Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 363 u ċjoè: Tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna ġiet impjegata mal-Ministeru għal Għawdex jew xi wieħed mid-direttorati u d-dipartimenti li jaqgħu taħt dan il-Ministeru minn Marzu 2013 sa' Ġunju 2017? F’liema kariga u skala ġew impjegati dawn il-ħaddiema? F’kull każ tista’ tgħid jekk is-sejħa nħarġitx wara l-approvazzjoni tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku u jekk le, x'kienet ir-raġuni?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 2789.
Senior Tradesmen ingaġġati mal-Ministeru għal Għawdex
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 2499 u ċjoè: Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew ingaġġati Senior Tradesmen mal-Ministeru għal Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum? Tista' tgħid f'kull każ meta nħarġet is-sejħa u tpoġġi kopja ta' kull sejħa fuq il-Mejda tal-Kamra? Xi kwalifiki u/jew esperjenza ried ikollhom l-applikanti? X'etajiet għandhom dawk li ġew magħżula u f'kull każ dawk li kienu jirreġistraw għax-xogħol, kemm kien ilhom jirreġistraw għax-xogħol? Tista' tikkonferma jekk dawk li ġew ingaġġati llum il-ġurnata, hux qed jagħmlu x-xogħol li għalih ġew ingaġġati jew ġewx mogħtija xogħol ieħor u jekk iva, x’inhu dan ix-xogħol l-ieħor?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li l-grad ta’ Senior Tradesmen ma jistax jimtela’ minn applikazzjonijiet esterni għaliex skont il-Ftehim Settorali, f’dan il-grad jiġu promossi biss ħaddiema li huma fil-grad ta’ Tradesmen u dan wara għaxar (10) snin fil-grad jew inkella wara ħames (5) snin jekk persuna tkun tipposedi Higher Technician Diploma jew kwalifika ekwivalenti jew Higher Technical qualification. Il-Promozzjoni tiġi effettiva jekk il-performance tal-persuna tkun ta’ livell sodisfaċenti.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2582 u 2784 u ċjoè: Tista’ l-Ministru tgħid għaliex ma poġġietx fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-ċertifikat tal-Perit kif ukoll kopja taċ-ċertifikat tat-testijiet għax-xogħol li sar fuq Triq ta’ Ċenċ, Sannat; Triq il-Fanal, Għasri; Triq Għajn Qasab, Nadur; Triq Għerxija, Sannat u Triq Pompej, Rabat, Għawdex? Dan ifisser li ċ-ċertifikat u testijiet ma sarux?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d dokumentazzjoni relatata ma’ dawn it toroq, bħalissa hija suġetta għall-investigazzjoni, u għalhekk m’għandniex aċċess għaliha
Tista’ l-Ministru tgħid fiex waslu l-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet konċernati dwar il-Master Plan għal Kemmuna? Meta hu maħsub li se jkun iffinalizzat dan il-Master Plan u min huma l-periti inkarigati mill-Ministeru fuq dan il-pjan?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel fażi tal-masterplan li tinkudi ż-żona tal-Blue Lagoon qed tiġi diskussa mal-ERA. Wara li jiġi ffinalizzat dan il-proċess ikun hemm konsultazzjoni iktar wiesgħa.
Awtorità tal-Ippjanar – development brief tal-Masterplan ta’ Marsalforn u Xlendi
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 2695 u ċjoè: Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess mal-Awtorità tal-Ippjanar għad-development brief tal-Masterplan ta' Marsalforn u Xlendi? Min huma l-periti nkarigati minn dan il-proċess min-naħa tal-Ministeru għal Għawdex? Meta hu previst li jkun hemm konsultazzjoni mal-pubbliku dwar dan il-proġett kif ukoll meta hu previst li jibdew ix-xogħlijiet infrastrutturali?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li l-Masterplan ta’ Marsalforn ġie approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar. Il-proċess li jmiss huwa li dan il-proġett jitqassam f’fażijiet, u jinħarġu t-tenders meħtieġa.
Fir-rigward tal-
Masterplan
tax-Xlendi, fil-preżent qed isiru d-diskussjonijiet neċessarji biex ikun identifikat ir-riġnerazzjoni li hemm bżonn u ix-xogħlijiet relatati li jridu jsiru li mistennija li jibdew jitwettqu sa min din is-sena. Il-Ministeru ġa beda jikkonsulta mal-pubbliku u l-
istak
eholders
involuti
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-bini tal-pixxina ġewwa r-Rabat Għawdex hux se jinbeda matul is-sena 2018? Jekk iva, f’liema xahar tas-sena hu ppjanat li jibda u meta hu mistenni li din il-pixxina tibda tintuża?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa d-diskussjonijiet mal-proponent jinsabu fi stadju delikat u allura f’dan l-istadju ma tistax tingħata iktar informazzjoni.
