Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #7787 Sitting 168 2018-11-14 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni li għandhom Paga Minima

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema f’pajjiżna li għandhom il-paga minima? Kemm minnhom jaħdmu mal-Gvern?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #7445 Sitting 167 2018-11-13 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija Identità Malta – direct order

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7265 u jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat mill-Aġenzija Identità Malta, inkluż id-data, il-valur, l-isem tal-persuna u l-isem tal-kumpanija li lilha ngħatat, mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi t-tagħrif fuq l-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #7493 Sitting 167 2018-11-13 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta – infiq fuq reklam fil-pubblikazzjoni "Indian Express — Special Edition about Malta"

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pubblikazzjoni "Indian Express - Special Edition about Malta" li għalih l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta ħallset l-ammont ta' GBP 18,000 għal reklam fl-istess pubblikazzjoni? Jista' l-Prim Ministru jpoġġu fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura u/jew talba għal ħlas mibgħuta lill-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta dwar l-imsemmija pubblikazzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi t-taghrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra. Ninsab nfurmat ukoll li l-hlas kien jammonta ghal £ 13,000 u mhux £18,000 kif deher bi żvista.
Leg 13 PQ #7611 Sitting 167 2018-11-13 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

National Geological Survey — pariri

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hawn Malta għandniex National Geological Survey nazzjonali bħala organizzazzjoni permanenti li tagħti pariri lill-Gvern dwar il-ġeoloġija tal-pajjiż? Jekk le, għaliex hawn Malta bqajna l-unika pajjiż fl-Unjoni Ewropea mingħajr dan is-servizz?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Sa mis-snin disgħin l-entita responsabbli mit-tiftix għaż-żejt bdiet tassumi r-rwol ta’ Geological Survey. Illum il-Continental Shelf Department huwa membru tal-Euro Geo Surveys li jirraprezenta il-Geological Surveys tal-Ewropa. Fl-1993, id-Dipartiment għat-Tiftix għaż-Żejt kien ippublika l-mappa ġeoloġika ta’ Malta u s-sena li għaddiet din il-mappa inqalbet f’format diġitali u tista tinkiseb b’xejn minn fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment. Id-Dipartiment qed jieħu sehem f’żewġ proġetti tal-Ewropa bħala parti minn konsorzju magħmul mill-Geological Surveys tal-Ewropa: Proġett Emodnet u flimkien mal-Energy and Water Agency fil-proġett GeoERA.
Leg 13 PQ #7612 Sitting 167 2018-11-13 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tfittix taż-żejt

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-konsulenti relatati mat-tfittix taż-żejt ingaġġati mill-Gvern minn April 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? X'inhu l-ħlas ta' dawn il-konsulenti għas-servizz li jagħtu? Xi kwalifiki akkademiċi relatati mat-tħaffir għaż-żejt kif ukoll esperjenza f'dan il-qasam għandu/għandha kull konsulent? Kif ġew ingaġġati dawn il-konsulenti, b'interview jew abbażi ta' postion of trust? Għal kemm tul ta' żmien sar kull kuntratt ma’ kull konsulent ingaġġat? X'kienu r-riżultati miksuba minn kull konsulent fir-rigward tal-konsulenza li qed jagħti/tagħti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.. Ngħarraf lill-Onor Interpellant li numru minn dawn il-konsulenti ilhom ingaġġati fuq xogħol relatat mal-Continental Shelf Department sa minn qabel l-2013.
Leg 13 PQ #7613 Sitting 167 2018-11-13 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sejbien ta’ żejt

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx prospetti tajbin ta' sejbien ta' żejt fl-areas ta' tiftix ta' żejt li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni Maltija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-Gvern mhux se jispekula fuq dan is-suġġett.

