Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il darba (jiem) kien hemm il-ħtieġa li l-vapur t'Għawdex jaħdem shuttle minflok bi skeda, matul l-aħħar 12-il xahar? X'kienu l-okkażjonijiet li kienu qed jiġi organizzati f'Għawdex f'dawn il-jiem partikolari?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għamlet telf l-Airmalta fis-snin 2003, 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010 sena, b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-audited accounts ta’ l-Airmalta għas-snin 2003 sa 2010 ġew depożitati fl-MFSA u wieħed jista’ jaċċessahom fuq is-sit elettroniku www.mfsa.com.mt
Skema Get Qualified — istituzzjonijiet edukattivi lokali li applikaw
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm istituzzjonijiet edukattivi lokali li applikaw u ġew aċċettati biex jipprovdu korsijiet taħt l-iskema Get Qualified tal-Malta Enterprise? Kemm hemm istituzzjonijiet oħra lokali li applikaw biex jipprovdu dawn il-korsijiet u s'issa ma ġewx aċċettati u l-applikazzjoni tagħhom għadha qed tiġi proċessata? X'inhi r-raġuni li l-applikazzjoni tagħhom qed tieħu daqshekk żmien biex tiġi proċessata? Ma jaħsibx li l-istituzzjonijiet li jiġu aċċettati malajr u dawk li jdumu ma jiġu aċċettati ma jkunux fuq level playing field u tal-ewwel jingħataw vantaġġ inġust fuq oħrajn?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-inċentiv Get Qualified ma japprovax l-istituzzjonijiet infushom iżda korsijiet individwali li jwasslu għall-kwalifiki ta’ livell pre-stabbilit. Training Providers huma mitluba jissottomettu dettalji dwar il-korsijiet li joffru biex jiġu ikkunsidrati. Meta dawn il-korsijiet jiġu approvati, jitniżżlu fil-lista uffiċċjali ta’ kwalifiki eliġibbli. Il-kumitat li jevalwa dawn l-applikazzjonijiet huwa magħmul minn rappreżentati kemm mill-qasam tal-edukazzjoni kif ukoll mill-industrija.
Il-korsijiet li jiġu approvati huma biss dawk li ikunu
in regola
mal-linji gwida tal-inċentiv kif ippublikati mill-Korporazzjoni. Dan naturalment jitlob ukoll li dawk l-organizzazzjonijiet li qed jipprovdu t-taħrig ikunu rreġistrati mar-regolaturi u konformi mal-parametri mitluba minn istituzzjoniet edukattivi nazzjonali applikabbli, kif ukoll ikollhom l-awtorizzazzjoni neċessarja tal-korpi li jippremjaw lill-istudenti biċ-ċertifikazzjoni, biex jagħtu dan it-taħriġ.
Sal-lum il-Malta Enterprise laqgħet applikazzjonijiet għall-168 kors. Minn dawn 48 kors ġew approvati; 67 ġew rifjutati; 13 qegħdin fil-fażi finali; filwaqt li 40 kors għadhom pendenti għax il-Korporazzjoni qeda tistenna aktar informazzjoni mingħand it-
training providers
biex ikunu jistgħu jiġu ipproċessati.
Niġbed l-attenzjoni li dan l-inċentiv huwa immirat lejn l-istudenti u għalhekk il-benefiċjarji ikunu l-istudenti infushom u mhux it-
training providers
; għalhekk jekk kors li jiġi sottomess ikopri suġġett jew qasam ta’ studju li hu eliġibbli skont il-linji gwida, meta id-dokumentazzjoni kollha neċessarja tiġi sottomessa, l-approvazzjoni tapplika retroattivament mid-data tal-ewwel sottomissjoni u għalhekk tiġi assikurata
level playing field
.
Jista' l-Ministru jara li l-meter tal-ilma li ġie rapportat wieqaf mill-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jinbidel għax issa ilu wieqaf diversi xhur?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se tieħu ħsieb li dan il-meter jinbidel minnufih.
Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex — item of expenditure
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa taħt kull item of expenditure tal-vot kapitali tal-Ministeru għal Għawdex għas-sena 2010 u sal-aħħar ta' Mejju ta' din is-sena? Jista' jgħid għalxiex tħallsu l-fondi minfuqa? Jista' jgħid kemm hemm flus kommessi biex jintnefqu din is-sena u s-sena d-dieħla separatament taħt kull item of expenditure?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru t’Għawdex.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26712, jista' l-Ministru jagħti lista ta' min għandu priority boarding pass biex jintuża fuq is-servizzi tal-Gozo Channel bħala każ speċifiku skont in-neċessità kif ingħad fl-aħħar parti tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari imsemmija? Min japprova l-ħruġ ta' dawn il-passes?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 26712.
Birżebbuġa — depot tal-fuel magħruf bħala tax-Shell
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-depot tal-fuel magħruf bħala tax-Shell li jinsab f'Dawret il-Qalb Imqaddsa Birżebbuġa, hemmx il-ħsieb li jiġi trasferit għal post aktar adatt, peress li dan jinsab fil-qalba tar-raħal?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi hemm il-ħsieb li l-operat tal-Petroleum tal-Enemalta li bħalissa qiegħed isir mill-impjant tal 31 ta Marzu 1979 B’Bugia jiġi relokat.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-iskemi ta' għajnuna tal-Malta Enterprise għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena minn Awwissu 2009 sal-lum? Kemm kienu u x'kienu l-benefiċjarji ta' dawn l-iskemi f'Malta u Għawdex separatament? Kemm intnefqu flus kull sena fl-istess perjodu fuq dawn l-iskemi f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom kienu Fondi Ewropej?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 26431, 26432 u 26433.
Jista' l-Ministru jispjega għalfejn l-atti ta' xi nutara ma jinsabux depożitati fl-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern iżda qegħdin għand uffiċċji ta' nutara privati li jitħallsu dritt biex takkwista kopja?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-artiklu 117 ta’ Kap 55 tal-liġijiet ta’ Malta revizjoni tal-atti tan-nutara trid issir mill-Qorti tar-revizjoni tal-atti Nutarili darbtejn fis-sena u wara din l-ispezzjoni dawn jiġu depożitati fl-Arkivji Nutarili . Dan id-depositu mhix qed issir minn ċerti Nutara għall-raġunijiet diversi. Huwa previst illi bl-emendi tal-Kap 55 li huma proposti din il-problema tiġi solvuta peress illi Nutar ma jitħallix jeżerċita il-professjoni tiegħu sakemm ma jottemperax ruħu mad-disposizzjonijiet tal-liġi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26900 u 26780 u jgħid jekk issa li beda jaħdem l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f'Ta' Barkat, l-impjant ta' Sant Antnin hux se jingħalaq? Jekk fl-affermattiv, meta ħa jsir dan u x'se jsir minflok l-impjant eżistenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi issa li beda jaħdem l-impjant ta’ Barkat m’għadx baqa bżonn li jitħaddem l-impjant ta’ San Antnin għal bżonnijiet ta’ tisfija tad-drenaġġ.
Il-Korporozzjoni qiegħda tħejji proposti u pjanijiet sabiex l-ilma msaffi f’ ta’ Barkat ikun jista jitwassal għal kwalità superjuri għal biedja u użi oħra. Ta’ min iżomm kont li l-impjant ta’ Sant’ Antnin ma jneħħix imluħa u għalhekk il-kwalità u l-kwantità tal-prodott tal-biedja ma tkunx sodisfaċenti.
