Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — każijiet ta' korruzzjoni tal-VAT
Question
B’referenza għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 16510, jista' l-Ministru jindika d-data u x-xahar tas-sena 2009 li fihom ingħata l-kuntratt relatat mal-Isptar Mater Dei, lill-kumpanija li isimha qed jinghata b’mod separat?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratt indikat relatat ma’ l-isptar Mater Dei ingħata fit-tlettax ta’ Marzu tas-sena 2009.
Jista' l-Ministru jispjega x'inhi l-policy tal-gvern dwar ċimiterji ġodda?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li preżentament il-Gvern ma għandux pjanijiet li jibni ċimiterji ġodda waqt li lest jikkonsidra kull applikazzjoni li tiġi referuta għall-bini ta’ ċimiterji mis-settur privat wara li dawn ikollhom il-permessi neċessarji approvati mill-MEPA skont kif rikjest mill-liġi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm jiswa kuljum pazjent rikoverat fl-Isptar Mater Dei? Il-kuntratt tal-ikel jitħallas bħala somma globali jew skont kemm joħorġu ikliet lill-pazjenti? Kemm jitħallas fuq ikel li jingħata lill-pazjenti fl-Isptar Mater Dei?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-ispiza fuq kull pazjent rikoverat fil-Mater Dei tista’ tvarja bejn €50 u €20,000 skont it-tip ta’ servizzi mediċi provduti lill-pazjent.
Ninsab infurmat li l-kuntratt tal-ikel jitħallas skont kemm joħorġu ikliet lill-pazjenti. In-nefqa li tħallset fis-sena 2009 fuq ikel li jingħata lill-pazjenti fl-Isptar Mater Dei kienet:
Kuntratt tal-ikel €2,108,835
* Ikel ieħor € 364,221
TOTAL €2,473,056
* L-ikel ieħor ikopri dak li jingħata għall-breakfast, te, kafe u xorb ieħor.
Lista ta' stennija għad-dar tal-anzjani tal-Furjana
Question
B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 13402, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-istat tas-36 anzjan/a li ilhom jistennew minn qabel is-sena 2008 biex jidħlu fid-Dar tal-Anzjani tal-Furjana? X'inhi l-età f'kull każ? X'inhi l-lokalità f'kull każ? Kemm minnhom huma indipendenti? Kemm minnhom jgħixu waħedhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ anzjani li ilhom jistennew minn qabel is-sena 2008 biex jidħlu fid-Dar tal-Furjana bħalissa huwa 13. Dan l-update fil-lista ta’ stennija sar fuq bażi ta’ persuni li mietu, jew bidlu l-preferenza tagħhom jew ġew approvati għar-Residenza San Vinċenz de Paule. Fost dawn it-13-il anzjan hemm raġel wieħed u 12-il mara. Dawn l-anzjani huma kollha indipendenti. In-numru ta’ anzjani jgħixu waħedhom huwa 5.
L-etajiet huma hekk:
1 – 64, 1 – 75, 1 – 77, 2 – 78, 1 – 79, 1 – 81, 1 – 82, 1 – 83, 2 – 84, 1 – 89, 1 – 92.
Il-lokalitajiet huma:
1 – Birgu, 2 – Floriana, 3 – Hamrun, 1 – Marsa, 1 – M’Skala, 2 – St. Venera u 3 – Valletta.
