Legislature:
Category:
Reset
Active:

Xatt tal-Kalkara – Lapida ta’ Ernle Bradford — restawr

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-lapida li hemm fix-Xatt tal-Kalkara ddedikata lill-memorja ta’ Ernle Bradford tiġi restawrata?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi d-Direttorat tar-Restawr qed jesplora l-possibilitá li jdaħħal ir-restawr tal-plakka ta’ dan l-istoriku u kittieb fil-programm ta’ xogħol tiegħu.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Position of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li jokkupaw Position of trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu? X’inhu l-valur annwali tal-kuntratt ta’ kull individwu? Meta bdew il-kuntratti tagħhom u meta jiskadu dawn il-kuntratti b’mod individwali?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja (persons of trust jew positions of trust) fil-Ministeru hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Raħal Ġdid — Ġnien il-Meditteran

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20721 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20210, jista’ l-Ministru jgħid x’pjan ta’ ħidma hemm imfassal, sabiex l-attività tiġi msaħħa biex Ġnien il-Meditteran f’Raħal Ġdid jinżamm aħjar?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid iffirma memorandum of understanding mal-Correctional Services Agency, tal-Faċilita Korrettiva ta' Kordin, sabiex residenti tal-istess faċilitá jassistu fi¿-¿amma tal-ġnien. Qed jitkomplew ukoll taħditiet ma’ bosta entitajiet governattivi sabiex isir ix-xogħol meħtieġ.

Iż-Żebbuġ – Belveder – Triq Santa Marija – tender għal xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17742 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16591 li ngħatat fl-10 ta' Ottubru 2020 rigward 'ix-xogħlijiet li qed jagħmel il-Kunsill taż-Żebbuġ fil-Belveder li jinsab fi Triq Santa Marija ġewwa Marsalforn fejn intqal fit-tweġiba li 'x-xogħol beda iżda minħabba raġunijiet oħra ta’ urġenza l-kuntrattur ma kompliex ix-xogħol b’mod regolari. Hu ppjanat li x-xogħol se jitkompla fil-ġimgħat li ġejjin' u li 'x-xogħlijiet għandhom jitlestew sal-aħħar ta' Diċembru 2020', jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet oħra ta' emerġenza li l-kuntrattur ma kompliex ix-xogħlijiet b'mod regolari? Jista’ jgħid jekk tkomplewx ix-xogħlijiet infrastrutturali f'dawn l-aħħar ġimgħat u x'sar fil-konkret? Jista’ jgħid jekk ix-xogħljiet tlestewx kollha, u jekk le, x' inhi ir-raġuni li għadom ma tlestewx u meta huma ppjanati li jitlestew?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ, li tmenin fil-mija (80%) tax-xogħol msemmi huwa lest. Il-Kunsill Lokali qed jistenna li jasal il-materjal tal-pavimentar minħabba li kien hemm problemi fil-provvista tiegħu. Hu maħsub li dan il-proġett ikun lest fix-xhur li ġejjin.

Il-Gudja – Triq id-Dejqa u Triq Santa Katarina — xogħlijiet

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16368, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra għaliex Triq id-Dejqa u Triq Santa Katarina fil-Gudja għadhom mhux lesti, meta x-xogħol kellu jitlesta f’Novembru/Diċembru 2020?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm xi ntoppi li żammew ix-xogħol min-naħa tal-kuntrattur tal-Kunsill Lokali milli jibda l-pavimentar. Issa li s-sitwazzjoni nstabet soluzzjoni għaliha, ix-xogħol ta’ pavimentar mistenni jinbeda fil-futur qarib fit-toroq imsemmija.

Il-Fgura – Wied Blandun — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20723 u jgħid jekk il-Ministeru tiegħu huwiex jiġu kkonsultat dwar ix-xogħlijiet neċessarji f’Wied Blandun, il-Fgura?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li l-Kunsill ma ġex ikkonsultat dwar ix-xogħlijiet neċessarji f’Wied Blandun.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — mandat ta' inibizzjoni kontra xi trade union

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-entitajiet fi ħdanu, u meta, li talbu l-ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni kontra xi trade union wara l-2017?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-ebda entitá fi-ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali ma talbet mandat ta’ indibizzjoni kontra kwalunkwe trade union.

