Jista' l-Ministru jassigura lill-Kamra li mhux qed isir dumping ta' prodotti tal-ħalib skaduti f'Malta minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll minn pajjiżi oħra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-parti kbira ta’ prodotti tal-ħalib jiġu minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea; prodott li jiġi minn pajjiżi oħra huwa ġobon. Minn spezzjonijiet li jsiru ġo ħwienet tal-ikel ma jirriżultax li nstabu prodotti tal-ħalib skaduti. Lanqas ma jirriżulta li daħlu prodotti skaduti waqt spezzjonijiet li jsiru qabel l-importazzjoni ta’ prodotti minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea.
Id-Dipartiment huwa konxju li l-konsumatur huwa dejjem attent li l-ikel li jixtri ma jkunx skadut u t-taqsima tal-ilmenti ma’ rċiviet l-ebda lment fuq prodotti tal-ħalib skaduti.
Għaldaqstant jekk l-Onorevoli Interpellant b’
dumping
qiegħed jirreferi għal
dumping
(rimi) ninfurmaw li dan id-Direttorat ma kellu l-ebda rikjesta għal rimi ta’ prodotti tal ħalib li ġejjin minn l-UE jew minn pajjizi oħra.
Ninforma ukoll li peress li kull rimi jsir wara rikjesta mal-WasteServ ikun opportun jekk tali mistoqsija tiġi referuta lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tilqim li qed jinġieb hawn Malta, speċjalment tilqim li huwa għat-tfal, huwiex ta' kwalità inferjuri minn dak li kien jinġieb sa xi żmien ilu u minn dak li jieħdu pajjiżi oħra? X'inhi r-raġuni li qed jinġieb tilqim ta' kwalità inqas?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tilqim kollu li jinxtara għall-użu tal-poplu Malti inkluż it-tfal permezz tas-Servizz Nazzjonali tat-Tilqim, huwa skont l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO).
Ma kien hawn ebda bidla fil-kwalità tat-tilqim. It-tilqim f’Malta jiġi mpurtat mingħand il-produtturi li jfornu t-tilqim f’pajjiżi oħra ta’ l-Ewropa.
F’dawn l-aħħar snin ma rajna ebda żieda ta’ rapporti ta’ rejazzjonijiet ħżiena wara t-tilqim, u ma kien hemm l-ebda żieda fil-mard li għalih nipprovdu t-tilqim.
Jikkonferma l-Ministru li hemm persuni li huma rikoverati fl-Isptar Boffa li kellhom jikru sodda speċjali minħabba li l-gvern ma jipprovdix ċertu tip ta' sodod? Jaħseb li dan mhuwiex mod dinjituż kif jiġu tratti pazjenti li jkunu rikoverati għal tul ta' żmien fl-isptarijiet tagħna?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li ma kien l-ebda każ fejn persuni rikoverati fl-Isptar Boffa kellhom jikru sodod speċjali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba il-pilloli Alfa kienu out of stock matul l-2009 u l-2010? Jista' jgħid għaliex qed isseħħ dan?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Procurement [Taqsima tas-Saħħa] ma jixtri l-ebda mediċina jisimha ‘Alfa’. Għalhekk l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħti l-isem eżatt tal-mediċina li qiegħed jirreferi għaliha sabiex inkun f’pożiżżjoni li nwieġeb il-mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16463 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15916, jista' l-Ministru għall-finijiet ta' ekwità jagħti l-informazzjoni dwar il-lokalità kif mitlub u kif jirriżulta min-numru tal-identità tal-pazjent, u dan jekk il-parlament għandux jibqa' jservi ta' skrutinju tal-Eżekuttiv?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport tekniku bl-informazzjoni dwar il-lokalità skont il-karta tal-identità tal-pazjenti operati fid-Dipartiment tal-Ortopedija.
Jista' l-Ministru jgħid x'testijiet isiru fuq l-ilma tal-baħar;
a) f'Marsaxlokk; u
b) f'Birżebbuġia?
