Jista' l-Ministru jgħid għaliex dawk impjegati bħala beach cleaners għadhom ma tħallsux ta' l-overtime li għamlu matul is-sajf? Għaliex dawn l-istess impjegati qed jitħallsu tal-festi bis-siegħa, siegħa u nofs u mhux bħall-Ħdud? Jista' jgħid ukoll għaliex l-ex impjegati tat-tarzna li ntbagħtu mal-beach cleaners qed jitħallsu ta' l-overtime b'rata oħra, u mhux b'dik li kienu jitħallsu biha qabel?
Santa Venera — Storm water culvert fi Triq San Ġużep u Triq il-Kanun
Question
Billi l-storm water culvert li hemm fi Triq San Ġużepp u Triq il-Kanun, Santa Venera, wara x-xogħlijiet tal-bini tal-mini u t-tqegħid ta' cables tal-elettriku taħt wiċċ it-triq ġarrab ħsarat, tant li wara kull ħalba xita qed tinġemgħa għadira kbira ta' ilma, u dan b'detriment għar-residenti, u billi tentattivi li saru fil-passat biex dan il-culvert jitnaddaf ma rnexxewx, jikkonsidra l-Ministru li hu ż-żmien li jinbena storm water culvert ġdid biex mhux biss tittaffa l-problema ta' għargħar li qed ikun hemm, iżda wkoll biex l-kwalità ta' l-ilma tkun maħżuna f'bini li jsir apposta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
impurtar ta' bankijiet tal-granit imqassma lill-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-Ministeru jew xi dipartiment/aġenzija li hu responsabbli għalihom impurtaw xi bankijiet tal-granit liema bankijiet qegħdin jitqassmu lill-kunsilli lokali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li mhux qed jiġu mpurtati bankijiet tal-granit li qed jitqassmu lill- Kunsilli Lokali.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9915, jista' l-Ministru jgħid jekk il-pagamenti sarux kollha u li l-kwistjoni ġiet konkluża kollha?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-pagamenti għas-sena 2008 li jikkonċernaw il-miżura tal-ħitan tas-sejjiegħ saru kważi kollha. Fadal dawk il-benefiċjarji li ntagħżlu skond kriterji pre-stabbiliti għall-kontrolli.
Il-pagamenti pendenti jsiru la darba joħorġu r-riżultati tal-kontrolli.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar f'kemm il-lokalità u f'liema lokalitajiet inżammet l-attivita "Naturalment Malti"? Liema prodotti ġew reklamati fl-attivitajiet rispettivi fil-lokalitajiet differenti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li s’issa l-attività Naturalment Malti ġiet organizzata f’seba’ lokalitajiet skont kif ġej:
Frar
Qaqoċċ
Ħaz-Żabbar
Marzu
Tiġieġ u Bajd
Ħad-Dingli
April
Frawli
Mġarr
Ġunju
Tonn
Marsaxlokk
Ġunju
Fenek
Buskett (Imnarja)
Lulju
Għasel
Sliema
Awwissu
Tadam
San Lawrenz, Għawdex
Ta' Qali — Park Nazzjonali - servizz tat-trasport għall-ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jiġi introdott xi forma ta' trasport għall-ħaddeima li jaħdmu fil-park nazzjonali Ta' Qali minħabba fi distanzi twal li hemm mis-servizz tat-trasport pubbliku u l-inkonvenjent li dan qed joħloq għalihom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Infurmat lid-Dipartiment tal-PARK dejjem għamel kull sforz biex jindirizza dawk il-każi fejn verament ikun hemm bżonn li jiġi pprovdut transport addizzjonali għall-ħaddiema. Fil-fatt diġà jipprovdi dan servizz lejn il-post tax-xogħol lil dawk il-ħaddiema li jkunu jeħtieġu dan.
Minn naħa l-oħra, tajjeb li wieħed jgħid li l-Gvern m’għandu l-ebda obbligu li jipprovdi tali servizz mid-dar lejn il-post tax-xogħol.
Persuni li jgħixu waħedhom — kupuni għall-bozoz energy savers
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li minħabba fiha, persuni li jgħixu waħedhom ma rċevew l-ebda kupun biex imorru jiġbru l-bozoz energy saversli suppost kienu intitolati għalihom, minkejja li huma wkoll iħallsu kontijiet tad-dawl u l-ilma?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat lir-raġuni għaliex xi persuni li jgħixu waħedhom, ma rċevewx il-kupun biex imorru jiġbru l-bozoz energy savers kienet li mhumiex irreġistrati mal-Korporazzjoi għas-Servizzi tal-Ilma skont kif stipulat fin-Notifika tal-Gvern nru 200 tal-2009.
