Legislature:
Category:
Reset
Active:

Lifelong Learning — Bord tal-Interviews għal Edukaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hijiex prassi li l-persuni li jagħmlu l-interviews għall-għażla tal-edukaturi tal-Lifelong Learning jinbidlu minn żmien għal żmien? Jista’ jgħid ukoll minn min huwa kompost bħalissa l-bord li jagħmel dan?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ħal Għaxaq — Pjanta tal-Grawnd tal-futbol

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11816 u jippreżenta pjanta tal-grawnd tal-futbol ta' Ħal Għaxaq li turi liema huma l-partijiet tal-grawnd li huma tal-privat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Lifelong Learning — Nefqa fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq reklamar għal korsijiet tal-Lifelong Learning matul dawn l-aħħar tmien snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dawn l-aħħar tminn snin ntefqu total ta’ €155,477.83 fuq reklamar għal korsijiet tal-Lifelong Learning.

Lifelong Learning — Korsijiet li ma sarux

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ma sarux korsijiet tal-Lifelong Learning, minkejja li għalihom kienu intefqu l-flus meta ġew irreklamati, matul dawn l-aħħar tmien snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-korsijiet ma jsirux f’każ li ma jintlaħaqx in-numru minimu t’applikanti f’dak is-suġġett.

Lifelong Learning — Korsijiet imwaqqfa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux infurmat li l-Ministeru mmexxi minnu u minn dawk ta' qablu kienu jafu minn qabel li ċerti korsijiet ma kenux sejrin isiru, iżda xorta saret il-pubbliċità għalihom u fil-frattemp intefqu l-flus, saru l-interviews u dawk li applikaw għat-tali korsijiet, spiċċaw applikaw għal xejn?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12329.

Lifelong Learning — Kwalifikazzjonijiet tal-Għalliema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni li jgħallmu l-korsijiet tal-Lifelong Learning humiex kollha kkwalifikati fis-suġġett rispettiv?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull sejħa li tiġi ppublikata biex jiġu ngaġġati l-Edukaturi jkun fiha l-kriterji neċessarji, inkluż il-kwalifiki li jkun hemm bżonn.

Korsijiet li ma tkomplewx

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-korsijiet li għal xi raġuni jew oħra ma tkomplewx meta l-kors kien diġà beda? Jista’ jgħid ukoll liema kienu dawn il-korsijiet f'dawn l-aħħar erba' snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox qed jiġu offruti 530 kors fis-sena. Matul is-sena 2020 kienu 4 is-suġġetti li ma tkomplewx li huma; ICT for Beginners Introductory Level, Gilding Open Class, English u Maltese Introductory Level. Filwaqt li fl-2022 ma tkomplewx żewġ suġġetti biss li kienu l-Malti MQF 2 u l-Italian SEC.

Lifelong Learning — Tracer Study

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk isirx xi tip ta' studju (tracer study) biex wieħed ikun jaf x'kompetenzi ntlaħqu mill-istudenti fis-suġġetti rispettivi mgħallma mill-korsijiet mogħtija?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12334.

Ħal Tarxien – Skola medja — Manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-problema bil-bathrooms tal-istudenti u tal-istaff fl-iskola medja ta' Ħal Tarxien, ladarba kuljum wara ċertu ħin ikunu out-of-order?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’kull skola meta jkun hemm ħsarat jew problemi tibda’ l-ħidma sabiex dawn jiġu ndirizzati.

Skejjel statali fil-livell primarju — Studenti ta' dixxendenza barranija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti ta' dixxendenza barranija fil-livell primarju fl-iskejjel statali kollha?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ma jiġborx informazzjoni dwar id-dixxendenza ta’ l-istudenti. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li dixxendenza hi differenti minn nazzjonalita.

Skejjel statali fil-livell medju — Studenti ta' dixxendenza barranija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti ta' dixxendenza barranija fil-livell medju fl-iskejjel statali kollha?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12433.