Jista' jgħid kull meta isiru dawn it-testijiet? Jista' jgħid x'kienu r-riżultati ta' dawn it-testijiet mis-sena 2005 sal-lum?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li d-Direttorat Saħħa Ambjentali jesegwixxi programm ta’ monitoraġġ għall-kwalita’ ta’ ilma baħar tul l-istaġun uffiċċjali tal-għawm jiġifieri bejn it-tielet ġimgħa ta’ Mejju sa tielet ġimgħa ta’ Ottubru skond il-provedimenti tad-direttiva ta’ l-Unjoni Ewropea 76/160/KEE u mill-istaġun 2009 skond il-provedimenti tad-direttiva 2006/7/KE.
Kampjuni tal-ilma baħar jinġabru kull ġimgħa tul it-23 ġimgħa tal-istaġun uffiċjali minn 87 sit madwar Malta, Għawdex u Kemmuna. Fil-lokalitajiet ta’ Birzebbuġa hemm 6 siti minn fejn jinġabru l-kampjuni waqt li f’Marsaxlokk hemm sit wieħed. Lista tagħhom qiegħda tiġi annessa ma’ din ir-risposta. Din il-frekwenża kienet id-doppju ta’ dik rikjesta mid-Direttiva 76/160/KEE u tlett darbiet aktar minn dik rikjesta mid-Direttiva 2006/7/KE.
Kull kampjun jiġi analizzat fil-laboratorju tal-istess Direttorat għal numru ta’ parametri mikrobijoloġiċi kif huwa rikjest mid-direttivi rispettivi.
Matul l-istaġuni li Onorevoli Interpellant qed jitlob l-informazzjoni dwarhom, is-siti ta’ Birżebbuġa u Marsaxlokk ta’ kull sena kkwalifikaw mal-provedimenti taż-żewġ direttivi rispettivi. Ma’ din ir-risposta qegħdin jigu annessi kopji tar-riżultati tal kampjuni li ttieħdu mis-sitt siti f’Birżebbuġa u mis-sit ta’ Marsaxlokk għal kull staġun mitlub fejn il-klassifika ta’ kull sit hija indikata.
Ninforma ill-Onorevoli interpellant li d-dettalji kollha dwar il-programm ta; ttestjar tal-ilma baħar madwar Malta jinsabu fuq is-sit eletroniku tad-direttorat fuq dan l-indirizz:
https://ehealth.gov.mt/HealthPortal/public_health/environmentalhealth/department_for_env_health.aspx
.
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li kopja ta’ l-istess rapporti tintbgħat bil-posta elettronika kull ġimgħa lill-membri kollha tal-Parlament kif ukoll lill kull minn talab biex ikun informat b’din is-sistema.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema li bbenifikaw miċ-ċirkolari DH no 114/2003 u DH 753/2003 mis-sena 2003 sas-sena 2009? F'liema gradi kienu dawn il-ħaddiema u x'kienu qed jaħdmu biex ibbenifikaw minn dawn ċ-ċirkolari?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Kien hemm 125 ħaddiema li bbenifikaw mill-imsemmija Ċirkularijiet.
Informazzjoni u dettalji oħra jinsabu fit-tabelli ta’ hawn taħt :
Sptar Monte Carmeli
Numru ta’ uffiċjali
Grad
Kariga l-ġdida li ntitolathom għall-benefiċċju:
1
Staff Nurse
Nursing Officer
4
Deputy Nursing Officer
Nursing Officer
1
Registered Mental Nurse
Nursing Officer
1
Assistant Principal –
Occupational Therapist
Principal Occupational
Therapist
5
Deputy Nursing Officer
Nursing Officer
5
Staff Nurse
Deputy Nursing Officer
1
Assistant Principal –
Occupational Therapist
Principal Occupational Therapist
1
Deputy Nursing Manager
Manager Nursing Services
1
Registered Mental Nurse
Nursing Officer
4
Staff Nurse
Deputy Nursing Officer
1
Deputy Nursing Manager
Manager Nursing Services
1
Staff Nurse
Nursing Officer
1
Deputy Nursing Officer
Nursing Officer
5
Staff Nurse
Deputy Nursing Officer
3
Deputy Nursing Officer
Nursing Officer
1
Deputy Nursing Manager
Manager Nursing Services
Kura Primarja
Numru ta’ uffiċjali
Grad
Kariga l-ġdida li ntitolathom għall-benefiċċju:
1
Departmental Nursing Manager
Acting Manager Nursing Services
1
Nursing Officer
Acting Departmental Nursing
Manager
1
Staff Nurse
Acting Deputy Nursing Officer
4
Deputy Nursing Officer
Acting Nursing Officer
Direttorat Finanzi u Amministrazzjoni
Numru ta’ uffiċjali
Grad
Kariga l-ġdida li ntitolathom għall-benefiċċju:
1
Principal
Officer i/c Salaries
