Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Advisory Cost Limit għal ġbir ta’ informazzjoni
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15436, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-advisory cost biex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba f'dik il-mistoqsija parlamentari?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15638 jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm oqbra li huma uffiċjalment issiġillati? Jista’ jgħid ukoll jekk jikkonsidrax li tinbidel il-linja amministrattiva li ttieħdet u l-istat tal-oqbra u l-post jiġu miżmuma aħjar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li ma tinżamm l-ebda statistika ta’ oqbra li huma ssiġillati b’testment għax din l-informazzjoni tinżamm biss fid-dokumenti relatati mal-qabar speċifiku.
Dawn l-oqbra huma meqjusa bħala propjetà privata u jibqgħu hekk anke jekk dan jiġi ddikjarat issiġillat b’testment jew ordni tal-qorti jew b’mod legali ieħor u għalhekk ma jistax jintmess mingħajr il-kunsens tas-sid.
F'każijiet fejn waqt spezzjoni jew ilmenti isir magħruf li hemm xi periklu, s-sidien jew werrieta jiġu kkuntattjati biex titranġa s-sitwazzjoni. Jekk l-ebda nformazzjoni ma tkun disponibbli allura l-periklu jitneħħa mill-kumpanija li tmexxi ċ-ċimiterju tal-Addolorata wara konsultazzjoni mal-Uffiċċju Regolatorju tad-Dfin.
Ir-responsabbiltà taż-żamma taċ-ċimiterju tinvolvi wkoll knis u qtugħ regolari tal-ħaxix ħażin fil-passaġġi u madwar oqbra kemm privati kif ukoll komuni.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet – Membri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Jista’ jgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni li jokkupaw kariga fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – Outpatients — Stennija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-average waiting time fl-Outpatients tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Jista’ jgħid ukoll x’miżuri ttieħdu jew qed jittieħdu biex il-waiting time jonqos?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14551, 14902, 15495 u 16645 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report għall-Isptar Karin Grech għas-snin bejn l-2013 sas-sena 2022?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.
Sptar Ġenerali ta' Għawdex — Hospital Activity Report
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14550, 14901, 15494 u 16644 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għas-snin bejn l-2013 sas-sena 2022?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14549, 14900, 15493 u 16643 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report għall-Isptar Mater Dei għas-sena 2022?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.
Ġrieħi kkawżati minn self harm – Persuni li ddaħħlu l-isptar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni, b’mod partikolari żgħażagħ, iddaħħlu l-isptar fuq ġrieħi kkawżati minn self harm? Jista’ jagħti lista tal-etajiet tagħhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat mir-records tal-Isptar Mater Dei jirriżulta li każ wieħed iddaħħal mill-2022 ’l hawn b’kawża ta’ self-harm.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Mobile jew Telephone Line Allowances
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-koordinatur tal-komunikazzjoni fil-Ministeru tiegħu għandux/għandhiex mobile jew telephone line mħallas minn fondi pubbliċi?
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-prodott ‘Energie Shake Complete’ ser jerġa’ jkun disponibbli peress li jinsab out of stock? Jista’ jgħid ukoll jekk hux ser jingħataw rifużjoni lil min qed jixtrih hekk kif iridu iħallsu €73 fil-ġimgħa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-prodott ‘Energie Shake Complete’ qed jingħata.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15096 u ċjoè jgħid kemm mill-ħaddiema fis-settur mediku huma mal-Gvern, kemm minnhom huma mal-privat u kemm minnhom jaħdmu kemm mal-Gvern kif ukoll mal-privat?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15248 u ċjoè jgħid kemm huwa n-numru ta’ tobba u speċjalisti f’kull grad u kull speċjalizzazzjoni fl-isptarijiet u residenzi kollha individwalment, sew dawk tal-Gvern kif ukoll dawk tas-settur privat?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15248 u ċjoè jgħid kemm huma Maltin u kemm barranin u x’nazzjonalità għandhom in-numru ta’ tobba u speċjalisti f’kull grad u kull speċjalizzazzjoni fl-isptarijiet u residenzi kollha individwalment?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15247 u ċjoè jgħid kemm huwa n-numru ta’ infermiera f’kull grad u kull speċjalizzazzjoni ġewwa l-isptarijiet u residenzi kollha individwalment, sew dawk tal-Gvern kif ukoll dawk fis-settur privat?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien infurmat li hemm b’kollox 3,617 infermier impjegat fid-dekasteru ta’ dan il-Ministeru. It-tqassim ta’ dawn l-infermiera skont il-grad u fejn jaħdmu jinsab fit-Tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15247 u ċjoè jgħid kemm huwa n-numru ta’ infermiera f’kull grad u kull speċjalizzazzjoni ġewwa l-isptarijiet u r-residenzi kollha individwalment, sew dawk mal-Gvern kif ukoll dawk fis-settur privat u jgħid kemm minnhom huma Maltin, kemm huma barranin u x’nazzjonalità għandhom dawn tal-aħħar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Saħħa mentali — nefqa fuq kampanja ta’ prevenzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17373, jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ kif intefqu l-€149,546.97 fuq promozzjoni għas-saħħa mentali fis-sena 2023?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għal-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.