Dawn ġew mgħarrfa sabiex jirreġistraw mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex ikun jista’ jinħarġilhom il-kupun.
każini tal-baned, każini sportivi, għaqdiet mhux governattivi — bozoz energy savers
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li minħabba fiha każini tal-baned, każini sportivi, għaqdiet mhux governattivi li għandhom bini minn fejn joperaw u oħrajn, ma setgħux jibbenefikaw mis-sistema tal-bozoz energy savers b'xejn, minkejja li huma wkoll iħallsu kontijiet tad-dawl u l-ilma u minkejja l-fatt li l-ħidma tagħhom hija primarjament waħda bi skop soċjali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Fin-notifika tal-Gvern nru 200 tal-2009 kapitlu 2 intitolat “Eliġibiltà” hemm miktub li kull abitazzjoni domestika f’Malta għandha tkun intitolata għal voucher li jista’ jiġi msarraf f’bozoz minn bejjiegħ. Kien għalhekk li numru ta’ każini tal-banda u sportivi ma rċevewx il-kupun għall-bozoz energy saving b’xejn, ġaladarba mhumiex abitazzjoni domestika.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi problema biex il-ħaddiema tas-sezzjoni tal-beach cleaners jitħallsu tal-overtime li ħadmu tul l-aħħar xhur? Jekk m'hemm l-ebda problema, jista' jindika meta ser isir dan il-ħlas?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn bdiewa reġistrati mad-Dipartiment tal-Agrikoltura? Jista' jiddistingwixxi bejn bdiewa part-time u bdiewa full-time? Jista' jagħti din l-informazzjoni lokalità b’lokalità?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
materjal tal-pavimentar fi Pjazza Sant'Anna f'Tas-Sliema
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn fejn inxtara l-materjal għal pavimentar ta' Pjazza Sant' Anna f'Tas-Sliema? Kemm ġie jiswa dan il-materjal?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li x-xogħol ta’ pavimentar bil-porfido f’Pjazza Santa Anna kien jifforma parti minn kuntratt wieħed li kien ikopri wkoll ix-xogħol li sar f’Triq it-Torri, Triq il-Kattidral u parti minn Triq il-Kbira. Il-materjal li ntuża f’dan ix-xogħol kien impurtat mill-Kumpanija li ngħatat ix-xogħol. Il-valur ta’ dan il-kuntratt kien ta’ madwar €377,700.
materjal għal pavimentar ta' Pjazza San Ġorġ fil-Belt
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn fejn inxtrara l-materjal għal pavimentar ta' Pjazza San Ġorġ u t-toroq tal-madwar fil-Belt? Kemm se jiġi jiswa dan il-materjal?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi l-materjal ġie mpurtat mill-kumpanija li ngħatat ix-xogħol. Il-kuntratt li kien jinkludi x-xiri u tqegħid tal-materjal se jiswa’ madwar 480,000 Ewro.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — sorsi alternattivi ta' enerġija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 10333 u10062 u jagħti s-segwenti informazzjoni:
1) X'kienu l-inizjattivi li ħa l-Ministru u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jutilizzaw
alternative sources of energy
fl-uffiċini u dipartimenti tagħhom rispettivament?
2) X'tip ta' teknika ġiet utilizzata minn kull dipartiment li implimenta tali inizjattivi?
3) Fejn ġew implimentati tali inizjattivi, jekk dawn ġewx effetwati billi inħarġet call for tendering jew jekk ix-xogħol ingħatax permezz ta' direct order?
4) F'kull każ jekk b'direct order u/jew b'sejħa għall-offerti kemm kien l-ammont ta' kull tender jew direct order?
5) Lil liema kumpanija jew persuna ingħatat kull tender jew direct order?
Din l-informazzjoni qed tiġi mitluba għas-snin 2007, 2008 u sal-aħħar ta' Mejju 2009.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-possibiltà li għax-xhur tas-sajf, numru ta' ħaddiema li jaqgħu taħt xi sezzjoni tal-ministeru, jintużaw biex jgħinu f'dik li hi żamma tal-indafa fl-inħawi ta' Buġibba u l-Qawra u dan billi fis-sajf f'dawn l-inħawi jkun hemm influss qawwi ta' Maltin u barranin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li r-responsabbiltà tal-indafa fiz-zona turistika ta’ San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra hija tal-Kunsill Lokali San Pawl. Fil-fatt, kull sena jiġu allokati fondi kif ukoll ġew ivvutati fondi addizzjonali għal dan il-għan.
