B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9117, jista' l-Ministru jgħid lil min tħallsu l-€1.7 miljun għax-xogħol li sar fi Triq id-Difiża Ċivili?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9117, il-ħlasijiet saru lil Excel Sis, B. Grima & Sons Ltd, Samuel Micallef u Peter Calleja.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Deputati tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu/huma d-Deputati tal-Gvern, li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu/huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji/banek fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qegħdin iservu, il-kariga li kienu/qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom?
Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn April 2013 sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' passiġġieri li qasmu minn Tas-Sliema għall-Belt Valletta u mill-Kottonera għall-Belt Valletta, u vice versa fiż-żewġ rotot matul is-sena 2023 separatament għal kull rotta f'kull direzzjoni?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2023, it-total ta’ passiġġieri li qasmu bejn Tas-Sliema u l-Belt Valletta kien jammonta għal 760,385 passiġġier, filwaqt li t-total ta’ passiġġieri li qasmu bejn il-Belt Valletta u l-Kottonera kien jammonta għal 497,998 passiġġier. L-istatistika disponibbli turi figuri konġunti fir-rigward tad-direzzjonijiet tat-traġitti rispettivi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2024 kienx hemm żieda fil-prezz tas-servizz tal-ferry għal dawk li ma jagħmlux użu minn Tallinja card bejn il-Kottonera u l-Belt Valletta u Tas-Sliema u l-Belt Valletta, u vice versa u jekk iva, meta daħlet fis-seħħ din iż-żieda fil-prezz? Kemm kien il-ħlas għas-servizz qabel u wara din iż-żieda fil-prezz? Jista’ jgħid min awtorizza din iż-żieda fil-prezz?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena minn meta ġiet introdotta, kemm-il Tal-Linja Card inħarġet mill-Malta Public Transport? Jista' jgħid ukoll l-età, is-sess u n-nazzjonalità tal-persuni li lilhom inħarġet Tal-Linja Card?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista li tindika n-numru ta’ Tallinja Cards attivi fl-aħħar ta’ kull sena bejn is-sena 2016 u l-2023, u bil-figuri tal-kategoriji rispettivi, tinsab fit-tabella hawn taħt.
Inżid li n-nazzjonalità ma tintalabx fl-istadju ta’ applikazzjoni, għaldaqstant ma tinżammx data tan-nazzjonalitajiet tad-detenturi ta’ dawn il-cards. L-istess kunsiderazzjonijiet japplikaw fir-rigward tas-sessi tad-detenturi.
Sena
Studenti
Tfal
Adult
Concession
(anzjani u persuni b’dizabbilta’)
Ghawdex
Total
2016
34,919
11,577
136,770
73,356
7,703
264,325
2017
42,114
12,982
164,759
75,837
8,206
303,898
2018
50,518
14,315
197,527
78,102
8,690
349,152
2019
62,124
15,512
230,623
80,104
9,066
397,429
2020
67,831
15,973
245,447
81,295
9,288
419,834
2021
69,277
9,055
228,556
106,217
9,474
422,579
2022
81,981
7,826
270,015
109,643
10,202
479,667
2023
91,870
4,144
321,969
112,905
11,052
541,940
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Tallinja card tal-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament ġiet ibblukkata u qed tiġi mblukkata wkoll milli jkollha waħda ġdida wara li anke tilfet il-kreditu li kellha fiha?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kunfidenzjali. Madanakollu, ninfurmaħ li l-Operatur tat-Trasport Pubbliku ipprova jikkuntattja lill-persuna konċernata permezz tat-telephone u dan sabiex jiġi spjegat lilha għaliex it-Tallinja Card tagħha mhux qed taħdem. In oltre, bl-istess skop, intbagħtet ukoll email lil din il-persuna sabiex jagħmel kuntatt mal-Operatur. Ninsab infurmat li din il-persuna għadha ma għamiltx kuntatt mal-Operatur.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Gvern għat-trasport pubbliku minn meta n-noll tal-linja sar mingħajr ħlas, u jaqsam din l-informazzjoni xahar b'xahar?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’seħħ mill-1 ta’ Ottubru 2022, id-detenturi tal-card Tallinja personalizzata ġew intitolati għall-użu tas-servizz tat-trasport pubbliku bla ħlas. Fit-tabella t’hawn taħt tinsab in-nefqa tal-Gvern fuq din il-miżura xahar b’xahar mill-1 ta’ Ottubru 2022 sal-31ta Diċembru 2023.