Il-Mellieħa – Triq l-Għerien – bdil ta’ bozza maqtugħa

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa isewwi/jibdel il-bozza maqtugħa li hemm biswit Lyness Block fi Triq l-Għerien fil-Mellieħa?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li l-ħsara li kien hemm fuq il-lampa biswit Lyness Block fi Triq l-Għerien ġiet riżolta flimkien mal-Enemalta.

Wied il-Għajn – Triq iż-Żafran – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra xogħol qiegħed isir f’Triq iż-Żafran Wied il-Għajn?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li fi Triq iż-Żafran qiegħed isir xogħol marbut mal-ilma tat-tisqija. Dan qed isir min-naħa tad-Dipartiment għas-Servizzi tal-Ilma

Wied il-Għajn – Triq San Ġwakkin – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra xogħol qiegħed isir f’Triq San Ġwakkin Wied il-Għajn?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li fi Triq San Ġwakkin qiegħed isir xogħol fuq drenaġġ u servizzi tal-ilma min-naħa tad-Dipartiment għas-Servizzi tal-Ilma.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20904, peress li l-mistoqsija u r-risposta oriġinali 16470 ma jagħtux rendikont ta' kif intnefqu l-fondi pubbliċi indikati fil-mistoqsija, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20904 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16470, jista’ l-Ministru jgħid, minħabba li l-flus mogħtija mill-Orkestra Nazzjonali (€3,500) lill-Marigold Foundation huma fondi pubbliċi, dawn il-flus kif intnefqu mill-istess Marigold Foundation?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li m’għandi xejn aktar xi nżid mat-tweġiba oriġinali.

Kunsill Lokali – Korsijiet u taħriġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsilli Lokali tat-Tielet Distrett organizzawx xi korsijiet/taħriġ fil-lokalitajiet tagħhom matul is-snin 2018, 2019 u s-sena l-oħra?’ Jekk iva, x’tip ta’ korsijiet ġew organizzati u meta saru dawn il-korsijiet/taħriġ?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