Anzjani u Kura fil-Kommunita'
Numru ta’ uffiċjali
Grad
Kariga l-ġdida li ntitolathom għall-benefiċċju:
1
Staff Nurse
Deputy Nursing Officer
1
Staff Nurse
Deputy Nursing Officer
1
Staff Nurse
Deputy Nursing Officer
1
Deputy Nursing Officer
Nursing Officer
1
Staff Nurse
Deputy Nursing Officer
1
Staff Nurse
Deputy Nursing Officer
1
Deputy Nursing Officer
Nursing Officer
1
Clerk
Officer in charge Salaries Section
1
Social Worker
Officer in charge Social Workers Unit
1
Nursing Officer
Head of Home
1
Clerk
Officer in charge HR Section
Sptar Boffa
Numru ta’ uffiċjali
Grad
Kariga l-ġdida li ntitolathom għall-benefiċċju:
2
Principal
Senior Principal
1
Dentist
Superintendent
1
Staff Nurse
Nursing Officer
1
Deputy Nursing Officer
Nursing Officer
1
Asst. Principal Occ. Therapist
Principal Occupational Officer
Sptar Mater Dei
Numru ta’ uffiċjali
Grad
Kariga l-ġdida li ntitolathom għall-benefiċċju:
28
Staff Nurse
Deputy Nursing Officer
4
Staff Nurse
Nursing Officer
22
Deputy Nursing Officer
Nursing Officer
1
Nursing Officer
Departmental Nursing Manger
1
Midwife
Deputy Midwifery Officer
2
Deputy Midwifery Officer
Midwifery Officer
2
Assistant Principal Occupational Therapist
Principal Occupational Therapist
1
Pharmacist
Senior Pharmacist
1
Principal Pharmacist
Chief Pharmacist
1
Consultant
Chairperson
1
Executive Officer
Assistant Principal
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-budget kull sena għad-Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa? Kemm intnefqu flus f’din id-dar fis-sena 2008 u fis-sena 2009 bħala nefqa rikorrenti u fuqiex intnefqu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Il-Budget għad-Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa fl-2008 u fl-2009 kien:
Revised Budget
2008 € 1,578,123.00
2009 € 3,000,000.00
L-ispiża matul dawn is-sentejn kienet:
Kontijiet mħallsa:
Management
Salarji
Total
2008 € 1,577,731.00 €197,268.00 €1,774,999.00
2009 € 2,785,335.72 €238,175.00 €3,023,510.72
Dawn intefqu fuq il-
management
tad-dar u salarji.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-istaff preżenti fid-Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa u f’liema grad huma? X’tip ta’ kuntratti għandhom ta’ xogħol? X’inhuma r-rati tal-istaff mar-residenti matul il-ġurnata u x’inhu l-istess ratio mal-lejl? Dawn ir-ratios jirrispettaw il-guidelines meħtieġa għal din it-tip ta’ kura ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma l-Onor Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa — bżonnijiet ta' kura psikjartika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mir-residenti li hemm fid-Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa, kemm hemm minnhom li huma dipendenti, kemm hemm minnhom bid-dementia u kemm hemm minnhom li għandhom bżonnijiet ta’ kura psikjatrika? F’kull każ id-Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa hija mgħammra bir-riżorsi umani meħtieġa biex tingħata l-kura li hemm bżonn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li fid-Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa hemm:
· 55 residenti li huma dependenti
· 11-il resident li huma semi dependenti
· 22 resident li għandhom id-
dementia
· 8 residenti li jinsabu taħt kura psikjatrika
L-impjegati kollha huma mħarrġa biex jieħdu ħsieb dawn ir-residenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm joħroġ ikel kuljum mill-kċina tad-Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa għal djar oħra tal-anzjani fil-pajjiż? Fis-sena 2008 u 2009 kemm intnefqu flus fuq dan l-ikel, kemm anzjani kielu minnu u f’liema djar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-kcina immexxija mill-CareMalta fid-Dar Madonna tal-Mellieħa toħroġ ikel biss għall-130 resident tal-istess dar.