Miżura biex persuni li jgħixu barra minn Malta jivvutaw f’Ambaxxati Maltin

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'passi qed jittieħdu biex titwettaq il-wegħda elettorali li persuni Maltin li jgħixu barra minn Malta u li għandhom id-dritt tal-vot, jivvutaw f’Ambaxxati Maltin? Jista' jikkonferma jekk il-miżura hix se tiddaħħal fil-ħin biex tkun tapplika għall-elezzjoni li jmiss tal-Membri tal-Parlament Ewropew?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li f'dan l-istadju l-gvern qed jistudja metodi varji dwar it-twettiq ta' din il-miżura.
Leg 13 PQ #7808 Sitting 167 2018-11-13 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Eżamijiet għall-postijiet ta’ Uffiċjali Eżekuttivi, Principals u Senior Principals

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2978, li kienet dwar ingaġġ ta’ Senior Principals, fejn mit-tweġiba għaliha jirriżulta li sal-15 ta Jannar 2018 kienu ġew ingaġġati 89 Senior Principals, u b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7315 li mit-tweġiba għaliha jirriżulta, li sat-28 ta' Ottubru 2018 kienu ġew ingaġġati 80 Senior Principals, u peress li minn dawn it-tweġibiet jirriżulta li bejn Jannar u Ottubru tal-istess sena kien hemm differenza (tnaqqis) ta’ 9, meta wieħed kien jistenna li ta’ lanqas in-numru, jekk ma jiżdiedx, kellu jibqa’ l-istess, jista' l-Prim Ministru jgħid liema hi l-figura t-tajba?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li mill-ewwel 89 li ġew ingaġġati għall-grad ta’ Senior Principal fuq l-ordni tal-mertu tar-rizultat inħatru 80. Dan wara li numru ta’ kandidati, għal raġuni personali tagħhom għazlu li jirrifjutaw il-hatra, ohrajn għażlu li jibqgħu fuq l-ordni tal-mertu sal-validita tar-rizultat u iehor jinsab pendenti quddiem il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Dwar dati, nirreferi lill Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 7443.
Leg 13 PQ #7408 Sitting 166 2018-11-12 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta – twaqqif ta’ benefiċċji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il individwu naqas milli jinnotifika lill-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta li jkun waqaf milli jibbenefika minn ċertifikat maħruġ skont ir-Regolamenti dwar il-Programm ta’ Malta dwar Residenza u Visa (Leġislazzjoni Sussidjarja 217.18) xahar b'xahar mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm kien l-ammont li ġie mħallas lill-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta bħala penali amministrattivi għal dan in-nuqqas?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lil Onor. Interpellant li, ma kien hemm l-ebda individwu li naqas milli jinnotifika lill-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta li jkun waqaf milli jibbenefika minn ċertifikat maħruġ.F’kaz li benefiċjarju jiddeċiedi li ma jixtieqx jibqa’ jibbenefika minn ċertifikat maħrug lilu/lila skond ir-Regolamenti dwar il-Programm, dan jinnotifika l-Aġent Akkreditat rispettiv tiegħu/tagħha. Hija ir-responsabilita tal-Aġent li jinforma l-Aġenzija li l-klijent tiegħu ma xtaqxt jibqa’ jibbenefika mi ċertifikat ta’ residenza.
Leg 13 PQ #7409 Sitting 166 2018-11-12 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta – delegazzjoni tal-funzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema mill-funzjonijiet tagħha iddelegat l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta lil xi awtorità oħra skont dak li jipprovdi s-subregolament 11 (2) tar-Regolamenti dwar il-Programm ta’ Malta dwar Residenza u Visa (Leġislazzjoni Sussidjarja 217.18)? Jista' l-Prim Ministru jgħid l-isem tal-awtorità jew awtoritajiet li ġew delegati b'xi waħda jew aktar mill-funzjonijiet tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lil Onor. Interpellant li, l-ahhar parti tal-proċess jigifieri wara l-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ Residenza, l-Aġenzija dwar Visa u Residenza titlob l-assistenza tal-Aġenzija Identita’ Malta sabiex jinħargu il-cards tar-Residenza lil beneficjarju u d-dipendenti tiegħu/tagħha.
Leg 13 PQ #7770 Sitting 166 2018-11-12 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pittura — ħlas

