B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21059, jista' l-Ministru, permezz tal-awtorità kkonċernata, jikkunsidra li l-ispazju li suppost huwa allokat għall-muturi, liema spazju huwa ta' 3.8 metri, jitħallew jipparkjaw fih karozzi żgħar anke minħabba l-fatt li m'hemmx muturi li jipparkjaw fit-Triq il-Warda, Żurrieq
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret minn uffiċjali ta’ Transport Malta, irriżulta li l-ispazju msemmi jintuża għall-ipparkjar ta’ muturi u allura ma tinħassx il-ħtieġa li jinbidel l-użu tagħha.
Billi ma' kull liċenzja mġedda ta' kull vettura, s-sewwieqa qed jiġu mitluba jibagħtu SMS lill-50611899 biex jirrappurtaw vetturi b'emissjonijiet, jista' l-Ministru jgħid:
a) kemm ilha taħdem din is-sistema;
b) jekk qattx waqfet;
ċ) jekk iva, kemm damet wieqfa u meta ġiet riattivata;
d) kemm daħlu rapporti simili;
e) x'passi ttieħdu s'issa mill-awtoritajiet; u
f) x'passi ulterjuri ttieħdu meta daħal aktar minn rapport wieħed fuq l-istess vettura?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat illi is-sistema sabiex jirrapurtaw vetturi b'emissjonijiet bdiet f'Settembru tal-2005. Din is-sistema qatt ma ġiet imwaqqfa iżda fil-perjodu bejn Jannar u Lulju tal-2009, ġew sospiżi t-testijiet fuq il-vetturi. Infurmat ukoll li r-rapporti tal-vetturi xorta ddaħħlu u ġew miżmuma fir-records ta' Transport Malta, liema vetturi ġew ittestjati bejn Lulju u Settembru ta' l-istess sena.
Minn mindu bdiet is-sistema f'Settembru tal-2005 sa Settembru tal-2010, daħħlu 239,606 SMS sabiex jirrapurtaw vetturi b'emissjonijiet. Dawn ir-rapporti kienu jirrigwardaw 99,710 vettura. Sid ta' vettura jiġi notifikat b'appuntament biex tiġi spezzjonata l-vettura nkwistjoni, fil-każ li jkunu ddaħħlu tlett SMS's jew aktar fuq l-istess vettura f’perjodu ta' tliet xhur. Kien hemm 13,223 vettura li sarilhom dan l-ammont ta’ rapporti u li allura ssejħu għal-spezzjonijiet. Għalhekk, fuq rapport wieħed ma' jittieħdu ebda passi iżda jittieħdu passi mat-tielet rapport jew aktar fuq l-istess vettura. F’każ li s-sid tal-vettura jonqos li jressaq il-vettura inkwistjoni għat-test, il-vettura tingħatalha restrizzjoni fejn ma jkunx jista' jġedded il-liċenzja tat-triq sa ma l-vettura tgħaddi mit-test rispettiv. 6,912 il-vettura ma ressqux għat-test meta ssejħu u ttieħdet l-azzjoni kontrihom skont il-liġi. Minn dawk li telgħu għat-test, weħlu 2,057 vettura u ttieħdet l-azzjoni kontrihom skond il-liġi.
Jista' l-Ministru jara li l-Malta Communications Authority tagħmel stqarrija uffiċjali u kategorika dwar ix-xandir ta' żewġ stazzjonijiet partikolari li sar minn service providers f'pajjiżna mingħajr ma kellhom id-drittijiet legali meħtieġa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-politika tal-Gvern hi li r-regolaturi tas-swieq kummerċjali għandhom jintervjenu biss fil-limitu tal-kompetenzi u l-poteri li ttihom il-liġi.