M'inijx f’pożizzjoni li nipprovdi informazzjoni speċifika dwar in-nefqa konnessa mal-ikel. Dan għaliex skond ftehim tal-PPP ma’ CareMalta, id-Dipartiment iħallas somma fissa fix-xahar lil CareMalta għas-servizzi kollha li tipprovdi fid-Dar Madonna tal-Mellieħa ħlief għas-servizz ta’ kura lill-anzjani, liema servizz jingħata mill-impjegati tad-Dipartiment.
Inżid ngħid li CareMalta għandha ukoll servizz ta’ kċina ċentraliżżat li jingħata permezz tas-
Central Processing Unit
li tinsab f’
annex
separata mid-dar tal-Mellieħa. F’dan l-
annex
jiġu proċessati madwar 800 ikla kuljum għad-Djar kollha mmexxija minn CareMalta (li jinkludu wkoll id-Djar tal-Gvern għall-Anzjani taż-Żejtun u ta’ Bormla).
Kuntrattur li jipprovdi l-ikel għad-djar tal-anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim/kuntratt li ffirma l-gvern mal-kuntrattur/kumpanija li tipprovdi ikel għad-djar tal-anzjani f’Malta ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-kuntratt huwa ta’ natura kummercjali u għalhekk mhuwiex possibbli li dan id-dokument jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — ħaddiema mal-Private Staff
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema impjegati u/jew seconded mal-Private Staff tal-Ministru u segretarju parlamentari? Jista' jgħid x'inhu l-grad li għandhom u jekk humiex impjegati taċ-Ċivil? F'każ ta' persuni seconded mal-Ministeru, minn fejn huma seconded jew on loan?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar il-ħaddiema impjegati u/jew seconded mal-Private Staff tal-Ministru u Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità.
Jista' l-Ministru jinvestiga ilmenti li rċevejt minn persuni li huma reġistrati li jbatu bid-depression fejn dawn wara li ġew mgħarrfin li minflok Efexxor kienu se jkunu intitolati għal pilot Venlafaxine, l-ewwel bagħtuhom għand il-pharmacy of their own choice, li in turn bagħtuhom iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira, u wara li dawn qalulhom li l-pilloli in kwistjoni kienu out of stock, qalulhom mid-dipartiment konċernat biex jixtru l-pilloli huma, iżommu r-riċevuta u xi darba jitħallsu tagħhom? Minħabba l-inkonvenjent li dawn u possibilment familji oħra simili jinsabu suġġetti għalihom, jista' l-Ministru jara li dan il-każ jissolva?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 15857.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hija proċedura normali li meta mediċina tkun
out of stock
mill-Ispiżeriji tal-Għażla Tiegħek il-pazjenti jiġu mitluba jmorru jew fiċ-Ċentri tas-Saħħa jew fl-Ispiżerija tal-Isptar Mater Dei biex jinqdew. Id-Direttur tas-Saħħa Primarja għandu l-assigurazzjoni tal-impjegati u tas-
Senior Pharmacist
ta’ l-ispiżerija taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira li ħadd minnhom ma qalu lill-pazjenti biex imorru jixtru l-pilloli huma u mbagħad xi darba jitħallsu tagħhom.