Minn naħa tad-Dipartiment Servizzi tal-Indafa, jsir xogħol ta’ tindif regolari fit-toroq arterjali li jagħtu aċċess lil din iz-zona tal-pajjiż. Id-Dipartiment jagħti support kontinwu f’każijiet ta’ emerġenza meta jirċievi lmenti mill-pubbliku, speċjalment wara l-ħinijiet tal-uffiċċju u matul il-jiem ta’ tmiem il-ġimgħa. Fil-fatt id-Dipartiment Servizzi tal-Indafa kien ħasel il-promenade kollu minn tarf sa tarf wara diversi lmenti li waslu lid-dipartiment li dan ma kienx qed jinżamm fi stat nadif.
Apparti minn hekk, qed isir sforz sabiex permezz ta’ makkinarju apposta jsir knis mekkanizzat matul il-
promenade
kollha ta’ San Pawl, Bugibba u l-Qawra għal mill-inqas darba fil-ġimgħa.
Żdiedet ukoll il-frekwenza tal-ġbir ta’ skart mill-bajjiet kollha f’din iz-zona, fejn qed ikun hemm presenza kontinwa ta’ ħaddiema tad-Dipartiment matul il-ġurnata bejn is-7.00am u 17.00pm.
Tajjeb wieħed ifakkar ukoll li fl-aħħar xhur, Taqsima oħra fi ħdan il-Ministeru għamlet anke xogħol ieħor ta’ manutenzjoni ġenerali sabiex tassisti lill-Kunsill Lokali tal-lokalità.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8522 u jgħid jekk il-Gvern għandhux ħażniet ta' second class water għall-użu tiegħu minflok ilma li ġej dirett mill-vit? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid ukoll min jista' jixtri dan l-ilma għall-użu bħal ngħidu aħna f'toilets eċċ.?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li jeżistu diversi ġibjuni li jaħżnu fihom ilma tax-xita u ilma tat-triq (second class). Dawn huma mifruxa f’diversi bliet u rħula. Bosta minn dawn il-ġibjuni illum jaqgħu taħt il-kontroll tal-kunsilli lokali. Spiss jiġri li l-ilma li jkun maħżun jintuża’ għat-tisqija ta’ ġonna pubbliċi kif ukoll għal skopijiet ta’ landscaping.
Il-Gvern ma jipprovdix servizz ta’ bejgħ ta’ ilma
second
class
għall-użu sekondarju ħlief l-ilma li jiġi mill-impjant tad-drenaġġ ta’ Sant’Antnin.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8765 u jgħid liema huma s-57 kumpaniji li qal li fetħu f’dawn l-aħħar sitt xhur u li jaħdmu fil-qasam tal-ambjent? Jista jgħid x’inhi l-attività ta’ kull kumpanija u kemm qed tħaddem nies fil-preżent? Jista' jgħid ukoll jekk dawn il-kumpaniji ndikawx li se jkabbru fil-futur qarib? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid liema huma u kemm se jżidu nies?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li din l-informazzjoni hija pubblika u tista’ tinkiseb mis-sit elettroniku tal-MFSA.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-applikazzjonijiet li matul l-aħħar sena kkwalifikaw għall-iskema ta' inċentivi għall-intrapriżi biex jagħmlu awditjar tas-sistemi u użu tal-enerġija tagħhom, imħabbra fl-aħħar budget?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor Membru jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — taxxi, tariffi u miżati
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2009? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Kif ċertament jaf l-Onor. Interpellant, kull aġġustament, fi kwalunkwe żmien jew perijodu, ’il fuq jew ’l isfel ta’ taxxi, tariffi jew miżati minn kull dipartiment, awtorità, istituzzjoni jew aġenzija, hu informazzjoni fil-‘public domain’ u ssapportjat mill-istrumenti legali neċessarji. Għalhekk, nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kull aġġustament f’dan ir-rigward li sar fil-perijodu ndikat fil-mistoqsija hu ppublikat skond kif titlob il-liġi li bis-saħħa tagħha sar tali aġġustament.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — sorsi alternattivi ta' enerġija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10062 u jagħti s-segwenti informazzjoni:
1) X'kienu l-inizjattivi li ħa l-Ministru u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jutilizzaw
alternative sources of energy
fl-uffiċini u dipartimenti tagħhom rispettivament?
2) X'tip ta' teknika ġiet utilizzata minn kull dipartiment li implimenta tali inizjattivi?
3) Fejn ġew implimentati tali inizjattivi, jekk dawn ġewx effetwati billi inħarġet call for tendering jew jekk ix-xogħol ingħatax permezz ta' direct order?
4) F'kull każ jekk b'direct order u/jew b'sejħa għall-offerti kemm kien l-ammont ta' kull tender jew direct order?
5) Lil liema kumpanija jew persuna ingħatat kull tender jew direct order?
Din l-informazzjoni qed tiġi mitluba għas-snin 2007, 2008 u sal-aħħar ta' Mejju 2009.