B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 12181, fir-rigward tal-età bejn 0 u 64 sena, jista' l-Ministru jagħti breakdown, lokalità b'lokalità u sistema, sistema fejn beda l-primary cancer tal-persuni li mietu b'konsegwenza?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Matul is-snin 2001-2009 kien hemm 2148 mewt, li kellhom 0-64 sena li mietu bil-marda tal-kanċer. Meta dawn inqasmu sena b’sena, bit-tip ta’ kanċer involut u b’kull lokalita’, in-numri tant kienu żgħar li kienet faċli ħafna li l-kawża tal-mewt ta’ numru kbir ta’ individwi speċifiċi kienet ser tiġi identifikata, anke jekk l-ismijiet ma ngħatawx. Dan imur kontra d-dritt għall-privazija ta’ informazzjoni personali u sensittiva, kif definit mill-Att għall-Protezzjoni tad-Data (2001), u jista’ jwassal għal problemi kbar għall-individwi kkonċernati u l-qraba tagħhom.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16435 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u ġiet riferuta lilu u ċioe: B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16270, jikkonsidra l-Ministru li min hu intitolat għall-mediċina Lescol u mediċini oħra li jkunu out of stock fl-ispiżerija tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, ikollhom il-faċiltà li jixtru l-mediċini li jkunu intitolati li jieħdu bi dritt minn spiżerija privata u wara li tiġi ppreżentata l-irċevuta jingħataw il-ħlas lura mill-ispiżerija tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex jew mill-ministeru tiegħu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhijiex proċedura tad-Dipartiment li tingħata rifużjoni għal mediċini li jkunu nxtraw mis-settur privat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16436 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16270, jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-ispiżerija tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex qed tirċievi stock limitat ta’ Lescol mill-Governmental Pharmaceutical Services bil-konsegwenza li l-pazjenti f’Għawdex mhux qed jingħataw is-servizz tas-saħħa b’xejn kif dejjem sostna u ftaħar il-Gvern Nazzjonalista?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Fid-19 ta’ Lulju 2006 id-Diviżjoni tas-Saħħa kienet ħarġet ċirkulari fejn kien avżat li d-Dipartiment tal-Procurements kien qiegħed jixtri pilloli simvastatin 20mg (Zocor®) minflok fluvastatin 80 mg XL (Lescol® XL). Fl-istess ċirkulari kien indikat li s-simvastatin 20mg huwa ekwivalenti għal fluvastatin 80mg. Għalhekk kien rakkomandat lit-tobba biex f’każ ta’ pazjenti li jinħtieġu doża għolja ta’ statins, jibdlu l-fluvastatin 80 mg li kienu qegħdin jieħdu dawn il-pazjenti għal simvastatin 20mg.
Jidher li fil-każ t’Ghawdex għad fadal numru ta’ pazjenti li baqgħu jieħdu il-fluvastatin 80mg (żewġ pilloli ta’ fluvastatin 40mg). Jirriżulta li dan l-aħħar l-ispiżjara fl-isptar Ġenerali t’Għawdex qed jieħdu il-passi neċessarji sabiex jaraw li l-linji gwida jiġu osservati sabiex in-numru ta’dawn il-pazjenti jonqos kemm jista’ jkun.
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Procurements m’għandu l-ebda nuqqas ta’ pilloli fluvastatin (Lescol) 20mg u 40mg.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-pilloli li jingħataw bil-kartuna r-roża u bil-kartuna s-safra separatament matul is-snin 2007, 2008, 2009?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni fil-format kif mitlub minnu ma tinżammx.
Qed ngħaddi informazzjoni dwar in-nefqa globali fuq mediċini li tqassmu lill-ispiżeriji li qegħdin fl-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, lill-spiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa, u lill-isptarijiet kollha. Din in-nefqa hija kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Servizz
Tipi ta’ Pazjenti
2007
2008
2009
Spiżerija tal-Għażla Tiegħek
Kartuna roża u kartuna safra
€0
€6,025,588.83
€5,556,580.48
Ċentri tas-Saħħa
Kartuna roża u kartuna safra
€11,621,394.53
€10,728,723.99
€10,693,653.48
Sptarijiet
In patients, kartuna roża u kartuna safra
€31,336,505.66
€26,323,005.61
€27,738,270.19
TOTAL
€42,957,900.19
€43,077,318.43
€43,988,504.15
Kura Primarja — Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali involuta fir-riforma
Question
Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod kienu involuti l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali fir-riforma tal-Kura Primarja?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-proċess ta’ konsultazzjoni fuq ir-Riforma fil-Kura Primarja kien proċess ta’ konsultazzjoni pubblika fejn kull min xtaq jagħti kontribut u kien nteressat fil-materja seta’ jagħmel dan permezz ta’ laqgħat pubbliċi mal-Ministeru, permezz tal-posta elettronika jew permezz tal-‘Free-phone’. Il-Ministeru kellu wkoll diversi laqgħat separati ma assoċjazzjonijiet u msieħba soċjali oħrajn fuq talba tagħhom stess. Il-Ministeru laqa’ kull talba għal-laqgħa li ġiet sottomessa. Il-Ministeru jinsab informat li ma kien hemm l-ebda talba għal-laqgħa diretta mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-ministeru għandux informazzjoni dwar persuni Maltin li laħqu tobba f'Malta matul is-snin li għaddew, li iżda ma baqgħux jaħdmu f'Malta jew għax marru jispeċjalizzaw jew marru jaħdmu barra minn Malta? Jista' jgħid jekk fil-fatt Malta hijiex f'kuntatt kontinwu ma' dawn it-tobba/speċjalisti Maltin li qed jaħdmu barra minn Malta? Fejn jinsabu jaħdmu dawn il-persuni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma l-Onor Interpellant peress li t-tobba li jiggradwaw ma jiġux impjegati kollha mad-Diviżjoni tas-Saħħa, mhuwiex possibbli li tingħata l-informazzjoni mitluba. Mill-61 tabib li ggradwaw fil-mediċina fl-2009, 46 baqgħu jaħdmu fl-isptarijiet tal-gvern. La il-Post Graduate Training Centre u l-anqas il-Kunsill Mediku m’għandhom dettalji ta’ fejn marru jkomplu jistudjaw jew jaħdmu t-tobba li m’għadhomx Malta.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — awtoritajiet u korporazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma ċ-chairpersons, diretturi, u chief executive officers ta' kull waħda minnhom? X'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm postijiet vojta fid-Dar tal-Anzjani, fil-Mellieħa preżentament? Kemm kien in-numru ta' persuni li sal-lum qegħdin f'din ir-residenza minn meta nfetħet u minn fejn kienu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma l-Onor Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’ seduta oħra.