Sadanittant ninsab infurmat li bejn it-22 ta’ Marzu u s-6 ta’ April 2010 id-Dipartiment tal-Procurements irċieva żewġ konsenji ta’ pilloli venlafaxine (Efexor®), waħda ta’ 4858 x 28 pillola u l-oħra ta’ 8404 pillola.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-gvern meta qraba ta' xi ħadd li hu intitolat għall-mediċina b'xejn mill-Istat jirritorna lura injections, mediċini jew pillolli li jkunu għadhom intatti, siġillati u riċenti, l-iktar meta l-benfiċċjarju jkun għadu kemm miet? Għaliex il-gvern m'huwiex jaċċetta lura dawn il-pillolli u mediċini u ma jeħodhomx lura suġġett naturalment għall-verifika mill-esperti li dawn ikunu għadhom intatti sabiex ikunu jistgħu jingħataw lil min ikollu bżonnhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-Artiklu 85 (1) tal-Att Dwar il-Mediċina 2003 [Kap 458], jgħid speċifikament li l-ebda spiżjar responsabbli ma jista’ jżomm x’imkien fl-ispiżerija prodott mediċinali f’kontenitur jew taħt dawk il-kundizzjonijiet li ma jkunux addatti skont ir-regolamenti speċifikati bl-istess liġi. Barra minn hekk, Artiklu 85 (2) jispeċifika li l-ispiżjar responsabbli ma jistax jippermetti li prodott mediċinali jinħażen barra mill-ispiżerija taħt it-tmexxija tiegħu, u huwa dmir tiegħu li jiżgura li l-ispiżerija jkollha l-faċilitajiet li biex il-prodotti mediċinali jinħażnu skond rakkomandazzjonijiet applikabbli.
Fid-dawl ta’ dan, jekk l-ispiżjar responsabbli jaċċetta lura mediċina li tkun diġa tqassmet lill-pazjenti u li tkun inġiebet lura l-ispiżerija għaliex ma tkunx intużat mill-pazjent, dan ikun qed imur kontra l-proviżjonijiet tal-liġi jekk jaċċetta lura dawn il-mediċini. Dan għaliex l-ispiżjar ma jkollu l-ebda garanzija li matul il-perjodu li l-mediċini damu għand il-pazjent, dawn il-mediċini kienu qed jinżammu skond ir-rakkomandazzjonijiet, minkejja l-fatt li fl-apparenza jkunu jidhru li jkunu fi stat aċċettabbli.
Għaldaqstant, filwaqt li nagħmlu minn kollox biex titnaqqas il-ħela, u t-tqassim tal-mediċini jsir bl-aktar mod ġust u ekwu irridu nissalvagwardjaw il-kwalita tal-mediċini li qed jingħataw il-pazjenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet tal-:
a) katarretti;
b) knee replacement;
ċ) hip replacement;
d) cruscade;
matul is-sena 2009/2010 xahar b'xahar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li mill-informazzjoni miġbura mis-Surgical Operations Register, MDH in-numru ta’ episodji ta’ operazzjonijiet irreġistrati li saru fl-Isptar Mater Dei għall-operazzjonijiet msemmija huma kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Source: Surgical Operations Register, MDH
Cataract Extraction (ICD-9 CM PCS Codes: 13.41&13.59)
Total Knee Replacement* (ICD-9 CM PCS Code: 81.54)
Total Knee Replacement Revision (ICD-9 CM PCS Code: 81.55)
Total Hip Replacement (ICD-9 CM PCS Code: 81.51)
Total Hip Replacement Revision (ICD-9 CM PCS Code:81.53)
Cruciate Ligament Repair (ICD-9 CM PCS Code: 81.45)
2009
Jan
113
22
0
9
2
3
Feb
105
26
0
7
0
3
Mar
132
20
2
9
0
5
Apr
145
24
1
8
0
4
May
189
23
1
5
1
4
Jun
130
26
0
6
0
9
Jul
131
20
1
12
1
3
Aug
142
32
1
12
0
5
Sep
147
22
1
10
0
6
Oct
171
30
1
10
0
4
Nov
186
13
3
7
1
3
Dec
130
16
1
6
0
3
Total 2009
1721
274
12
101
5
52
*Includes also bilateral procedures
Source: Surgical Operations Register, MDH
Cataract Extraction (ICD-9 CM PCS Codes: 13.41&13.59)
Total Knee Replacement* (ICD-9 CM PCS Code: 81.54)
Total Knee Replacement Revision (ICD-9 CM PCS Code: 81.55)
Total Hip Replacement (ICD-9 CM PCS Code: 81.51)
Total Hip Replacement Revision (ICD-9 CM PCS Code:81.53)
Cruciate Ligament Repair (ICD-9 CM PCS Code: 81.45)
2010
Jan
155
24
1
8
2
3
Feb
157
19
1
11
1
4
Mar
171
27
1
5
1
2
Total
483
70
3
24
4
9
*
Includes also bilateral procedures
Huwa mistenni li n-numru ta’ operazzjonijiet tal-katarretti ser jiżdied peress li infetaħ it-tieni tejatru tal-Oftalmoloġija.
