Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skejjel tal-Knisja — LSEs għall-istudenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min, jekk hux id-Dipartiment tal-Edukazzjoni jew xi Kummissjoni fi ħdan il-Knisja, huwa responsabbli li jassenja l-LSEs mal-istudenti fl-iskejjel tal-Knisja u skont liema kriterji?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel tal-Knisja, l-LSEs jiġu assenjati mill-iskola skont il-Ftehim Settorali.

Skejjel statali fil-livell primarju — Studenti ta' nazzjonalità barranija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12433, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti ta' nazzjonalità barranija fil-livell primarju fl-iskejjel statali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel primarji hemm total ta’ 5,525 student barrani.

Skejjel statali fil-livell medju — Studenti ta' nazzjonalità barranija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12434, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti ta' nazzjonalità barranija fil-livell medju fl-iskejjel statali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel medji hemm total ta’ 1,089 student barrani.

Skejjel statali fil-livell sekondarju — Studenti ta' nazzjonalità barranija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12435, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti ta' nazzjonalità barranija fil-livell sekondarju fl-iskejjel statali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel sekondarji hemm total ta’ 1,498 student barrani.

Naxxar — Aċċess min-Nursery tan-Naxxar Lions għall-grawnd tal-futbol Giovanni Curmi Higher Secondary School

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12597 u jgħid għaliex ingħalaq l-aċċess lill-vetturi min-Naxxar Lions Youth Nursery għall-grawnd tal-futbol f’Giovanni Curmi Higher Secondary School? Jista’ jgħid jekk il-Kap tal-Iskola kienx awtorizzat mill-Ministeru biex jagħlaq dan l-aċċess, u jekk iva, għaliex ingħalaq? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx CCTV cameras biex jissorveljaw iż-żona? Jista’ l-Ministru jgħid jekk dan hux qed jikkawża aktar problemi minħabba nuqqas ta' parkeġġ li diġà jeżisti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx tali restrizzjoni.

Skola Guardian Angel – Abbuż fiżiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm każ ta' abbuż fiżiku minn tliet edukaturi fuq xi studenti fl-Iskola Guardian Angel fi Frar tal-2023 u jekk sarx rapport mal-Pulizija għal dan? Jekk iva, jista' jgħid x'passi ttieħdu sal-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari jew x'passi ser jittieħdu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejin l-investigazzjonijiet neċessarji. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li għalissa l-Ministeru ma jistax jikkumenta sabiex ma jiġix preġudikat il-każ. F’każijiet simili fejn huwa neċessarju jsiru r-rapporti lill-Pulizija.

Marsaskala – Skola Primarja San Ġwakkin — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se titranġa s-sala tal-Iskola Primarja San Ġwakkin f'Wied il-Għajn, peress li s-suffett kien waqa’ bl-ilma tax-xita li daħal xhur ilu, u jgħid meta se tkun disponibbli għat-tfal?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fis-sala msemmija huma lesti u s-sala tista’ tintuża skont il-ħtiġijiet tal-iskola.

Bullying — Każijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy li għandu d-Direttorat meta edukatur jirrapporta każ ta' bullying minn edukaturi stess, jiġifieri meta edukatur jibbulja edukatur ieħor?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-Belt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-karozza privata tagħhom il-Belt u jekk humiex eżentati mis-CVA?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru m’għandux fil-pussess tiegħu informazzjoni fuq vetturi privati.

Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iz-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Laqgħat fl-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena, jiġifieri minn Lulju sa Diċembru 2023?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-tieni sitt xhur ta’ din is-sena attendejt laqgħa waħda fi ħdan l-Unjoni Ewropea, u mistenni li sa l-aħħar ta’ din is-sena nattendi żewġ laqgħat oħra.