Sena
Xahar
Nefqa (€)
2022
Ottubru
€1,800,278.5
Novembru
€1,817,686.3
Diċembru
€1,800,264.0
2023
Jannar
€1,810,595.3
Frar
€1,775,247.3
Marzu
€2,135,046.3
April
€1,998,887.8
Mejju
€2,208,444.0
Ġunju
€2,192,741.8
Lulju
€2,282,134.5
Awwissu
€2,235,134.8
Settembru
€2,275,248.0
Ottubru
€2,597,521.8
Novembru
€2,455,001.0
Diċembru
€2,232,008.0
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal flus il-Gvern mit-Trasport Pubbliku minn dawk il-persuni li ma kellhomx Tallinja card?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tat-trasport pubbliku mhuwiex operat mill-Gvern iżda minn kumpanija privata. Għaldaqstant il-Gvern ma daħħal l-ebda flus minn dawk il-persuni li ma kellhomx Tallinja card.
Rabat, Malta — Triq il-Fiddien u parti minn Bieb ir-Ruwa - Xogħlijiet infrastrutturali
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'wassal għal tant dewmien biex ix-xogħlijiet infrastrutturali fi Triq il-Fiddien u parti minn Bieb ir-Ruwa fil-limiti tar-Rabat, Malta jsiru fi żmien raġonevoli, meta x-xogħol kellu jitlesta sal-ewwel ġimgħa ta' Jannar? Fid-dawl li Infrastructure Malta qalet li sal-5 ta' Frar, 2024, ix-xogħol ser jitlesta biex b'hekk ir-residenti tal-Baħrija u l-madwar ikunu jistgħu jieħdu ftit tar-ruħ, jista' l-Ministru jagħti garanzija li d-data miftiehma ser tinżamm?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li waqt x-xogħlijiet infrastrutturali fi Triq il-Fiddien u parti minn Bieb ir-Ruwa fil-limiti tar-Rabat, beda f’Ottubru tas-sena li għaddiet u mistenni jkun lest Frar li ġej.
Iltqajna ma’ numru ta’ sitwazzjonjiet li ma kinux prevvisti fejn il-materjal tal-pedament tat-triq irriżulta li ma kienx b’saħħtu biżżejjed u b’hekk kellu jsir iżjed tħaffir u jinġarr iktar materjal. Barra minn hekk, iż-żona hija waħda arkeoloġika u x-xogħol kellu jsir kollu b’makkinarju iżgħar/bl-idejn.
Dan il-proġett, jinkludi tqegħid ta’ servizzi ġodda tal-ilma, tal-elettriku, tal-komunikazzjoni, xogħol ta’ asfalt u tisħiħ eżistenti tas-sistema tal-istorm water. B’dan l-investiment qed tiġi aġġornata s-sistema tad-drenaġġ, b’familji f’dawn l-inħawi ser ikollhom servizz fiss għall-ewwel darba.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14752 u 14909 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u lill-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali rispettivament u jgħid kemm-il medda ta' art ittieħdet li kellha użu agrikolu biex minnha jsiru toroq ġodda?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Transport Malta — Każ tal-għoti tal-liċenzji tas-sewqan
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjonijiet interni saru fi Transport Malta b'rabta mal-każ tal-għoti tal-liċenzji tas-sewqan li dwaru hemm proċeduri kriminali fil-Qrati? Jista' jgħid ukoll x'irriżulta minn dawn l-investigazzjonijiet u x'passi ttieħdu?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li kif inhu d- dmir tagħha, Transport Malta ikkopperat fis- sħiħ mal-awtoritajiet kompetenti. Bħalissa hemm proċeduri pendenti quddiem il- Qrati u b’ rabta mal-proċeduri kriminali l-impjegati in kwistjoni ġew sospiżi mill-impjieg tagħhom.