Jista' l-Ministru jgħid x'jista' jsir f'każ li anzjan indipendenti f'home privata jispiċċa f'sitwazzjoni fejn ma jistax ikompli jħallas l-ammont fix-xahar kollu sabiex jibqa' f'home privata? Kif jgħin il-gvern f'każijiet bħal dawn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li anzjan li jkun residenti f’xi waħda mill-homes privati, għandu dejjem id-dritt li japplika biex jidħol f’servizz residenzjali li jipprovdi l-Gvern. Wara li jiġi approvat li għandu bżonn kura fit-tul mill-Bord tal-Ammissjoni, it-talba titqiegħed f’waiting list sabiex l-anzjan ikun jista’ jibbenefika mis-servizz residenzjali li jipprovdi l-Gvern f’xi waħda mid-djar tal-anzjani tal-Gvern, f’sodod residenzjali fi djar privati bi sħubija mal-Gvern, jew fir-Residenza San Vincenz de Paule.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16381 u jgħid kemm kien hawn każi ta' suwiċidji f'Malta u Għawdex mill-ewwel tas-sena 2010 xahar b'xahar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba hawn fuq mihiex disponnibli għal raġunijiet mogħtija hawn taħt.
Informazzjoni relevanti
Biex mewt tiġi kkwalifikata bħala suwiċidju, trid issir verifikazzjoni estensiva. Minħabba li ċ-ċertifikat tal-mewt qatt ma jindika li kien suwiċidju, id-Dipartiment ikollu jistenna konferma mingħand il-pulizija kif ukoll rizultati ta’ analizi u awtopsji. Id-Dipartiment ukoll jagħmel ħiltu biex kemm jista’ jkun dijanjozi bħal din tkun ivverifikata sewwa għaliex kaz wieħed żejjed jista’ jitfagħna f’dell ikrah meta tqabbel mal-bqija ta’ l-Ewropa, minħabba li Malta hija zgħira meta mqabbla ma pajjizi oħra. L-informazzjoni li tingħata tinġabar mill-pulizija tkun ibbazata biss fuq iċ-ċirkostanzi tal-mewt għaliex f’ħafna każi l-investigazzjoni tkun għada għaddejja. Għal din ir-raġuni figuri dwar kawzi ta’ mwiet ma tkunx għada finalizzata qabel ikunu għaddew sitt xhur min fuq id-data tal-mewt, ezempju Jannar 2009 jinħadem f’Lulju 2010.
Punt importanti ieħor li wieħed irrid jikkonsidra hu li, minħabba fin-numri zgħar ta’ każi, mhux rakkomandabbli li tinħareg informazzjoni xahar b’xahar għaliex tista’ twassal għal identifikazzjoni u l-ksur ta’ dritt għal privazija tal-persuna kkonċernata u anki tal-familjari tiegħu jew tagħha.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Architecture Project - Xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta ta' periti Architecture Project mill-Ministru u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnu matul dawn l-aħħar 12-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ingħata dan ix-xogħol u meta tlesta?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m'ingħata l-ebda xogħol lid-ditta ta’ periti Architecture Project mid-dikasteru tiegħi matul l-aħħar tnax-il sena.
Jista' l-Ministru jgħid hemmx żvilupp biex kulmin qed jieħu l-mediċina jingħata blood strips b'xejn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li s’issa l-Blood Glucose Strips għadhom jingħataw b’xejn lil dawk li jbatu minn Dijabete tat-Tip 1(Type 1 Diabetis) li għandhom inqas minn 35 sena bi kwota ta’ 50 fix-xahar u lin-nisa tqal bi kwota ta’ 100 fix-xahar. L-intitolament ta’ medicini u devices ancillari għad-Dijabete qed jiġu riveduti u kkunsidrati bħalha parti sħiħa mir-riforma tas-saħħa li tiġi fis-seħħ fil-ġejjieni qarib.