Fuljett Proġett Għawdex – Toroq fil-Lokalità Tiegħek – nefqa
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġie jiswa fi stampar, disinn u posta l-fuljett Proġett Għawdex - Toroq fil-Lokalità Tiegħek illi ġie mqassam fid-djar ta' Għawdex mill-Ministeru? Tista' tgħid jekk inħarġitx sejħa għall-offerti għal din il-pubblikazzjoni, u jekk iva meta nħarġet u min ħa x-xogħol ta' disinn u stampar?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li l-ispejjes ta' xogħol ta' stampar, li ingħata lil Gozo Creatios, kien ta' Eur 649 u dik tal-posta kinet ta' Eur 284.53.
Ministeru għal Għawdex – ħlasijiet lill-persuna u/jew il-kumpanija
Question
Tista’ l-Ministru tagħti lista tal-ħlasijiet li saru lill-persuna u/jew il-kumpanija, li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tagħha jew dipartimenti, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet, kumpaniji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha mill-2013 sakemm tiġi biex titwieġeb din il-mistoqsija? Tsta’ tgħid jekk dawn ingħatawx b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti? Tista’ taqsam il-ħlasijiet sena b’sena?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li ma saru l-ebda ħlasijiet lill-persuna u/jew il-kumpanija msemmija, mill-Ministeru jew minn direttorati u entitajiet li jaqgħu taħtu mill-2013 sal-lum.
Ministeru għal Għawdex – servizz ta’ security officers
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ħaddiema tal-kuntrattur joffru servizz ta' security officers mal-Ministeru għal Għawdex jew f'xi waħda mill-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtha? Dawn il-ħaddiema kemm ilhom jagħtu dan is-servizz mal-Ministeru għal Għawdex u għal kemm żmien huma ngaġġati? Fejn huma stazzjonati (post, raħal) kull wieħed u waħda minnhom u kemm hemm security officers f’kull post jew raħal imsemmi? Ma' xiex qed ikunu għassa dawn il-ħaddiema? Kemm hemm kuntratturi jagħtu servizz ta’ ħaddiema bħala security officers fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u liema huma dawn il-kuntratturi? Il-kuntratt ta’ dawn il-kuntratturi ngħata permezz ta’ tender jew direct order?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li fil-binjiet u l-postijiet tad-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tal-Ministeru ikun hemm il-ħtieġa ta’ 36 ħaddiem tal-kuntrattur li jagħmlu xogħol ta’ security officers, għalkemm dawn mhux dejjem ikunu l-istess persuni. Dawn il-ħaddiema jagħmlu l-għassa f’ħinijiet differenti, skont kif ikun meħtieġ.
Għawdex – toroq — Nefqa fuq kostruzzjoni u manutenzjoni
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa totali kull sena fuq kostruzzjoni u manutenzjoni ta' toroq f'Għawdex sena b'sena mis-sena 2008 sal-aħħar tas-sena 2017?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex — Persuni mis-servizz pubbliku li se jirtiraw bl-età
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm se jirtiraw bl-età, ħaddiema mis-servizz pubbliku matul is-sena 2018 u li jaħdmu fil-Ministeru għal Għawdex jew f'xi waħda mill-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex? Tista' tgħid f’liema diparimenti jew entità jaħdmu? Tista' tgħid ukoll jekk dawn ġewx diġà sostitwiti b'ħaddiema oħra jew jekk sarx pjan kif se jiġu sostitwiti?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Copy of PQ Numru 3864 (Final) - Persuni li se jirtiraw fl-2018.pdf
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 131 u ċjoè: Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati persuni f'xi dekasteru li jaqa' taħtha bejn l-1 ta' April u l-5 ta' Ġunju 2017?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li fil-perjodu stipulat ġew ingaġġati wieħed u sebgħin impjegat ġdid fil-Ministeru għal Għawdex.
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-Terms of Reference fuq x’tip ta' interventi għandhom isiru fi Triq l-Imġarr ġewwa n-Nadur u dan peress li skont ir-risposta mogħtija għall-mistoqsija numru 2790 dawn kellhom jitlestew sal-aħħar tas-sena 2017?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li l-abbozz tat-Terms of Reference tlesta u qed ikun finalizzat mal-istakeholders ewlenin fosthom mal-Korporazzjoni tal-Ilma, l-Enemalta u l-kumpaniji li jipprovdu servizzi importanti oħra. Din l-informazzjoni ser tintuża meta jkun qed jiġi ppreparat d-dokument tal-offerta li hu mistenni li jinħareġ fil-ġimgħat li ġejjin. L-Onor. Interpellant japprezza li din l-informazzjoni, għalhekk, hija ta’ natura sensittiva.