Question

B’referenza għall-ħlas ta’ €15,000 li sar lill-artist miżżewweġ Ministru u li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jista’ l-Prim Ministru: a. jgħid ta’ xiex sar dan il-ħlas; b. jippreżenta ritratt jew stampa tax-xogħol li sar; c. jgħid jekk saritx sejħa għall-offerti qabel dan ix-xogħol ġie assenjat lill-artist in kwistjoni; d. jippreżenta kopja tal-ftehim jew kuntratt li sar mal-artist in kwistjoni; u e. jgħid kemm saru ħlasijiet b’kollox lill-artist imsemmi bejn Marzu 2013 u d-data ta’ din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-iStat Malti ilu għal snin shah jixtri xogħolijiet tal-arti minn galleriji tal-arti u minn kollezzjonijiet privati. Dawn ix-xogħolijiet tal-arti, li jirrapreżentaw b’mod wiesa t-talenti tal-komunita artistika lokali, jinxtraw speċikament biex ikomplu jsahhu l-kollezzjoni nazzjonali tal-arti. Tajjeb li l-Onor Interpellant ikun jaf li fost ohrajn jeżistu anki fondi specifici għal dan il-għan, fosthom wieħed imsejjaħ Contemporary Art Fund, amministrat minn Heritage Malta. Fl-ahhar 8 snin permezz ta’ dan il-fond biss inxtraw iktar minn 100 bicca xogħol tal-arti ta’ iktar minn 40 artist bi spiża ta’ madwar €400,000. Dawn ix-xogħlijiet kollha llum jagħmlu parti mill-kollezzjoni nazzjonali tal-arti. Tajjeb ukoll li l-Onor. Interpellant ikun jaf li minhabba n-natura tal-akkwist innifsu, qatt ma kienet il-policy, taht kull amministrazzjoni, li biċċiet tal-arti għall-kollezzjoni nazzjonali, jinkisbu b’sejħiet għall-offerti. Fatt iehor li jidher li l-Onor. Interpellant mhux informat dwaru huwa li qabel ma tinxtara bicca xogħol tal-arti, l-esperti ta’ Heritage Malta jagħtu l-approvazzjoni taghhom kemm f’dik li hija kwalita u anki f’dak li huwa prezz. Hekk sar fil-kaz tal-pittura li qed jaghmel riferenza ghaliha fil-mistoqsija tieghu. Tajjeb li fl-istess hin l-Onor Intepellant ikun jaf li fl-2010 l-istess artist kien magħżul minn Heritage Malta biex itella wirja ta’ xogħolijiet tiegħu fil-Muzew Nazzjonali tal-Arti. Kif inhi l-prassi l-artist dak in-nhar kien anki għadda pittura tiegħu għall-kollezzjoni nazzjonali tal-arti.
Leg 13 PQ #7400 Sitting 165 2018-11-07 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bord tal-Approvazzjoni tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta – membri u segretarju

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri u s-segretarju tal-Bord tal-Approvazzjoni tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta? Jista' jgħid x'rimunerazzjoni jirċievu l-membri tal-Bord tal-Approvazzjoni tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsijiet Parlamentari numri 7273 u 7276.
Leg 13 PQ #7401 Sitting 165 2018-11-07 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bord ta’ Approvazzjoni tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta — laqgħat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il laqgħa tal-Bord ta’ Approvazzjoni tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta saret mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Prim Ministru jagħti d-data ta' meta saret kull laqgħa u jindika l-membri tal-Bord li kienu preżenti u/jew assenti għal kull waħda mil-laqgħat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 7274.
Leg 13 PQ #7402 Sitting 165 2018-11-07 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta – ċertifikati maħruġa