Għalkemm l-impjant ta’ Sant’ Antnin ma jkunx jibqa meħtieġ li fih isir tisfija ta’ drenaġġ jibqa meħtieġ għal skopijiet ta’ distribuzzjoni ta’ ilma trattat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26807 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jgħid wara s-sentenza tal-qorti li saret quddiem l-Imħallef li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament dwar eks ħaddiema tal-cable and wireless, f'liema sentenza ġie deċiż li dawn l-ħaddiema huma intitolati għall-pesnjoni skont l-Kap 93 tal-Liġijiet ta' Malta, u jgħid jekk il-kumpanija Go p.l.c. għandhiex allura issa l-obbligu li tirrfondi kemm il-kwart għal 12-il sena u nofs, somma li ma titħallasx taxxa fuqha bħall-ħaddiema tal-gvern li għandhom din l-iskema ta' pensjoni, kif ukoll arretrati tal-pensjoni tal-invalidità, mill-gurnata li dawn ġew dikjarati boarded out mit-tobba tal-gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi dwar din il-kwistjoni, kien intlaħaq ftehim ta’ prinċipju mar-rappreżentanti legali tal-ħaddiema. Il-maġġoranza kbira tal-ħaddiema jidher li għażlet li taċċetta dan il-ftehim li permezz tiegħu dawn jingħataw lump-sum payment in lieu of pension. Kwart ta’ din is-somma ġiet meqjusa bħala kommutazzjoni u għalhekk eżenti mit-taxxa skont il-liġi, filwaqt li fuq il-kumplament titħallas it-taxxa dovuta fuq din is-somma meqjusa bħala ‘likwidazzjoni ta’ fond tal-pensjoni’ u għalhekk taxxabbli bl-10%. Naturalment jekk xi ħaddiema ma jaċċettawx il-ftehim u jirċievu pensjoni, dawn jiġu ntaxxati bir-rati normali tat-taxxa. GO plc kienet ġiet infurmata wkoll dwar it-trattament tat-taxxa ta’ dawn il-pagamenti.
Il-parti tal-mistoqsija parlamentari dwar jekk GO plc hijiex obbligata li tirrifondi s-somom ta' flus imsemmija tinvolvi punt legali, u ma jispettax lil dan il-Ministeru li jaghti l-interpretazzjoni tiegħu.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-MOBC ma tħallsitx tal-kiri ta' storage taż-żejt li kienet qed toffri l-istess MOBC lill-kumpaniji lokali? Kemm tilfet l-MOBC minn din il-kirja u għaliex ma tħallsitx din il-kirja?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-fatturi li ħarġet l-MOBC għall-kiri tat-tankijiet għax-xahar ta’ Mejju huma disputed u għaldaqstant għadhom ma tħallsux. Ir-raġunijiet għal din id-dispute huma relatati ma’ l-iStop Notice li nħarget mill-MEPA.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-ħaddiema tal-MOBC qed jiġu avviċinati sabiex jikkonsmaw il-vacation leave fi-iqsar żmien u jgħid dan għaliex? Jista' jikkonferma u jassigura li l-ebda impjieg tal-ħaddiema tal-MOBC m'huwa se jintilef meta sseħħ il-privatizzazzjoni? Dan japplika ukoll għall-ħaddiema tal-intrapriżi l-oħra involuti f'din il-privatizzazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi peress li l-Kumpanija fil-preżent għandha restrizzjoni fuq l-operat tagħha, il-Management tal-Kumpanija qiegħed jitlob lill-ħaddiema biex jieħdu parti mill-leave tagħhom.
Il-Privatisation Unit għandha
brief
biex tinnegozja t-trasferiment tal-Operat tal-Petroleum ta’ l-Enemalta u ta’ l-MOBC bħala ‘
going
concern
’. Għaldaqstant l-impjegati kollha jridu jiġu trasferiti lill-konċessjonarju mat-trasferiment ta’ l-Operat.