Skejjel statali fil-livell sekondarju — Studenti ta' dixxendenza barranija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti ta' dixxendenza barranija fil-livell sekondarju fl-iskejjel statali kollha?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12433.

Rabat – Kulleġġ San Nikola — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħlijiet li saru b’rabta mar-riġenerazzjoni tal-Iskola Primarja tar-Rabat, li tagħmel parti mill-Kulleġġ San Nikola? Jista’ jgħid ukoll x’kien l-investiment globali f’dan il-proġett?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskola msemmija ġew investiti madwar €3.5 miljun sabiex inbena sular ġdid, bini mill-ġdid tas-soqfa l-antiki, tisbiħ estensiv sabiex jinħolqu spazji edukattivi moderni u kif ukoll installar ta’ servizzi ġodda.

Logħob tal-Istati Żgħar tal-Ewropa — Ħlas lir-rebbieħa tal-midalji tad-deheb

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rebbieħa kollha tal-midalji tad-deheb fil-Logħob tal-Istati Żgħar tal-Ewropa ngħatawx il-ħlas li ġew imwiegħda?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li se ssir ċerimonja fil-31 ta' Ottubru biex l-atleti rebbieħa ta' midalja tad-deheb jiġu ppremjati mill-Kumitat Olimpiku Malti. Korrezzjoni: Ara Dokument PL 2431 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 161 nhar it-Tnejn, 30 ta Ottubru 2023)

Skola tal-Imrieħel – Nefqa għall-pitch artifiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-pitch artifiċjali tal-iskola tal-Imrieħel u jekk dan sarx b'fondi tal-Foundation for Tomorrow's Schools (FTS)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa totali kienet ta’ €73,180 (VAT eskluż).

Imrieħel – Grawnd – Ħinijiet tal-ftuħ għall-pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-grawnd tal-Imrieħel hux ser ikun qiegħed jinfetaħ għall-pubbliku wara l-ħinijiet tal-iskola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-faċilitajiet li huwa pubblikament magħruf li l-ground diġà qed jintuża minn Birkirkara Football Club.

Tal-Ħandaq — Skola sekondarja– Arja kkundizzjonata

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il unit ta' arja kkundizzjonata ġdid twaħħal fl-iskola sekondarja tal-Ħandaq, li jifforma parti mill-Kulleġġ San Injazju?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskola msemmija nbniet mingħajr arja kkunddizjonata minn amministrzzjoni preċedenti u b’hekk għaddejin id-diskussjonijiet neċessarji mill-istakeholders konċernati rigward l-installazjoni.

Mrieħel – Skola sekondarja – Lift bil-ħsara

Question

Peress li l-lift fl-iskola sekondarja tal-Mrieħel, parti mill-Kulleġġ Santa Tereża, ilu bil-ħsara għal aktar minn sena, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru huwiex infurmat b’dan?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmati li għaddejin il-proċeduri neċessarji biex tiġi solvuta.

Kapijiet ta' skejjel primarji tal-Istat — Deployment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm Kapijiet ta' skejjel primarji tal-Istat li ngħataw deployment u ma baqgħux fl-iskola li kienu fiha fis-sena skolastika li għaddiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox kien hemm 9 Kapijiet fl-iskejjel primarji tal-Istat li ngħataw deployment. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-kapijiet li jiġu deployed jibqgħu jokkupaw l-istess kariga, iżda mhux neċessarjament fl-iskejjel primarji.

Kapijiet ta' skejjel medji tal-Istat — Deployment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm Kapijiet ta' skejjel medji tal-Istat ingħataw deployment u ma baqgħux fl-iskola li kienu fiha fis-sena skolastika li għaddiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox kien hemm 9 Kapijiet fl-iskejjel primarji tal-Istat li ngħataw deployment. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-kapijiet li jiġu deployed jibqgħu jokkupaw l-istess kariga, iżda mhux neċessarjament fl-iskejjel medji tal-Istat.