kundizzjoni Beta Thalassemia Minor — servizzi mingħand il-gvern
Question
Jista' l-Minsitru jgħid x'servizzi joffri l-gvern fil-preżent lill-persuni li jbatu mill-kundizzjoni Beta Thalassemia Minor? Hemm il-ħsieb li dawn is-servizzi jiżdiedu? Jekk iva, jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma l-Onor Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’ seduta oħra.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — tender jew direct order ta' kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul l-aħħar12-il xahar il-kumpanija M.A&A. Services Ltd. ingħatax xi tender jew xi direct ordermill-ministeru, minn xi entità, awtorità, aġenzija jew korporazzjoni pubblika li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi tgħat lill- kumpanija M.A.&A. Ltd. ordni għall-provista ta’ installazzjoni ta’ air conditioners. Dan sar wara sejħa għall-offerti (call for quotation).
Inxtraw ukoll filters ‘rigid screens’ ta’ l-
air conditioners
mill-isptar Mater Dei wara sejħa għall-offerti (
call for quotation
).
Anzjana — Talba għad-dħul fir-Residenza San Vincenz de Paule
Question
Jista' l-Ministru jara li l-anzjana li dettalji tagħha qed jingħataw separatament li kienet fir-Residenza San Vinċenz de Paule imbagħad marret iż-Żejtun Home, u min hemm kellha titlaq għax il-flus ma servewhiex biex tixtri il-pilloli? Issa li reġgħet applikat għall-home tal-gvern, jista' jgħin fil-każ u jagħti l-aħħar tagħrif?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li fl-1 ta’ April 2010 il-każ tal-anzjana imsemmija reġa’ tressaq quddiem l-Admissions Board fejn ikkonferma d-deċiżjoni li l-anzjana għandha tiġi rikoverata ġewwa residenza għall-anzjani bħala każ urġenti. Il-Board irrakkomanda li l-anzjana għandha tiddaħħal ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule minħabba l-kundizzjoni medika tagħha. L-anzjana ġiet infurmata b’din id-deciżjoni fis-7 ta’April 2010. S’issa din l-admission għadha pendenti.
Jista' l-Ministru jieħu passi permezz ta' Dipartiment tas-Saħħa Pubblika sabiex jara li l-ex lukanda li kien jisimha Lapsi Hotel quddiem il-pitch tal-waterpolo tan-Neptunes fil-Balluta, San Ġiljan, li llum hija proprjetà f'idejn il-BOV u l-HSBC, jsir xogħol ta' tindif fiha minħabba ilmenti ta' ġirien li qed ikun hemm ħafna ġrieden li qed joħolqu wkoll perikolu għall-istess ġirien?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li saret spezzjoni minn uffiċċjali ta’ dan id-Direttorat fil-fond Lapsi Hotel, Triq il-Kbira, San Giljan fil- 23 ta’ Frar 2010, wara lment li daħal fl-istess ġurnata . Ġie kkonfermat illi fil-fatt din l-ex lukanda hija maqsuma f’żewġ strutturi ta’ bini separati mifrudin bi Trejqet il-Bajja imma huma konnessi b’passaġġ taħt it-triq. Waqt l-istess spezzjoni, l-uffiċċjal għas-Saħħa Ambjentali kien akkumpanjat minn persuna responsabbli minn waħda mill-istrutturi tal-bini magħrufa bħala ‘Lapsi Annex’. Waqt l-ispezzjoni ġie nnutat kemm akkumulu ta’ żibel kif ukoll ħmieg tal-ġrieden. Inħarġet ordni sabiex jitnaddaf dan il-bini u kif ukoll biex isir trattament kontra l-ġrieden. Is-sid ikkonċernat ħareġ l-applikazzjonijet għat-tenders sabiex isir ix-xogħol rikjest. Infurmat li issa li t-tender ingħata, ser jibda ix-xogħol ta’ tindif f’din il-lukanda mill-iktar fis. Ser jittieħdu passi legali jekk tali xogħol ma jibdiex sal-ġimgħa d-dieħla.