Għawdex — Uffiċċju tat-trade - liċenzji ta' street hawkers
Question
Peress li qed isiru lmenti minn Għawdxin detenturi ta' liċenzji ta' street hawkers li joperaw fis-sajf għaliex skont l-uffiċċju tat-trade f'Għawdex, it-trade licensing unit ta' Malta mhux qed tibgħat l-avviżi għat-tiġdid ta' liċenzji u legalment dawn in-nies għandhom liċenzja skaduta għaliex ma ġietx imġedda, peress ukoll li din hija sitwazzjoni legalment anomala u ta' inkonvenjent, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għal dawn kollha u jara li din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fl-2007 il-kontijiet tal-liċenzi ma ħarġux fil-bidu imma fl-aħħar tas-sena minħabba deliberazzjonjiet li kienu għadejjin fuq ir-rati li eventwalment irriżultaw f’roħs konsiderevoli. Il-gvern ħass li ma kienx ikun xieraq li jinħarrġu l-kontijiet tas-sena ta’ wara fil-bidu ta-sena meta kien għadu kemm inħarġu l-kontijiet tas-sena ta’ qabel anke jekk dawn irriżultaw f’roħsijiet. Għalhekk fl-2008 reġa' ħariġhom lejn l-aħħar tas-sena. Fi snin ta’ wara il-kontijiet nħarġu matul Ottubru u Novembru. Hija l-intenzjoni tal-gvern li din is-sena l-kontijiet joħorġu matul Awissu u Settembru. B’dan il-mod il-gvern qiegħed gradatament irresaq il-ħruġ tal-kontijiet mingħajr ma jkun ta’ piż bla bżonn fuq in-negozju.
Jekk għal xi raġuni xi ħadd ikollu bżonn li jkollu liċenza mħallsa qabel ma jintbagħtu kontijiet il-prassi hija li jikuntatja it-Trading Licensing Unit tad-Dipartiment tal-Kummerċ li jiċertifika li d-detentur għandu liċenza valida u li kontjiet għal din is-sena għadhom ma ħarġux.
B'referenza għall-ittri uffiċjali li rċevew inkwilini tar-raba' tal-barmil, fix-Xewkija Għawdex, liema ittra qed tavza li l-qbiela qed tiġi terminata skont l-avviżi li dehru fil-Gazzetta tal-Gvern, peress li dawn in-nies inkorrew diversi spejjeż sabiex jiġu reġistrati fl-iskema li ħarġet fis-sena 2000 u kif ukoll ħallsu qbiela ogħla u ħallsuhom b'lura, jista' allura l-Ministru jgħid x'inhu l-iskop għat-terminazzjoni tar-raba' u x'kumpens ser jingħata kemm lill-inkwilini kif ukoll lill-gabillotti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jipprovdi lista tal-prezzijiet tal-affarijiet kollha li għolew matul ix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kopja tan-News Release 076/2011 maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux studji f'idejh li juru jew jindikaw jekk il-persentaġġ ta' nies li jgħixu fir-riskju jew fil-faqar innifsu huwiex jiżdied jew jonqos? Fuq liema studji qed jibbaża r-risposta tiegħu u x'passi se jieħu biex jekk m'għandux studji, jkollu studji aġġornati f'idejh? Jekk m'għandux, meta jaħseb li se jkollu studji aġġornati?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Politika Soċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx statistika ta’ kemm żdidet l-importazzjoni tal-majjal matul is-snin 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010? Jekk hemm, jista’ jgħid kif inbidlet din il-figura?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 24448.
Statistika dwar importazzjoni ta' prodotti agrikolu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx statistika ta’ kemm żdiedet l-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli? Liema kienu dawn il-prodotti u kemm żdiedet l-importazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti breakdown ta’ x’kien l-exposure ta’ Malta fl-1 ta’ April 2010 fir-rigward ta’ self, long term u short term, ma’ barra u lokalment, u bl-istess mod, l-exposure fir-rigward ta’ garanziji mogħtija sa dik id-data, kemm ma’ barra u kemm lokalment?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 26614.