Edukazzjoni — Għalliema ngaġġati u għalliema li rriżenjaw

Question

Fid-dawl li bejn Jannar u Settembru tal-2023 irreżenjaw 60 għalliem u ġew impjegati 200 għalliem, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar xi kwalifiki għandhom dawk li ġew impjegati? Jista’ jgħid kemm għalliema spiċċaw mix-xogħol tagħhom minħabba li waslu fl-età tal-pensjoni fl-istess perjodu, u jekk dan l-ammont hux inkluż fl-ammont tas-60 għalliema li rriżenjaw? Jista’ jgħid jekk dawk li rreżenjaw sabux xogħol ieħor jew waqfux jaħdmu? Jista' l-Ministru jagħti tagħrif ukoll dwar kemm kien hemm għalliema li ggradwaw fl-2021, fl-2022 u fl-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, sena b’sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li mill-200 għalliem ġdid, 151 minnhom għandhom kwalifika f’livell 7 bħal-MTL filwaqt li l-49 l-oħra huma supply teachers li għandhom kwalifiki “non-teaching” li jaslu sa MQF 7. Mis-60 għalliem li rriżenjaw, 20 minnhom irtiraw, 17 minnhom qed jaħdmu ma' skejjel tal-knisja, tal-privat jew indipendenti, 13 sabu xogħol ieħor barra mis-servizz pubbliku, 4 marru jaħdmu barra minn Malta filwaqt li għalkemm mis-6 li fadal hemm min ma speċifikax raġuni għalfejn irriżenja, infurmat li hemm min waqaf ħabba raġunijiet ta’ saħħa. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellanta li mis-sena 2021 s’issa gradwaw total ta’ 590 student bi grad t’għalliem.

Lifelong Learning — Riċerka

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif isiru jew kif jintgħażlu li jsiru r-riċerka jew l-istudju neċessarju (hekk kif mistenni li qiegħed isir) sabiex wieħed jara kemm l-istudenti li joqogħdu għall-korsijiet qegħdin jieħdu l-massimu tal-kors ipprovdut?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan isir permezz ta’ kwestjonarju online li jintbagħat lill-istudenti kollha tal-Lifelong Learning.

Ħal Qormi — Skola Primarja - Xogħljiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11620 u jgħid fid-dawl li bdiet sena skolastika ġdida u kien hemm bosta lmenti dwar l-istat ħażin li tinsab fih l-iskola primarja ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi, li ilu jingħad li beda x-xogħol fuq din l-iskola, jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni dettaljata tax-xogħol li sar fuq din l-iskola u d-dettalji tat-timeframes dwar ix-xogħlijiet, u meta effettivament għandu jispiċċa dan ix-xogħol?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-iskola msemmija ġie konkluż il-proċess ta’ konsultazzjoni mal-imsieħba kollha, tlestew id-disinni tal-proġett, inkisbu il-permessi neċessarji, u tlesta l-proċess ta’ xiri pubbliku fir-rigward tax-xogħlijiet strutturali.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Ħaddiema ingaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11164 u 11909 u jgħid kemm ġew ingaġġati persuni mal-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti (definit jew indefinit) u anke bl-irwol li ġew ingaġġati fih?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Awtorità għall-Integrità fl-Isport Malti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12277 u jgħid jekk l-Awtorità għall-Integrità fl-Isport f'Malta (AIMS) bdietx topera, u jekk iva jgħid: a. minn fejn qiegħda topera; b. kemm hu l-budget tagħha; u ċ. kemm għandha impjegati magħha u f'liema skali u pożizzjonijiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ir-Rabat — Skola Primarja B

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqija parlamentari 11998 u jgħid meta nbniet l-Iskola magħrufa bħala Primarja B tar-Rabat, li tinsab fi Triq Ferris kantuniera ma’ Triq Rudolf Saliba?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Naxxar — Aċċess min-Nursery tan-Naxxar Lions għall-grawnd tal-futbol Giovanni Curmi Higher Secondary School

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ingħalaq l-aċċess lill-vetturi min-Naxxar Lions Youth Nursery għall-grawnd tal-futbol f’Giovanni Curmi Higher Secondary School? Jista’ jgħid jekk il-Kap tal-Iskola kienx awtorizzat mill-Ministeru biex jagħlaq dan l-aċċess, u jekk iva, għaliex ingħalaq? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx CCTV cameras biex jissorveljaw iż-żona? Jista’ l-Ministru jgħid jekk dan hux qed jikkawża aktar problemi minħabba nuqqas ta' parkeġġ li diġà jeżisti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Persons of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persons of trust li ġew ingaġġati fil-Ministeru tiegħu minn Frar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Lifelong Learning — BMI Study u Health Behaviour in School-aged Children

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'kien sar minnu l-BMI Study u l-Health Behaviour in School-aged Children (HBSC) li kien sar? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-persuni li ħadu sehem f'din ir-riċerka?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Lifelong Learning — Għalliema kkwalifikati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema bħalissa li jgħallmu l-korsijiet tal-Lifelong Learning? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom għandhom degree mill-Università jew kwalifika simili?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.