Transport Malta — tibdil fil-juctionli tgħaqqad il-bypass ta' Birkirkara mal-Iklin
Question
Jista' l-Ministru jitlob lil Transport Malta biex din tistudja l-possibilità li jittieħdu miżuri korrettivi biex il-junction li tgħaqqad il-bypass ta' Birkirkara mal-Iklin (ħdejn il-Model Shop) tiġi mibdula minn kif inhi billi qed tkun ta' periklu għal dawk li jgħaddu minn dan il-post?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ħa tagħmel diskussjonijiet mal-kunsilli lokali li ħa jiġu effetwati biex isir pjan ħolistiku taż-żona.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta għamlitx xi arranġamenti partikolari biex dawk is-sidien ta' vetturi antiki jkunu jistgħu jużaw l-istess number plate fuq iktar minn vettura waħda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li wara d-diskors tal-budget, rappreżentanti mill-Ministeru tal-Finanzi flimkien ma’ rappreżentanti ta’ Transport Malta qegħdin f’diskussjonijiet ma’ rappreżentanti tal-vetturi antiki fosthom il-Federazzjoni Maltija Vetturi Antiki, Kummissjoni Maltija għall-Isport u l-Federazzjoni Maltija għall-isport sabiex flimkien jiġi stabbilit il-qafas regolatorju ta’ kif se titħaddem din is-sistema.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22286 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm għalliema li l-laptops tagħhom huma bla batteriji u mhux dejjem ikunu jistgħu jqabbduhom direttament mal-kurrent elettriku u allura ma jistgħux jużawhom għax qed jistennew batteriji ġodda? Meta hemm il-ħsieb li jaslu l-batteriji l-ġodda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hemm 378 każ fejn ġiet mitluba batterija ġdida sabiex l-laptop jibqa’ jaħdem għal ħin stipulat mingħajr ma jitqabbad direttament mal-kurrent eletriku. Bħal issa għaddejjin diskussjonijiet bil-għan li dawn il-każijiet jiġu risolti.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi pjan partikolari biex dawk it-toroq li la huma arterjali u lanqas distributorji, iżda li għandhom funzjoni li jgħaqqdu rħula flimkien (secondary roads with a linking function) jiġu mogħtija wiċċ bit-tarmac?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.22461.
Persuni li bidlu l-ID Card minn Malta għal Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ persuni li ttrasferew ir-residenza u l-karta tal-identita’ tagħhom minn Malta għal Għawdex minn Ottubru 2008 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 20745.
Billi ninsab infurmat li Transport Malta waqfet milli tipproċessa number plates ta' karrozzi li ġew scrapped, f'ċerti każi sa mill-25 ta' Novembru 2010, jista' l-Minsitru jiggwida kif suppost jinħarġu l-invoices meħtieġa għaliex ġejt infurmat li kulmin għamel xi forom ta' enquiries ħa l-impressjoni li għad jista' jkun hemm konfuzjoni sħiħa bejn id-Dipartiment tal-VAT, Transport Malta u l-ACIM (Association of Car Importers) tant kemm semgħu verżjonijiet differenti dwar il-mod kif l-affarijiet għandhom jiġu proċessati?
B’konesgwenza ta’ dan smajt b’każi ta’ nies li kellhom il-karrozzi
scrapped
aktar minn ġimgħa ilu u għadhom bla karrozzi xi jsuqu.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ma waqfitx tipproċessa number plates ta’ karozzi li ġew skrappjati, tant li fl-ewwel ħmistax-il ġurnata mindu daħlet fis-seħħ l-iskema ta’ għotja mill-Gvern, Transport Malta approvat l-eliġibbiltà ta’ aktar minn 500 talba għal din l-iskema filwaqt li ġew rreġistrati aktar minn 30 vettura ġdida.
Jien infurmat ukoll li l-unika problema li kien hemm kienet fir-rigward tal-fattura u l-irċevuti li l-aġenti jagħtu lill-klijenti iżda ninsab infurmat li din ġiet riżolta f’laqgħat li saru bejn id-Dipartiment tal-VAT, Transport Malta, l-aġenti u l-Ministeru tal-Finanzi.
L-aġenti huma obbligati li jgħaddu riċevuta lill-klijent, bl-ammont tal-għotja indikat fiha u dan sabiex il-gvern jassigura trasparenza assoluta bejn l-aġent u l-konsumatur.
Transport Malta — charge għas-servizz tal-użu tal-parking space
Question
Jista' l-Ministru jgħid Transport Malta kemm qed iżżomm bħala charge għas-servizz tal-użu tal-parking place li hemm fi triqat pubbliċi minn hawkers, bħal fil-każ tar-Ramla l-Ħamra, Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi fir-rigward tas-servizz tal-użu tal-parking place minn hawkers fi triqat pubbliċi, Transport Malta ma żżomm l-ebda charge.