Kunsilli Lokali f'Għawdex — skemi maħruġa mid-Dipartiment għal Gvern Lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mis-sena 2016 sal-lum liema kunsilli lokali f’Għawdex ibbenefikaw minn skemi maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u li permezz tagħhom ħadu fondi addizzjonali? Jista’ jelenka taħt liema skemi ħadu l-għajnuna dawn il-kunsilli lokali f’Għawdex u kemm kienet l-għajnuna f’kull każ u għal liema proġett jew inizjattiva ngħatat?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Wifi4EU – kunsilli lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li kellhom applikazzjoni taħt l-iskema Wifi4EU milqugħa mill-Kummissjoni Ewropea? Għalfejn għadhom ma ħarġux xi works order ma "Approved Wifi4EU installers" sabiex isiru l-proġetti approvati?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li l-Kunsilli Lokali li kellhom l-iskema Wifi4EU milqugħa mill-Kummissjoni Ewropea huma erbgħa u ħamsin (54), li huma: Il-Birgu, Birkirkara, Birżebbuġa, Ħad-Dingli, Ħal Għargħur, Ħal Għaxaq, Ħal Lija, Ħal Qormi, Ħ’Attard, Il-Furjana, Il-Gudja, Il-Kalkara, Il-Mellieħa, Il-Mosta, In-Nadur, L-Għarb, L-Imsida, Marsaskala, Il-Qala, Iż-żebbuġ, Iż-żurrieq, Ta’ Xbiex, San Pawl il-Baħar, In-Naxxar, Iż-Żejtun, Santa Venera, L-Imqabba, Ħal-Safi, Il-Qrendi, L-Mġarr, San Lawrenz, Il-Munxar, Il-Fontana, Ħal Kirkop, Ħaż-żabbar, Is-Siġġiewi, L-Isla, Tas-Sliema, Ħaż-żebbuġ, Ta’ Kerċem, L-Iklin, Marsaxlokk, L-Imdina, L-Imtarfa, Pembroke, Ir-Rabat Għawdex, Santa Luċija, Ħal Tarxien, San Ġiljan, Is-Swieqi, Ix-Xewkija, San Ġwann, Ta’ Sannat, Tal-Pietà. Ħarġet sejħa għall-offerti sabiex jiġi ngaġġat kuntrattur wieħed biex jiġi akkwistat u ssir l-installazzjoni tal-apparat meħtieġ skont il-kriterji stabbiliti mill-proġett f’isem il-Kunsilli Lokali kollha li ngħataw il- voucher . Is-sejħa kienet ingħalqet u kien hemm offerent wieħed, liema offerta ġiet ferm għola fil-prezz minn kemm kien stmat il-proġett, u għalhekk ma setgħetx tiġi aċċettata. Għalhekk kienu għaddejjin negozjati mal-unika kuntrattur li ssottometta l-offerta ( negotiated procedure ), sabiex ikun jista’ jiġi negozjat prezz li jkun sostenibbli biex isir it-tali proġett. Sfortunatament ma ntlaħaqx ftehim konkret u għaldaqstant għad ma nstabx kuntrattur biex it-tali proġett jiġi mplimentat. Mill-banda l-oħra ġie rikonoxxut l-isforz li qed isir biex dan il-proġett jirnexxi u wara li kien hemm rapreżentanza mal-EU biex il-proġett ikun aktar sostenibbli, approvat il-bidliet mitluba. Ġiet approvata wkoll estensjoni ta’ 6 xhur u għaldaqstant il- vouchers tal-ewwel sejħa ser jibqgħu validi sal-aħħar ta’ Settembru 2021. Dan ifisser li sa din id-data, il-proġett mill-ewwel sejħa jrid jiġi mplimentat fil-lokalitá partikulari u l-kuntrattur ikun laħaq għamel it-talba mal-EU biex jieħu l-ammont tal- voucher . Qabel ma d-Diviżjoni toħroġ sejħa oħra li tinkludi l-Kunsilli Lokali kollha li ġew milqugħa, intbagħat komunikat lill-Kunsilli Lokali kollha rispettivi sabiex jekk jippreferu, joħorġu s-sejħa individwalment u ma jiġux inklużi fis-sejħa li ser toħroġ id-Diviżjoni.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16470, jista’ l-Ministru jgħid, minħabba li l-flus mogħtija mill-Orkestra Nazzjonali (€3,500) lill-Marigold Foundation huma fondi pubbliċi, dawn il-flus kif intnefqu mill-istess Marigold Foundation?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba tal-PQ li għamlet hi stess bin-numru 16470.

Minsiteru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — impjieg, tender jew direct order lill-persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu tawx xi impjieg, tender jew direct order lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 s’issa? Jekk iva, x’inhu l-irwol tagħha u kemm tħallset għal dan ix-xogħol?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Raħal il-Ġdid – Triq li tgħaddi fi Pjazza Antoine De Paule – rapport tekniku tat-triq

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20706, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx stima proviżjorju tal-ispiża neċessarja biex isir x-xogħol rimedjali fit-triq tal-Pjazza Antoine De Paule Raħal Ġdid?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li dalwaqt ser isir test indipendenti sabiex jiġi ċċertifikat jekk it triq saritx tajjeb skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt jew le. Jekk saret ħa¿in, it-triq trid tiġi msewwijja mill-kuntratturi tiswa kemm tiswa. Jekk it-triq saret tajjeb, u l-ħsara hija minħabba heavy traffic, il-Ministeru jaħdem id f’id má Infrastructure Malta sabiex tinstab soluzzjoni. L-istima tat-tiswijiet issir wara dan it-test indipendenti.

Pjazza Antoine De Paule — tappiera

Question

Jista’ l-Ministru jara li t-tappiera li hemm kważi sfrundata fit-triq li hemm fil-Pjazza Antoine De Paule tiġi rranġata?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill ikkonċernat li din it-tappiera giet ordnata u sadanitant giet imdawwra b’ barrieri protettivi biex jilimtaw il-periklu.