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u maqsuma xahar b'xahar, kemm-il ċertifikat ġie maħruġ mill-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta u li permezz tiegħu benefiċjarju taċ-ċertifikat u d-dipendenti tiegħu, jistgħu jirrisjedu, jistabbilixxu ruħhom jew jibqgħu għal żmien indeterminat f'Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif jinsab fil-lista hawn taħt: 2017 Xahar Ċertifikati Maħruġa Jannar 2 Frar 7 Marzu 4 April 8 Mejju 5 Ġunju 6 Lulju 0 Awwissu 12 Settembru 5 Ottubru 3 Novembru 7 Diċembru 5 2018 Xahar Ċertifikati Maħruġa Jannar 7 Frar 10 Marzu 4 April 8 Mejju 8 Ġunju 9 Lulju 4 Awwissu 10 Settembru 11 Ottubru 5
Leg 13 PQ #7403 Sitting 165 2018-11-07 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta – applikazzjonijiet pendenti għall-ħruġ ta’ ċertifikati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għandha pendenti quddiemha l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta għall-ħruġ ta' ċertifikat li permezz tiegħu benefiċjarju taċ-ċertifikat u d-dipendenti tiegħu, jistgħu jirrisjedu, jistabbilixxu ruħhom jew jibqgħu għal żmien indeterminat f'Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lil-Onor. Interpellant, li l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta qed tiproċessa total ta’ 923 applikazzjoni.
Leg 13 PQ #7404 Sitting 165 2018-11-07 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta – kontijiet bankarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandha kontijiet bankarji l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta? Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema bank jew banek huma l-imsemmija kontijiet bankarji u x'tip ta' kontijiet bankarji huma (pereżempju: savings account, current account, term deposit account eċċ)? Jista' jgħid għal kull wieħed mill-kontijiet bankarji kemm huwa l-ammont li jinsab depożitat fih?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lil Onor. Interpellant li, l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta għandha tlett kontijiet bankjari li jinsabu mal-Bank of Valletta. Il-kontijiet jikonsistu f’żewġ kontijiet kurrenti u wiehed savings. Il-bilanċ f’dawn il-kontijiet bankarji sa l-aħħar ta’ Settembru 2018, ilahhaq €1,824,786.28.
Leg 13 PQ #7405 Sitting 165 2018-11-07 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta – twaqqif ta’ benefiċji minn individwi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il individwu avża lill-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta bl-intenzjoni tiegħu li jieqaf jibbenefika minn ċertifikat maħruġ skont ir-Regolamenti dwar il-Programm ta’ Malta dwar Residenza u Visa (Leġislazzjoni Sussidjarja 217.18) mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u maqsuma xahar b'xahar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lil Onor. Interpellant li, kien hemm żewġ individwi li avżaw lill-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta bl-intenzjoni tagħhom li jieqfu jibbenefikaw minn ċertifikati li ġew maħruġa lilhom. Dawn iż-żewġ individwi avżaw lil Aġenzija f’Novembru ta’ 2017 u f’Marzu 2018.
Leg 13 PQ #7599 Sitting 165 2018-11-07 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pre-drilling log stratigrafiku tal-bjar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jippubblika l-pre-drilling log stratigrafiku tal-bjar kollha li tħaffru fl-ibħra Maltin mit-13 ta' Marzu 2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux dawn id-dokumenti mingħand il-kumpanija/i taż-żejt li kienu se jħaffru għaż-żejt?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Id-dokument mitlub huwa ta’ natura kunfidenzjali u għalhekk ma jistax jiġi publikat. Il-Gvern jingħata kopja tad-dokumenti kollha mill-kumpaniji taż-żejt li jkollhom liċenzja fl-ibħra Maltin.
Leg 13 PQ #7600 Sitting 165 2018-11-07 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex – Bir Madonna taż-Żejt – log stratigrafiku

Question

Peress li l-bir Madonna taż-Żejt f'Għawdex kien bir stratigrafiku, u peress li fis-sena 2000 matul amministrazzjoni Nazzjonalista kien ġie ppubblikat il-log stratigrafiku tat-tħaffir, jiġifieri għal fond ta' minn 4,500 metru sa 8,000 metru, iżda l-istratigrafija tat-tħaffir li sar fiż-żmien amministrazzjoni Laburista preċedenti, jiġifieri minn wiċċ l-art sa fond ta' madwar 4,500 metru baqa’ mistur, allavolja dan huwa bir stratigrafiku, jista' jippubblika l-log stratigrafiku sħiħ għat-8km kollha ta' fond?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill- Onor Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7595.
Leg 13 PQ #7601 Sitting 165 2018-11-07 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Oil Rigs — kordinament

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti l-kordinati tal-oil rigs kollha li jinsabu fl-ibħra Maltin u jgħid x'qed jagħmlu dawn l-oil rigs?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li din mhux materja pertinenti għall-Continental Shelf Department.