Awtorità dwar it-Trasport — talbiet pendenti għall-istallazzjoni ta' pelican lights
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' talbiet għall-istallazzjoni ta' pelican lights li hemm pendenti quddiem l-Awtorità dwar it-Trasport?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ talbiet sabiex jiġu stallati pelican lights/crossings li qed jiġu kkunsidrati mill-Unit tal-Immaniggjar tat-Traffiku huwa ta’ tmintax.
San Pawl il-Baħar — pelican lights fi triq il-Qawra
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta, b'xi mod ħaditx konsiderazzjoni ta' talba preċedenti li għamilt permezz ta' domanda parlamentari biex jiġu stallati pelican lights fi Triq il-Qawra, San Pawl il-Baħar, fejn diġà hemm zebra crossing iżda ma fihiex pelican lights?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li peress li l-proċedura tirrikjedi li ssir applikazzjoni mal-kunsill lokali, dwar din il-proposta saret konsultazzjoni mal-kunsill lokali tal-lokalità u qed nistennew tweġiba mingħandu.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta kkunsidratx il-possibilità li dawk iż-zebra crossings li għandhom belisha lights ikollhom dawn il-lights mibdula f'pelican lights?
Kemm hu fil-fatt in-numru ta' zebra crossings li għandhom belisha lights, mhux pelican lights?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn żmien għal żmien, Transport Malta tirċievi talbiet f'dan is-sens, cioe' biex zebra crossings jinqalbu għal pelican crossings, liema talbiet jiġu studjati mill-Unit għall-Immaniġġjar tat-Traffiku. Irid jingħad li l-kriterji li fuqhom tiġi approvata zebra crossing huma differenti minn dawk għal pelican crossings u allura teknikament ma jagħmilx sens li kull zebra crossing tinqaleb għal pelican crossing.
Sadattant, mir-rekords ta'
Transport Malta
jirriżulta li sa llum ġew approvati tliet mija u disa' u ħamsin
zebra crossing.
Iż-
zebra crossings
kollha jkollhom
belisha lights
, imbagħad dawn ikunu konvertiti f'
pelican lights
meta u jekk
zebra crossing
partikolari tinqaleb f'
pelican crossing
.
Jista l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jibdew jintużaw il-pjanti aġġornati (kif akkwistati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar) għal dawk li jixtru pjanti mil-Land Registry, għaliex dan hu ferm importanti biex jiġu evitati diffikultajiet bla bżonn għal min ikollu juża dawn il-pjanti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Ministeru għamel arranġament biex jingħatawlu l-pjanti aġġornati mill-MEPA. Dan issa sar u r-Reġistru tal-Artijiet permezz tal-MITA beda l-proċess biex is-sistema tigi evalwata u jsir it-tibdil neċessarju biex il-pjanti l-ġodda li ngħatawlu reċentement mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jiġu nkorporati fil-basemap u b’dan il mod tiġi aġġornata s-sistema kompjuteriżżata tad-dipartiment.
Burmarrad — Triq prinċipali - ġbir għall-ilma tax-xita
Question
Jista' l-Ministru jara, issa li qed tiġi rranġata l-bankina matul it-triq prinċipali ta' Burmarrad, li fl-istess bankina jkun hemm mod ta' kif l-ilma tax-xita li jinġabar fl-istess inħawi jkun jista' jitlaq mingħajr ma jikkawża problemi żejda għal dawk li jkunu għaddejjin minn dawn l-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi diġà saru pjani minn Transport Malta sabiex tiġi indirizzata din il-problema. Dawn jinvolvu bini ta’ culvert għal-ilma tax-xita tul din it-triq wara li jsir studju topografiku sabiex tiġi stabbilita l-qalba neċessarja tal-istess culvert.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ġew emendati l-pjanti tal-proġett tal-bini tal-Parlament fid-disinn tal-faċċata u fir-riorganizzazzjoni tal-arkivji u l-impjant fil-livell 2 tal-bini tal-Parlament kif propost?
Kemm huwa stmat li jiswa x-xogħol ta' kostruzzjoni marbut ma' dawn l-emendi fid-disinn tal-faċċata tal-Parlament u l-alterazzjonijiet li saru minn kif kien stmat qabel skont il-pjanti oriġinali?
