefqu minnhom f'Għawdex, sena b'sena?
Raħal Ġdid – Knisja ta’ Sant’Ubaldesca – rranġar taż-żona tal-madwar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żona ta’ madwar il-Knisja ta’ Sant’Ubaldesca f’Raħal Ġdid, it-toroq l-Arkati, Santa Ubaldesca, it-Tramuntana humiex ser jiġu rranġati?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Raħal Ġdid – restawr tal-faċċata tal-Knisja ta’ Sant’Ubaldesca
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba sarux l-arranġamenti u t-talbiet neċessarji sabiex il-faċċata tal-Knisja ta’ Sant’Ubaldesca f’Raħal Ġdid tiġi restawrata?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat rigward il-mistoqsija parlamentari numru 14487.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20210, jista’ l-Ministru jgħid x’pjan ta’ ħidma hemm imfassal, sabiex l-attività tiġi msaħħa biex Ġnien il-Meditteran f’Raħal Ġdid jinżamm aħjar?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — entitajiet li għandhom ftehim kollettiv skadut
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18473, jista' l-Ministru jgħid
a) kemm hemm impjegati f’kull waħda mill-entitajiet li hemm imsemmija; u
b) ma’ min qed isiru rispettivament in-negozjati għal ftehim kollettiv f’kull każ?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda hawn taħt.
Entita
Union
Impjegati Koperti mill-Ftehim Kollettiv
Heritage Malta
GWU
295
Arkivji Nazzjonali
UHM
19
Ħaddiema Klerikali - Kunsilli Lokali
UHM
226
Malta Philharmonic Orchestra
PSEU
59
Direttorat għar-Restawr
UPISP
*
* Ftehim settorali għall-Periti u Inġiniera mas-Servizz kollu mhux mad-Direttorat esklussivament
Raħal Ġdid – Triq it-Tarzna u Triq Santa Monika – irranġar ta’ bankini
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20364 indirizzata lilu u għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20369 indirizzata lill-Ministru għat-Trasport, jista’ l-Ministru jara li ż-żewġ ministeri jikkollaboraw sabiex dan ix-xogħol isir billi ma hemmx qbil bejniethom min għandu jesegwihom?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kunsill Lokali nvolut ser ikun qed jaħdem id f’id ma’ Infrastructure Malta.
Raħal Ġdid – Triq Ħaż-Żabbar u Triq Bormla – irranġar ta’ bankini
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20367 indirizzata lilu u għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20362 indirizzata lill-Ministru għat-Trasport, jista’ l-Ministru jara li ż-żewġ ministeri jikkollaboraw sabiex dan ix-xogħol isir billi ma hemmx qbil bejniethom min għandu jesegwihom?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari numru 20703.
Raħal il-Ġdid – Triq li tgħaddi fi Pjazza Antoine De Paule – rapport tekniku tat-triq
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20118, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tekniku tal-ħsarat li hemm fit-Triq tal-Pjazza A De Paule Raħal Ġdid u jistax jindika x’passi ulterjuri ser jittieħdu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport mitlub.
Il-pass li jmiss huwa li jsir studju xjentifiku indipendenti dwar jekk it-triq saritx skont l-i
specifications
jew le. Jekk saret sew u skont l-i
specifications
ifisser li t-triq ma felħitx għall-ammont ta’ traffiku li jgħaddi minn fuqha ta’ kuljum inkluż
heavy vehicles
.
Wara li joħrog l-eżitu ta’ dan l-istudju, issir laqgħa bejn l-i
stakeholders
kollha inklużi l-kuntratturi u Infrastructure Malta u jittieħdu deċiżjonijiet dwar ir-riparazzjoni ta’ din it-triq.
Jista’ l-Ministru jgħid x'kienu l-kriterji biex jintgħażlu l-kotba nominati għall-Premju Ewropew tal-Letteratura? Jista' jikkonferma jekk kienx hemm kriterji mill-Ewropa li ġew ikkomunikati lill-ġurija Maltija waqt il-proċess ta' aġġudikazzjoni?Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm kotba li ġew esklużi u għaliex?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Raħal il-Ġdid – Pjazza De Paule – kumpens lis-sidien tal-ħwienet
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19983, jista’ l-Ministru jibgħat uffiċjali sabiex ikellmu lis-sidien tal-ħwienet indikati billi għal kuntrarju ta’ dak indikat is-sidien batew sew u ma kienx hemm aċċess kif kellhom qabel?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Matul ir-rinovazzjoni tal-Pjazza de Paule seta’ kien hemm inkonvenjent lill-ħwienet u partijiet oħra bħalma jiġri kull meta jsir rinovazzjoni jew tranġar ta’ triq fi kwalsijasi post. Wieħed japrezza li ix-xogħol msemmi ġab miegħu vantaġġi u ambjent aħjar għan-nies tal-lokal. Filwaqt li nifhem il-kuntest tal-mistoqsija, wieħed jrid japrezza li l-vantaġġi ġodda ta l-investiment li sar, se jkun qed iħalli l-frott tiegħu mal-komunita’ kollha ta’ Raħal Ġdid.
Ħal Tarxien – Triq L-Alfier de Medran – resti arkeoloġiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il-darba kienx hemm resti arkeoloġiċi li ġew identifikati fi Triq L-Alfier De Medran Ħal Tarxien u jistax jindika x’passi ttieħdu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li s-Sovrintendenza għall-Patrimonju Kulturali kienet irċeviet rapport minn terzi dwar sejbiet li seta’ kien hemm fuq sit ta’kostruzzjoni. Wara spezzjoni, ġie nnutat illi fuq is-sit kien instab bir kif ukoll numru ta’ trinek ta’ natura agrikola li ġeneralment (imma mhux biss) kienu jintużaw għat-tħawwil tad-dwieli. Filwaqt li l-bir inżamm, inħareġ permess sabiex it-trinek jitqattgħu wara li saret id-dokumentazzjoni kollha neċessarja.