Xewkija Għawdex — Triq tal-Baqqari c/w Triq tal-Ħamrija u Triq L-Ibisku – bini ta’ warehouses/garages
Question
Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess biex jinbnew warehouses/garages ġewwa Triq tal-Baqqari c/w Triq tal-Ħamrija, Triq l-Ibisku fix-Xewkija? Kemm-il garage/warehouse mistenni jkun hemm? Tista’ tgħid hux ser ikun hemm parkeġġ tal-karozzi f'dan il-proġett u jekk iva kemm se jkun jesa’ karozzi? Tista’ tgħid jekk dan il-proġett hux ser ikun żviluppat jiġifieri mibni mill-privat jew jekk inkella hux il-Ministeru ser joħroġ tender biex isir ix-xogħol infrastrutturali fuq dan il-proġett? Kemm hu stmat li jiġi jiswa’ dan il-proġett, u huwa possibbli l-Ministru tgħid meta mistenni joħorġu t-tenders u meta mistenni li jibda x-xogħol infrastrutturali?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li bħalissa għaddej il-proċess tal-applikazzjoni għall-permessi meħtieġa mal-Awtorità tal-Ippjanar. Hu ppjanat li jkun hemm 31 garage/warehouse u 31 parkeġġ għall-karozzi. Il-proġett hu stmat li se jkun jiswa €2,565,000 (VAT eskluż).
Tista’ l-Ministru tgħid jekk matul is-sena kurrenti (2018) hux ser tkun lesta l-baga fix-Xlendi biex jorbtu magħha l-cruise liners? Tista' tgħid meta huwa maħsub li jibdew jorbtu cruise liners fix-Xlendi?
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema tal-kuntratturi li jagħmlu xogħol ġewwa d-Dwejra Għawdex fuq inkarigu tal-Gvern? Tista' tgħid dawn il-ħaddiema x'tip ta’ xogħol qed jagħmlu u kif ġew magħżula l-kuntratturi biex jipprovdu servizz ta' dawn il-ħaddiema? Kemm kienet l-ispiża, sena b’sena, mis-sena 2013 sal-lum ta’ dawn il-ħaddiema?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li l-kuntrattur għandu jipprovdi tliet ħaddiema kuljum mis-sebgħa ta’ filgħodu sas-sebgħa ta’ filgħaxija. Dawn il-ħaddiema qed jipprovdu servizz ta’ sorveljanza tad-Dwejra Conservation Area, skont ftehim li sar bejn il-Ministeru Għal Għawdex, il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil Fil-Klima. Dan is-servizz ingħata b’Direct Order. L-ispiża minn Marzu 2017 mill-Ministeru għal Għawdex kienet dik ta’ €40,919.65 (VAT inkluż).
Tista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 40 u ċjoè: Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha hija responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid preżentement min huma l-membri tal-eżekuttiv tal-Gozo Youth Council, liema kunsill kien twaqqaf fil-Leġiżlatura l-oħra taħt l-awspiċi tal-Ministru ta' qabel? Tista' tgħid min innomina lill-membri preżenti?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba li rriżultaw xi rregolaritajiet, bħalissa għaddej eżerċizzju mill-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Organizzazzjonijiet Volontarji biex tinstab soluzzjoni.
Ministeru għal Għawdex –Senior Management — allowances
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2729, tista' l-Ministru tgħid:
a. kemm uffiċjali mis-
senior management
tal-Ministeru għal Għawdex inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha ngħataw
allowances
matul din is-sena (2017) kemm dawk statutorji kif ukoll dawk li mhumiex?
b. il-grad ta’ kull uffiċjal kif ukoll it-tip ta’ allowance li rċieva?
c. min ta l-approvazzjoni għal għoti ta’ tali allowance?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2787, tista' l-Ministru tgħid:
a. mil-liema lokalitajiet f'Għawdex kienu dawn il-persuni li ġew ingaġġati u f'kull każ kemm kien ilhom jirreġistraw mal-ETC jew JobsPlus għax-xogħol;
b. f'kull ingaġġ li sar meta nħarġu l-calls, fejn ġew ippubblikati l-calls, kemm damu miftuħa u x'tip ta' kwalifiċi u esperjenza ried ikollhom? Kemm applikaw u kemm intgħażlu għal kull sejħa;
c. każ b'każ ta' dawk li ġew ingaġġati x'tip ta' xogħol qed jagħmlu llum u jekk intbagħtux jagħmlu xi korsijiet u jekk iva x'korsijiet kienu;
d. kemm minn dawk ingaġġati f'dan il-perjodu diġà ngħataw promozzjoni; u
e. hemm il-ħsieb li jiġu ngaġġati iżjed labourers matul is-sena 2018?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.