Jista' jgħid kemm ġew jiswew id-disinji u l-ispejjeż professjonali marbuta ma' dawn l-emendi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-tibdil fid-disinn tal-bini tal-Parlament, li jinkludi l-faċċata, l-arkivji, l-impjanti fit-tieni livell eċċ. kollu jagħmel parti mill-proċess ta’ l-iżvilupp tad-disinn. L-emendi jinkludu wkoll titjib strutturali minħabba l-karatteristiċi sesmiċi ta’ Malta, kif ukoll sabiex tkun ippreservata aħjar l-istruttura tal-mina eżistenti.
It-tibdil li sar fid-disinn ma ħoloqx żieda fil-
budget
globali li kien allokat għal bini tal-Parlament.
Fl-aħħarnett ma kienx hemm talba għal iktar spejjeż professjonali mingħand l-konsulenti. It-tibdil li sar huwa kollu inkluz fil-proċess ta' żvilupp tad-disinn tal-proġett.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-audited accountstal-Grand Harbour Regeneration Corporation għas-sena 2009? Jista' jagħti d-dettalji tan-nefqa li għamlet l-GHRC minn meta twaqqfet sal-lum? X'inhi r-remunerazzjoni tad-diretturi u tas-segretarji ta' din il-korporazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-nefqa li għamlet il-GHRC minn meta twaqqfet sat-30 ta' Settembru 2010 tammonta għal €1,710,329. Din is-somma ma tinkludix nefqa kapitali.
Ir-remunerazzjoni tas-Segretarju tal-kumpanija hija ta' €7,000 p.a. Iċ-Chairman u d-Diretturi tal-GHRC ma jirċievu l-ebda remunerazzjoni.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Audited Accounts tal-Grand Harbour Regeneration għas-sena 2009.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma l-kundizzjonijiet marbutin mat-twaħħil ta' bus shelters li hemm bzonn f'diversi nħawi ta' Malta?
Billi f'domanda preċedenti kien intqal li dawn għandhom ikunu parti mill-ftehim dwar ir-riforma tat-trasport pubbliku, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' kundizzjonijiet ġew stipulati bħala parti minn dan l-istess ftehim, għal dak li jirrigwarda l-bus shelters?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kriterji marbutin mat-twaħħil ta’ bus shelters huma:
- Il-patrunaġġ ta’ passiġġieri li jużaw bus stops fejn ikun qiegħed jigi propost it-twahħil tal-
bus shelter
;
- In-numru ta’ xarabanks li jipprovdu servizz fuq it-tali
bus stop
kull siegħa ; u
- li jkun hemm spazju biżżejjed biex jitwaħħal il-
bus shelter
, b’mod aċċessibli għal kulħadd.
Transport Malta qegħda fil-proċess li ttejjeb numru ta’
bus shelters
madwar Malta u Għawdex. Fis-sena 2010, Transport Malta stallat total ta’ ħamsa u ħamsin (55) bus shelter, wara konsultazzjoni mall-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.
Ammont ieħor ta’ (54) erba’ u ħamsin
bus shelter
, liema
shelters
qed jiġu diskussi mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, se jkunu stallati sal-aħħar ta’ Ġunju 2011. Dawn il-
bus shelters
se jkunu stallati skont l-aħħar linji gwida li nħargu fir-rigward ta’ aċċessibilità, sabiex nisguraw li dawn il-
bus shelters
jkunu aċċessibbli minn kulħadd.
Wara li jintemm dan il-proċess, se jkompli jsir eżerċizzju sabiex jittejbu numru ta’
bus shelters
f’lokalitajiet differenti, ibbażati fuq il-kriterji hawn fuq imsemmija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew is-servizzi bħal dawl, ilma, drenaġġ, toroq, telefons u s-servizzi kollha li l-gvern kellu jagħmel sabiex jakkomoda għall-bżonnijiet li se jkollhom bżonn biex jibda jopera Smart City, liema servizzi kienu lesti sal-20 ta' Novembru 2010? Jista' jgħid jekk hemmx servizzi oħrajn ippjanati li jsiru u li għadhom ma sarux? Kemm huwa ppjanat li dawn is-servizzi se jiswew lill-poplu Malti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fuq toroq/sinjali u tabelli, sal-20 ta' Novembru 2010 in-nefqa kienet ta' €60,952.
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-kumplament tal-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.