Trattament kontra l-ġrieden kien sar minn dan id-Dipartiment fl-14 ta’ April 2010 u reġa sar trattament ieħor fis-6 ta’ Mejju 2010.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu bil-ħsara l-lift prinċipali fid-Dar tal-Anzjani tal-Furjana? Meta hu maħsub li jitlesta dan ix-xogħol peress li l-lift l-ieħor jesa' wheelchair wieħed biss?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tlabt biex issir investigazzjoni dwar dan il-każ. Għalhekk it-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma li d-Dar tal-Anzjani tal-Gvern tal-Gżira se titwaqqa' u l-anzjani se jintbagħtu l-Isptar San Luqa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma hemm l-ebda ħsieb li d-Dar tal-Anzjani tal-Gvern tal-Gżira titwaqqa’.
Madankollu id-Dipartiment qed jesplora postijiet oħra fejn ir-residenti ta’ din id-Dar jistgħu jkunu akkomodati, bl-għan li jitjieb is-servizz.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru għandux quddiemu xi talba biex tinfetaħ spiżerija fil-lokalità ta' Burmarrad? Jekk iva, meta saret? X'pożizzjoni ħa jew se jieħu dwar din it-talba?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li bħal issa hemm applikazzjoni waħda pendenti għall-spiżerija f’Burmarrad u din saret fit-23 ta’ April 2008. Il-pożizzjoni hija li l-applikazzjonijiet kollha għal spiżeriji ġodda jiġu trattati skont ir-regolamenti provduti fl-Avviz Legali numru 279 / 2007 ‘Regolamenti ta’ l-2007 dwar il-Liċenzi għall-Ispiżeriji’.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal sptarijiet privati u spiżerji pendenti? Jista' jindika xi kriterji qed jintużaw f'dan ir-rigward?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li hemm 319 applikazzjoni pendenti għall-spiżeriji.
Il-Ħruġ tal-liċenzi għall-spiżeriji jsir skond l-kriterji msemmija fl-Avviż Legali numru 279/2007 ‘Regolamenti ta’ l-2007 dwar il-Liċenzi għall-Ispiżeriji’ kif amendata mill-Avviż Legali 81/2008 u l- Avviż Legali 198/2010. Basikament dawn huma kriterji ġeodemoġrafiċi kif ġej hawn taħt:
“ Skond regolament numru 4(1) l-għadd ta’ spi
ż
eriji li tista tinħarġilhom liċenza fil- konfini ta’ belt jew raħal m’għandux ikun ta’ inqas minn tnejn, u
dawk l-ispiżeriji għandhom jkunu jinsabu f’distanza ta’ mhux inqas minn tliet mitt metru bil-pass ‘il bogħod minn xulxin u wkoll ma tista tiftaħ ebda spiżerija f’distanza ta’ tliet mitt metru bil-pass minn xi spiżerija li tkun tinsab f’xi belt jew raħal fil-viċin.
U s
kond regolament numru 4(2) ta’ dan l-avviż legali, f’kull belt jew raħal l-għadd ta’ spiżeriji m’għandux jeċċedi l-proporzjon ta’ spiżerija għal kull elfejn u ħames mitt abitant.
Skond l-istess avviż legali “ ‘belt’ tfisser lokalita, inlużi l-irħula żgħar kollha u żoni ċirkostanzi, li jkollhom kunsill lokali jew kumitat hekk appuntant taħt l-Att dwar Kunsilli Lokali, u ‘raħal’ għandha tiftiehem bl-istess mod.”
Ninforma ukoll l-Onorevoli nterpellant li m'hemm ebda applikazzjoni pendenti għal sptarijiet privati. Il-kriterji li qed jintużaw f'dan ir-rigward huma dawk li huma specifikati fl-Avviż Legali 161 ta' 1995 u l-emendi tiegħu. Kopja ta' dan l-avviż qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.